Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' transfer ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kien ilu jagħmel dan ix-xogħol għal tmien snin? Jista' jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' il-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmta li mill-file indikat mill-Onor. Interpellant, jirriżulta li fit-18 ta' Mejju 2004 il-persuna konċernata ġiet infurmata mill-Awtorita' tad-Djar bid-data li fiha kellu jiġi ffirmat il-konvenju għax-xiri tal-post taħt l-iskema Sir Sid Darek.
Ninsab infurmata wkoll li, fl-1 ta' Ġunju 2004, din il-persuna nfurmat lill-Awtorita' li ma kienetx aktar interessata li tixtri l-post.
Tarzna ta' Malta — Ħaddiema ta' Nazzjonalita' Barranija
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22242 u jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema barranin li ħadmu fit-Tarzna ta' Malta fl-2005 u fl-2006? X'kienu s-snajja' li ħadmu? X'kien l-ammont ta' flus li tħallsu dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-ewwel żewġ partijiet tal-mistoqsija.
Għar-rigward ta' l-aħħar parti, il-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment tħallsu l-ħaddiema barranin peress illi dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li tkun qabbdet il-Malta Shipyards.
Tista' il-Ministru tara li jiġi rranġat saqaf ta' post ta' omm separata li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tistenna lid-dipartiment biex jirranġah? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-ewwel nofs ta' Novembru saret talba lid-Dipartiment għall-Bini u Tiswija ta' Djar għat-tiswijiet fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant, liema talba ġiet approvata fil-15 ta' Novembru.
Ninsab infurmata wkoll li din il-gimgha mistennija ssir spezzjoni oħra mill-periti ta' l-imsemmi Dipartiment biex jiġi determinat jekk is-soqfa għandhomx jissewwew jew jinbidlu kompletament. Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tkun infurmata bid-deċiżjoni wara din l-ispezzjoni.
Jista' il-Ministru jara li l-bozoz li twaħħlu fil-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jiġu pprovduti bid-dawl peress li bħalissa ma fihomx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jinxtegħlu ż-żewġ lampi jinsab lest u l-lampi attwalment inxtegħlu.
Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux jirċievi l-pensjoni ta' l-invalidita' kemm ħaqqu?
Jista' dan is-sinjur jirċievi risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq dawl u ilma u jekk hijiex eżenti mis-surcharge? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal każ ta' sussidju fuq irranġar ta' djar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-file indikat mill-Onor. Interpellant, fl-2001, il-persuna konċernata bbenefikat mill-għotja massima taħt l-iskema W ta' l-Awtorita tad-Djar dwar xogħlijiet ta' rranġar u titjib fil-post mikri mingħand il-Gvern.
Ninsab infurmata wkoll li ma jidhirx li hemm xi talba pendenti quddiem l-Awtorita' minn din il-persuna.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa każ ta' tneħħija ta' surcharge ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jgħix bl-invalidita'? Jista' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' board ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' il-Ministru tinforma lil din il-persuna bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali m'għandu ebda talba minn persuna bid-dettalji provduti mill-Onor. Interpellant.
Għalhekk nitolbu jivverifika dawn id-dettalji u jgħaddihomli, possibilment flimkien man-numru tal-karta ta' l-identita' tal-persuna konċernata, anki b'mod kunfidenzjali, biex id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jkun jista jinvestiga.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk garage li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex vojt jew għall-kiri u f'liema stat jinsab?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garaxx li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant huwa tal-Gvern u mhux mikri. Fil-futur qarib it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ser toħroġ sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta' l-istess garaxx.
Tista' il-Ministru tara jekk sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux jieħu pensjoni kemm ħaqqu, peress li dan qed iħoss li l-pensjoni tiegħu hija baxxa?
Tista' din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Tista' il-Ministru tara jekk dan is-sinjur għandux dritt għas-sussidju fuq dawl u ilma u li jiġi eżenti mis-surcharge?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li hemm proċess għaddej dwarha għand il-pulizija dwar telefonati anonimi? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija għadha qed tinvestiga r-rapporti magħmula minn din is-sinjura, u li issa din ġiet ukoll mgħarrfa mill-Pulizija f'hiex waslu l-investigazzjonijiet.
Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' żewġ anzjani li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li qed jistennew risposta mill-Housing Authority?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna risposta minn diversi entitajiet biex tiffinalizza l-verifika ta' l-assi ta' l-applikanti ndikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li, hekk kif titlesta din il-verifika, l-Awtorita, tinforma lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti? Meta ġiet updated l-aħħar darba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li skond is-Surgical Operations Register, ta' l-Isptar San Luqa, saru 890 operazzjoni tal-Kataretti fil-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru 2006.
Skond it-Tejatru ta' l-Isptar Karin Grech, kien hemm 188 pazjent fuq il-lista li rrifjutaw li issirilhom l-operazzjoni tal-kataretti meta ġew mgħajjta fil-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar u l-31 ta' Ottubru 2006. Dawn xorta waħda jibqgħu jidhru fuq il-lista sakemm issirilhom l-operazzjoni. Preżentament din il-lista jidhru fuqa 4110 pazjent u tiġi aġġornata kuljum. Il-Gvern qed jesplora metodi alternattivi biex jiżdiedu n-numru ta' operazzjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għal investigazzjoni Angiography?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'kull każ li jeħtieġ Anġjografija tal-qalb jiġi assessjat u mpoġġi fuq waħda minn erba' listi:-
a) immediate
b) next day
c) to be done while patient in hospital
d) chronic and stable
Għaldaqstant iż-żmien ta' stennija jiddependi minn kull każ individwalment.
In-numru ta' pazjenti li qed jistennew taħt kategorija d biex issirlhom anġjografija tal-qalb huwa 1915.
Jista' il-Prim Ministru jara għaliex pensjonant li partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, u li kien jaħdem bħala suldat wara li għamel 36 sena fl-armata kulma qiegħed jieħu huwa ta' l-aħħar 19-il sena? Tista' tiġi rranġata din l-anomalija u din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Individwu li d-dettalji tiegħu ġew mogħtija separatament kien għażel volontarjament li jittermina s-servizz tiegħu fl-Armata wara sittax-il sena minn mindu kien ġie ngaġġat għall-ewwel darba fis-Servizz. Wara perjodu ta’ ‘l fuq minn ħames xhur barra mis-Servizz, l-individwu kkonċernat reġa applika biex jidħol fis-Servizz u t-talba kienet ġiet milqugħa.
Ir-regolarmenti rigward l-għoti tal-pensjoni tas-Servizz jagħmluha ċara li biex wieħed jikkwalifika għall-pensjoni sħiħa irid ikollu ħamsa u għoxrin sena servizz mingħajr ma dan il-perjodu jkun maqtugħ. Fir-rigward ta’ dan l-individwu, din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata għaliex kien hu stess li għażel li jittermina s-servizz tiegħu qabel ma kellu ħamsa u għoxrin sena servizz. Għalhekk, meta hu reġa spiċċa mis-servizz għat-tieni darba kellu biss dsatax-il sena servizz. Il-pensjoni li ngħata kienet biss fuq dan l-aħħar tul ta’ servizz.