Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tat lid-dipartiment id-dokumenti neċessarji ħalli tkun mgħarrfa dwar il-pensjoni tagħha? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ taċ-children allowance ta' koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20768 u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20268 jgħid kemm hawn anzjani diabetiċi reġistrati mas-settur pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' anzjani diabetiċi reġistrati mas-settur pubbliku huwa 5,315.
B'riferenza għall-applikazzjoni għax-xogħol li qed tintbagħat separatament, jista' il-Ministru jara li l-applikazzjoni terġa' tiġi kkonsidrata minħabba l-bżonn li din il-persuna jkollha dan il-permess?
Tista' din is-sinjorina tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ diġa rrikunsidrat għat-tieni darba l-applikazzjoni msemmija. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tibqa’ ssostni d-deċizjoni li ħadet li ma jinħariġx l-permess tax-xogħol.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma għandiex indikazzjoni li f’Malta hawn nuqqas ta’ hairdressers għax hawn numru kbir ta’ Maltin li huma kkwalifikati f’din is sengħa. Fil-fatt minn Awwissu 2005 il’hawn minn meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ħadet f’idejha r-responsabbilta’ tal-permessi tax-xogħol, ma nħareg ebda permess sabiex ċittadini mhux ta’ pajjizi membri fl-Unjoni Ewropea jaħdmu bħala hairdressers f’Malta.
Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqaslu Lm27? Jista' jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jara li jingħata facilitator lill-istudent li qiegħed year 6, Tarxien Primary school li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinħass fi bżonn ta' dan is-servizz?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifel jidher quddiem il-Bord Moderatur għall-Istatementing (Statementing Moderating Panel) ser tiġi proċessata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20264 u jgħid kemm hawn geriatrics doctors ikkwalifikati? Fejn jaħdmu? Hemm talba għal aktar u jekk iva, fejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat għall-Approvazzjoni ta' Speċjalisti sallum approva 7 tobba bħala speċjalisti fil-ġerjatrija. Dawn jaħdmu San Vinċenz De Paul.
Bħal issa qed jiġi revedut il-manpower plan.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-liġi tal-kunsill lokali tobbligax lil kull kunsill li jkollu kumitat/sottokumitat dwar finanzi? X'inhi l-funzjoni ta' dan il-kumitat/sottokumitat? X'inhuma r-regolamenti li jirregolaw l-obbligi tat-tali kumitat tal-finanzi? Jekk hux il-kunsilli lokali kollha għandhom tali kumitat?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Att dwar Kunsilli Lokali ma jobbligax Kunsill Lokali li jkollu kumitat/sotto kumitat tal-finanzi. Mandanakollu, il-Proċeduri dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) jistipulaw illi f'każ li Kunsill Lokali jkollu Indikatur tal-Qagħda Finanzjarja b'bilanċ favorevoli li jkun anqas minn għaxra fil-mija ta' l-allokazzjoni li l-Gvern ikun approva lil dak il-Kunsill għal dik l-istess sena finanzjarja, il-Kunsill ikun obbligat jaħtar Kumitat tal-Finanzi. Qabel kull deċizjoni dwar xi spiża, il-Kunsill għandu jikseb il-parir bil-miktub tal-Kumitat tal-Finanzi, li jevalwa n-nefqa proposta fil-kuntest tal-qagħda finanzjarja tal-Kunsill.
Il-funzjoni ta' dan il-Kumitat huwa li jassisti lill-Kunsill fil-funzjoni tiegħu fejn jidħlu materji finanzjarji. L-operat tal-kumitati u sotto kumitati huwa regolat permezz ta' l-artikolu 47 ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali.
Għar-rigward jekk hux il-Kunsilli Lokali kollha għandhom kumitat tal-finanzi, l-informazzjoni dwar dan qed tinġabar u tingħata tweġiba f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara meta se tingħata tarmac Triq il-Ġarakol ġewwa Ħal Għaxaq, minħabba l-istat li tinsab fih?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn spezzjonijiet li saru jirriżulta li din it-Triq mhiex mibnija kollha u fiha wkoll kisja asfalt. Meta wieħed jikkonsidra dawn il-fatti kif ukoll li hemm toroq f'Ħal Għaxaq li ilhom aktar jistennew li jinbnew mhux possibli li din it-triq tingħata prijorita'.
