Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema ta’ ID Cards – każ ta’ persuna

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22513 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq ID cards?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi ġie kkuntatjat minn uffiċċjal mill-Ministeru tiegħi u l-każ tiegħu qed jiġi eżaminat.

Ċimiterju Maria Addolorata – tħaffir ta’ oqbra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda t-tħaffir ta’ oqbra fiċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata Paola? Fejn wasslu l-permessi mill-MEPA? Kemm oqbra ser jitħaffru bl-applikazzjoni tal-MEPA?? Issa li qed jintbagħtu għall-persuni biex iġeddu l-kuntratt, meta huwa l-ħsieb li jkunu lesti ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess tal-Mepa għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Maria Addolorata ħareġ fis-16 ta’ Frar 2016.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Triq Sammat Paola — patching

Question

Jista’ l-Ministru jara li, peress li sar xogħol ħażin mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Sammat Paola l-ilma qed jaqleb fir-residenza tan-nies?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li minn spezzjonijiet li għamlet tul it-triq kollha, ma nstab l-ebda difett ovvju fuq xi xogħol ta’ riparazzjoni li jista’ jiġi attribwit għall-ilment imressaq. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddili dettalji speċifiċi tar-residenzi li qed jirreferi għalihom ħalli l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista’ tikkuntatjahom biex tattendi għall-ilment tagħhom.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir xogħol fuq arblu tad-dawl li hemm quddiem id-daħla tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin peress li huwa msaddad kollu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-arblu msemmi tneħħa.

Schedule V – pilloli Combodart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Combodart hux ser ikunu nklużi fix-Schedule V? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-lum zdiedu mat-32 –il medicina gdida fil-formularju tal-medicini, fosthom il-Methylphenidate li tinghata lil dawk it-tfal bl-AHDH u l-Gliptins ghall-pazjenti dijabetici. Id-dipartiment tas-Sahha qed ikompli jahdem biex aktar medicini ikunu mizjuda f’dan il-formularju.

Schedule V – pilloli Omnic

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Omnic hux ser ikunu nklużi fix-Schedule V? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 22838.

xiri ta' oqbra — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18213 u 21126 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-xiri ta' oqbra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinghata f’xi seduta ohra.

Mediċina — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21202, jista' l-Ministru jgħid l-każ se jiġi konkluż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar kuntatt mal-individwu u gie infurmat bid-dettalji necessarji skont il-protokolli mediċi.

Dewmien għal kartuna s-safra — każ ta' persuna

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20675, jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dewmien fil-kartuna s-safra jiġi solvut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-rekords li ghandha l-POYC Unit din l-applikazzjoni waslet ghandna mic-Centru tas-Sahha ta’ Bormla fl-10 ta’ Novembru 2015. L-Applikazzjoni ġiet proċessata u approvata fit- 23 ta’ Novembru 2015 u d-dokument ta’ Schedule V gie impustat direttament lill-pazjenta fl-istess ġurnata.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

POYC — Każ ta' individwu

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21042, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija giet ikkuntatjata u moghtija l-informazzjoni kollha mehtiega.

operazzjoni — każ ta' persuna

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20972, jista' l-Ministru jara li dan il-każ jiġi solvut?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qed ikun segwit.

Ħal-Tarxien — Triq Mario Schembri - Arblu tad-Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-arblu tad-dawl imsaddad fi Triq Mario Schembri, Tarxien peress li weħel wieħed ġdid però l-antik għadu ma tneħħix?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħol indikat sar.

Ħal Tarxien – Triq Ċikku Saliba – Arblu tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li jinbidel arblu tad-dawl imsaddad li qed ikerrah l-ambjent fi Triq Ċikku Saliba f’Ħal Tarxien?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Enemalta plc li x-xogħol indikat sar.

Home Help – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li għandu fuq home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent il-każ imsemmi minnu huwa magħluq.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li għandhom jintbagħtu uffiċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jinvestigaw xi ħruġ ta’ ilma. Il-każ imbagħad jiġi mgħoddi lill-Bord apposta fi ħdan l-istess Korporazzjoni.

Applikazzjoni għall-bdil ta’ post – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward bdil ta’ post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Sptar Mater Dei – Telf ta’ oġġetti – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward telf ta’oġġetti meta kienet l-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qiegħed jiġi segwit.

Kartuna Roża – Schedule V

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20439 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jara x’inhu jsir mal- persuni dijabetiċi kollha li suppost għandhom id-dritt għall-kartuna r-roża, peress li numru ta’ persuni qegħdin jilmentaw li minkejja li l-kartuna r-roża ilha għandhom għall-aktar minn għaxar snin, iċ-Ċentri tas-Saħħa qed jaqbdu u jaqtgħu kollox mill-kartuna r-roża u jitfgħu kollox fuq Schedule V minkejja li dawn il-persuni għandhom dritt għal kartuna r-roża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba tibdil li kien sar fis-27 ta’ Marzu 2012, persuni li jbatu minn dijabete li kellhom dritt awtomatiku għal-karta r-roża, bdew jikkwalifikaw għal din il-karta biss jekk jgħaddu mit-test tal-mezzi. Minħabba lmenti li kien hawn dak iż-żmien, il-gvern preċedenti kien ddeċieda li min ried jibqa’ fuq il-karta r-roża kellu żmien sal-1 ta’ Ġunju 2012 sabiex jagħmel dan. Infatti d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għadu jġedded karti roża ta’ persuni li jbatu mid-dijabete, basta jipprovdu d-dokument SLH 145/MED 145, imġedded mid-Diabetic Clinic. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali mhux f’pożizzjoni jgħid jekk kienx hemm persuni li nqalbu fuq Schedule V. Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibqa’ jgedded karti roża ta’ persuni li jbatu mid-dijabete u mingħajr ma jagħmel test tal-mezzi lil dawk biss li jġibu dokument imġedded mid-Diabetic Clinic.

Problema ta’ ID Cards – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq ID cards?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din id-domanda lill-Ministeru konċernat.