Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm carers jaħdmu fi djar ta' l-anzjani? Kemm hemm li applikaw bħala carers? Hemm bżonn ta' aktar carers? Jekk iva, kemm?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-carers li hemm fid-Djar tal-Anzjani:
Senior Care Worker
Care Worker
Asst. Care Worker
Nursing Aides
PTSAs
Health Asst.
Msida
1
3
1
5
2
-
Floriana
-
6
2
1
10
1
Gżira
1
6
1
1
-
-
Mosta
1
7
1
5
1
-
Mtarfa
-
4
6
7
4
-
Total
3
26
11
19
17
1
Fir-rigward ta' carers, bħalissa m'hemmx applikazzjonijiet miftuħin, biss ir-reklutaġġ ta' PTSAs isir mill-ETC.
Il-carers huma importanti fid-Djar ta' l-Anzjani u l-importanza tal-bżonn tagħhom tingħata skond id-Djar individwali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn anzjani li għandhom il-kartuna r-roża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jinżammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. L-istatistika li tinżamm hi dwar in-numru ta’ persuni li kkwalifikaw għall-Karta r-Roża li matul l-2005, ninsab infurmata, kien 7,204.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid hux veru li l-bord ta' l-appell dwar liċenzji tal-pulizija waqqaf l-użu ta' l-isplussivi fil-barriera tal-qawwi li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, x'kienu r-raġunijiet li dawn l-isplussivi ġew sospiżi?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar tagħrif speċifiku, u ċioe' in-numru ta' barriera li qiegħed jirreferi għaliha, sabiex inkun f'pożizzjoni li nikseb it-tagħrif mitlub.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20127 u jara li jsir is-servizz ta' l-ilma ta' persuna armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha mingħajr dan is-servizz minn kemm ilha li daħlet fil-flat tliet xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-applikazzjoni għas-servizz ta' l-ilma li rrefera għalieħ l-Onor Interpellant saret fit-8 ta' Ġunju 2006. Is-servizz diġa ingħata.
Peress li bil-konkos li taw fi Triq Via St Luċija hemm xi katusi ta' l-ilma li t-toqba ċekknuha u l-ilma flok qiegħed imur ġol-mini spiċċa li se jinżel lejn iċ-ċimiterju, u l-katusi huma kollha ħmieġ u boroż, jista' il-Ministru jieħu azzjoni korrettiva?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet f’din it-triq għadhom ma tlestewx. Il-kuntrattur għad fadallu xi xogħlijiet minuri li jinkludu t-tindif ta’ din id-dorga u xi alterazzjoniet biex l-ilma jibqa jinqabad minn din id-dorga.
Jista' il-Ministru jara li jsir is-servizz ta' l-ilma ta' persuna armla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha mingħajr dan is-servizz minn kemm ilha li daħlet fil-flat tliet xhur ilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tara għaliex sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatmanet, kellha tirċievi xi arretrati u għadha ma rċeviet xejn? Tista' tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata l-kamra ta' dawn iż-żewġ residenti anzjani li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, peress li issa diġa' ilu li beda x-xogħol xi xahrejn u nofs u hemm inkonvenjent kbir? Filwaqt li nifhmu li dawn l-affarijiet iridu jsiru, imma nifhmu wkoll l-ilment tar-residenti.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni li għandna, f'San Vinċenz m'hemmx residenti bl-ismijiet li ngħataw fil-mistoqsija separatament.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-każi ta' persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li kellhom jadottaw tfal mill-Pakistan u ħallsu Lm5,500?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm l-Onor. Interpellant ma pprovdiex id-dettalji tal-persuni, kif indikat fil-Mistoqsija, nifhem li qed jirreferi għal każijiet ta’ adozzjonijiet privati mill-Pakistan li preżentement huma s-suġġett ta’ passi quddiem il-Qorti Maltija.
F’każijiet ta’ adozzjonijiet privati minn barra minn Malta, is-sehem tad-Dipartiment għal Standards ta’ Ħarsien Soċjali hu li jipprovdi home study reports lill-ġenituri li jkunu ser jadottaw, liema rapporti jintbgħatu lill-awtoritajiet barranin kompetenti mill-ġenituri stess u wara li joħroġ id-digriet ta’ adozzjoni mill-Qorti barranija u dan id-digriet ikun awtentikat, id-Dipartiment jinforma lill-awtoritajiet tal-Pulizija lokali li tista’ tinħareġ il-visa dwar it-tifel jew tifla konċernati.
Irrid nagħmilha ċara li d-Dipartiment imsemmi ma jirċievix flus biex isiru adozzjonijiet u fil-fatt, skond il-liġi Maltija, hu llegali li persuna tagħti jew tiftiehem li tagħti jew tirċievi jew tiftiehem li tirċievi ħlas jew kumpens ieħor biex tadotta.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' approvazzjoni mill-housing authority ta' sussidju ta' familja bla dħul li huwa każ urġenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil fatt il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tgawdi minn benefiċċji soċjali u għalhekk mhijiex bla dħul kif qed jgħid l-Onor. Interpellant. Jiena nfurmata wkoll li l-applikazzjoni ma l-Awtorita tad-Djar qed tiġi proċessata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19953 u jgħid jekk Triq in-Nixxiegħa ġewwa l-Mellieħa hijiex taħt ir-responsabbilta' tal-kunsill lokali jew tal-gvern ċentrali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport qegħda tistudja ir-responsabilita' għax-xogħlijiet fuq Triq in-Nixxiegħa u toroq oħra fil-Mellieħa fid-dawl tad-deċiżjonijiet li ħadet il-Qorti rigward kawżi dwar l-istess toroq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid taħt min taqa' ir-responsabbilta' tal-kirjiet tal-ħwienet tal-WaterFront? Kemm hemm mikrija? Kemm hemm vojta u kemm jinkrew?
Response (BORG, TONIO)
Dawn il-ħwienet jifformaw parti mill-konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpannija/Consortium “VISET”. Peress li din hi soċjeta’ privata, il-Gvern ma hu involut bl-ebda mod fil-kiri ta’ dawn il-ħwienet.
Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li waqfet mix-xogħol għax mhijiex tajba għax-xogħol u m'għandha l-ebda dħul, tinħarġilha xi forma ta' benefiċċju soċjali? Tista' tiġi informata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ xi forma ta' benefiċċju soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għaddiet bord u għadha m'hi tirċievi l-ebda benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tinforma lill-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kellha tieħu Lm1871.25 f'arretrati għaliex fil-fatt ħadet biss Lm901.00?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu l-pensjoni kif suppost? Tista' tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Prim Ministru jara li jinħareġ ir-refund fuq il-VAT li tħallset mill-koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fuq spejjeż konnessi mat-tieġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet bħal dawn isiru fuq bażi regolari mid-Dipartiment konċernat.