Jista' il-Ministru jara li jingħata facilitator tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni tal-ġenitur/i biex it-tifel jidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet f'Ġunju ta' l-2005. Dan il-Panel jiddeċiedi l-bzonnijiet individwali ta' kull tifel jew tifla skond rapporti psikoloġiċi u mediċi. Madankollu għalkemm it-tifel qed jiġi segwit miċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU) fl-Isptar San Luqa, sal-lum dan il-Panel għadu ma rċeviex ir-rapport obbligatorju mingħand psikologu li jissejjaħ Psychological Assessment Report u/jew rapport mediku. Għaldaqstant l-applikazzjoni biex jiġi kkunsidrat mill-Panel x'tip ta' għajnuna għandu bżonn it-tifel, għadha pendenti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20148 dwar użu ta' splussivi fil-barriera tal-qawwi, ninforma lill-Ministru li qed ngħaddilu separatament in-numru tal-barriera li qed nirriferi għaliha.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-liċenzja maħruġa mill-Pulizija, sabiex jintużaw splussivi fil-barriera imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet suġġett ta' xi deċiżjoni mit-Tribunal tal-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20129 dwar żewġ residenti anzjani, ninforma lill-Ministru li qed ngħaddilu separatament l-ismijiet ta' dawn l-anzjani.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru diversi xogħlijiet fis-sala 9/10 St.Joseph li kien jirrikjedi li r-residenti jiċċaqalqu b'mod temporanju mill-kmamar tagħhom biex ikun jista' jsir ix-xogħol ta' manutenzjoni u tisbieħ għall-benefiċċju tal-istess residenti. Hekk kif jitlesta x-xogħol, ir-residenti jerġgħu lura fil-kmamar tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn anzjani jistennew biex jidħlu fl-SVPR u fi djar tal-gvern? Kemm ilhom jistennew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-ammonti ta' anzjani li qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza tal-Anzjani u fid-Djar tal-Anzjani fis-sena li applikaw:
Sena
SVPR
Djar tal-Anzjani
1991
-
1
1992
-
2
1993
-
3
1994
-
5
1995
1
7
1996
-
13
1997
2
23
1998
2
27
1999
2
43
2000
3
63
2001
15
63
2002
23
103
2003
82
158
2004
102
140
2005
167
231
2006
270
283
Tajjeb li wieħed isemmi li ċerti anzjani jkunu jridu jibqgħu huma stess fil-waiting listminkejja li t-talba tagħhom biex jiġu rekoverati kienet milquha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Padoloġisti jaħdmu mal-gvern? Fejn jaħdmu? Hemm talba għal aktar Padoloġisti? Fejn? Hemm Padoloġisti bil-lawrja u qed jistennew li jidħlu mal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' Podoloġisti li jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej:
Manager 1
Principal Podologist 1
Assistant Podologist 4
Senior Podologist 20
Dawn il-Podoloġisti jaħdmu l-Primary Health Care u S.V.P.R.
Bħalissa qed jiġi rivedut il-Complement tal-Podoloġisti fis-servizzi tas-Saħħa. Meta jitlesta dan l-eżerċizzju, jiġu mpjegati Podoloġisti skond il-vakanzi li jirriżultaw.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma hiex f posizzjoni li jgħid kemm hemm Podoloġisti bil-Lawrja u qed jistennew li jidħlu mal-Gvern.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn Geriatric nurses kwalifikati? Fejn jaħdmu? Hemm talba għal aktar u jekk iva, fejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma jeżistu l-ebda reġistri speċjali ta' Geriatric Nurses. Fil-qasam tal-Ġerjatrija hemm numru ta' nurses li għamlu korsijiet speċċjali fil-Ġerontoloġija, iżda il-maġġoranza tan-nurses huma bi kwalifiki ġenerali li biż-żmien jitgħallmu jieħdu ħsieb l-anzjani.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna s-safra Schedule V? Kemm hemm anzjani bejn is-60 u l-75 sena u 'il fuq minn 75 li għandhom il-kartuna Schedule V?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-20 ta' Lulju 2006 kien hemm 160,946 kartuna valida ta' Schedule V. Minn dawn 57,833 kartuna kienu ta' persuni li kellhom bejn 60 u 75 sena u 25,406 kartuna kienu ta' persuni li kellhom minn 76 sena, 'l fuq. Ta' min jgħid li hemm min ikollu aktar minn kartuna waħda ta' Schedule V minħabba n-natura tal-mard li jsofri.
Jista' il-Ministru jgħid kemm anzjani jieħdu s-servizz tal-homehelp? Kemm anzjani qed jistennew is-servizz? Kemm ilhom jistennewh dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru t'anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help huwa 2411. In-numru t'anzjani li qed jistennew għas-servizz huwa174.
Applikazzjonijiet tal-Home Help li għadhom qed jistennew is-servizz:
Ninsab infurmat li hemm 5 applikazzjonijiet li applikaw fl-2005.
Minn Jannar sa Lulju 2006 applikaw 351 għas-servizz tal-Home Help, minn dawn 169 għadhom qed jistennew is-servizz. Fost il-169, 107 huma applikazjonijiet li daħlu f'Ġunju u Lulju 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare u kemm hemm anzjani jistennew dan is-servizz? Kemm ilhom jistennewh dan is-servizz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hawn 9,254 persuni li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare u li hemm 70 oħra jistennew l-installazzjoni tat-Telecare. L-itwal applikazzjoni pendenti hi ta' xahrejn.