Tista' il-Ministru tgħid kemm kien il-Budget tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' mis-sena 2000 sa l-2006, sena b'sena?
Liema NGO's għenet finanzjarjament il-kummissjoni kull sena u kemm kien l-ammont f'kull każ?
Jekk il-kummissjoni tgħinx "in kind" flok "cash" lill-NGO's? Jekk fl-affermattiv, lil min u kif għenet il-kummissjoni f'dawn is-sitt snin, sena b'sena?
Tista' il-Ministru tirrispondi fid-dettall mhux dwar għajnuna individwali u personali li setgħet tat il-kummissjoni iżda dwar għajnuna lil NGO's bħala enti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Medical Council ħareġ kondizzjoni li tabib/speċjalista mill-Unjoni Ewropea irid ikun jaf jitkellem bil-Malti bħala parti mill-kondizzjonijiet biex jingħata permess biex jeżerċita l-professjoni tiegħu f'Malta? Jekk fl-affermattiv, jidhirlu l-Ministru li tali regolamenti jmorru kontra r-regoli u l-ispirtu ta' l-Unjoni Ewropea u anke kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta li tpoġġi l-lingwa Ingliża bħala lingwa uffiċjali tal-pajjiż mal-lingwa Maltija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Mediku b'mod ġenerali jitlob li tabib li jrid jirreġistra biex jipprattika f'Malta jrid ikun jaf kemm bl-Inġliż kif ukoll bil-Malti. Dan biex jiġi żgurat li jkun hemm komunikazzjoni tajba bejn it-tabib u l-pubbliku li jkun qed iservi u b'hekk jiggarantixxi livell ta' kura tajba għall-poplu Malti.
F'każ li tabib ikun ser jaħdem fl-Isptar tal-Gvern fejn il-Kunsill għandu assikurazzjoni li tabib li ma jafx bil-Malti iżda jaf bl-Ingliż għandu min jista' jservi ta' interpretu għal dawk il-pazjenti li ma jafux bl-Ingliż, il-Kunsill joħroġlu liċenzja.
F'każijiet eċċezzjonali l-Kunsill jagħti liċenzja lil tobba li ma jkunx jafu la bl-ingliż u lanqas bil-Malti bħal ma jiġri f'każijiet ta' tobba li jkunu qed jakkumpanjaw delegazzjonijiet barranin.
Il-Kunsill jitfa obbligu fuq kull tabib li jkun jista' jikkomunika b'mod effettiv mal-pazjenti tiegħu u dan fl-interess tal-poplu Malti.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema kriterji jingħataw permessi lill-barranin biex jaħdmu l-isptar San Luqa meta dawn ma jafux jitkellmu bil-Malti? Għala din id-differenza u/jew diskriminazzjoni ma min irid jaħdem għar-rasu jew fi sptarijiet/kliniċi privati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni tas-Saħħa meta toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta' xi tabib fi kwalunkwe grad titlob li dan it-tabib ikun jaf kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Huwa biss meta ma jinstabx tabib li jista' jiġi ingaġġat b'dawn il-kriterji li jintgħażel tabib li jkun jaf biss bl-Ingliż. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma għandha l-ebda diskrezzjoni fuq l-ingaġġ jew xogħol ta' tobba fis-settur privat.
Nirreferi lill-Onor. interpellant għt-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22239.
Jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa dwar transfer ta' ħaddiem li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li hemm konċernat persuna fuq każ mediku? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tistħarreġ l-każ u jekk iċ-cirkostanzi tax-xogħol jippermettu tara tinstabx soluzzjoni.
Tarzna ta' Malta — Ħaddiema ta' nazzjonalita' barranija
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fit-Tarzna ta' Malta fl-2005 u fl-2006? X'kienu s-snajja' li ħadmu? X'kien l-ammont ta' flus li tħallsu dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tiġi sorveljata l-ordni ta' showroom li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sidha qiegħed jiżgombra t-triq u ta' kuljum jidħlu ilmenti mir-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel spezzjonijiet fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant u tieħu passi skond il-liġi.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha żmien titlob biex il-gvern jipprovdilha post peress li dak li għandha hu bit-taraġ u hi għandha problemi tal-qalb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mara separata ilha ma tirċievi children allowance għal dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Ministru jara li persuna li taħdem il-Maltacom u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jitlob biex jieħu early retirement bħalma ħa ħaddieħor, jgħid fiex waslet it-talba tiegħu?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel ir-riċerka meħtieġa dwar il-proprjeta' in kwistjoni biex ikun jista' jipproċessa it-talba tal-enfitewta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18626, ninforma lill-Ministru li fil-garage no. 293 fl-aħħar xita li għamlet reġa' daħal l-ilma peress li d-drain tal-gvern ma laħaqx ma' l-ammont ta' ilma li kien hemm. Jista' il-Ministru jara jistax isir rimedju?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21241 u jara li tiġi solvuta problema tad-drenaġġ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ħadet l-passi meħtieġa biex din il-problema tiġi solvuta billi sar tindif tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21251 u jgħid kemm studenti jattendu l-Junior College u l-Universita' minn Marsaxlokk, Birżebbuġa, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Kalkara, Birgu, Bormla, Isla u Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti fl-ewwel u t-tieni sena li jattendu fil-Junior College huwa hekk :
Lokalita' L-ewwel Sena It-Tieni Sena Total
Marsaxlokk 20 14 34
Birżebbuġia 54 34 88
Wied il-Għajn 43 33 76
Haż-Żabbar 62 60 122
Kalkara 12 13 25
Birgu 54 34 88
Bormla 5 4 9
Isla 3 3 6
Raħal Ġdid 21 18 39
Tagħrif dwar l-Universita' għadu qed jinġabar.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hawnx suldati li kienu ilhom li telqu mill-Armata aktar minn tliet snin u reġgħu daħlu? Kemm kienu? F'liema sena kienu? X'kienet ir-raġuni li reġgħu daħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li fil-Forzi Armati ta’ Malta kien hemm ħames persuni li ġew ingaġġati lura fis-servizz wara li kien ilhom aktar minn tlett snin li spiċċaw mill-Forzi Armati Maltin.
Wieħed (1) daħal lura fl-1979, wieħed (1) fl-1995, tnejn (2) fl-1998 u wieħed (1) fl-2002. Minn dawn il-ħamsa, tlieta għadhom iservu fis-servizz. Huma ġew ingaġġati lura fis-servizz fuq talba tagħhom stess.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fil-ħabs fl-2004, fl-2005 u fl-2006 li kellhoma piena ta' 'il fuq minn sena u kemm daħlu ħabsin f'dan il-perijodu? Kemm hemm ħabsin bħalissa u ta' liema ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004 kien hemm 93 persuna li daħlu biex jiskontaw sentenza ta' l-fuq minn sena ħabs, fis-sena 2005 kien hemm 89 persuna, filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 kien hemm 36 persuna.
Matul is-sena 2004 daħlu 480 persuna b'arrest jew sentenza, matul is-sena 2005 daħlu 389 persuna filwaqt li sa l-aħħar ta' Ottubru 2006 daħlu 432 persuna.
Fil-31 ta' Ottubru 2006 il-popolazzjoni tal-priġunieri kienet ta' 366 li huma ġejjin minn dawn il-pajjiżi:-
Niġerja3Spanja1Renju Unit7Italja2
Libja55 Alġerija5 Tuneż9 Eritrea1
Sudan5 Somalja3 Olanda2 Kosta ta’ Ivorju3
Niger2 Panama1 Palestina2 Turkija6
Pakistan1 Slovakja2 Yugoslavja2 Bulgarija2
Kanada1 Chad2 Ċina1 Eġittu2
Etopja4 Iraq2 Ġordan1 Mali1
Messiku2 Malta236
Jista' il-Ministru jara li jingħata dawl u ilma lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ma tistax tidħol fil-post minħabba n-nuqqas ta' dawn is-servizzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-servizzi tad-dawl u ta' l-ilma ingħataw lill-persuna msemmija fl-1 ta' Novembru 2006.