Jista' l-Ministru jikkonsidra każ ta' tifel li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu bżonn facilitator peress li mhux l-ewwel darba li kellu nuqqas ta' dan is-servizz kif ġara nhar l-Erbgħa 28/03/07?
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni biex il-ġenituri ta' dan it-tifel ikollhom risposta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-facilitator tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kienet bis-sick leave mill-Ġimgħa 12 ta' Jannar, 2007 sa nhar il-Ġimgħa 2 ta' Marzu. Matul dawn il-ġimgħat inġabet spiss On Call facilitator.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24210 u jara li l-flus tal-VAT li anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament , ħallset biex għamlet lift minħabba diżabilita', jingħatawlha lura peress li għad m'għandha l-ebda risposta
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24210.
Jista' l-Ministru jara għaliex fis-sena 2000 saret applikazzjoni għal permess li jidher separatament fejn dan ġie refused, saret reconsideration b'konsultazzjoni ma' Heritage Malta u Superintendance of cultural heritage fejn dawn esiġew li ma jsirx żvilupp u din issa reġgħet telgħet għal reconsideration nhar il-Ħamis 01/03/07? Jista' jara jekk dan il-permess għandux joħroġ peress li jinsab qrib World Heritage site, xi 20 pied 'il bogħod?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) hija marbuta li tikkonsidra kull applikazzjoni u kull talba għal rikonsiderazzjoni irrispettivament mill-pożizzjoni ta' awtoritajiet oħrajn. Ta' min jgħid li fuq dan il-każ il-parir tad-Direttorat lill-Bord huwa għal rifjut.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-working permit ta' sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu hawn Malta sitt snin? Possibbli din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni għall-permess tax-xogħol għall-persuna msemmija mhux ser tintlaqa’. Applikazzjoni minn prinċipal ieħor għall-istess persuna ġiet irrifjutata f ‘Settembru 2006.
Tista' l-Ministru tara li jsir xi ħaġa fuq każ ta' żewġt itfal li jridu jiġu fostered għand familja peress li l-missier ma jistax ikompli jieħu ħsieb dawn it-tfal peress li l-omm telqet u abbandunat it-tfal? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt, l-Aġenzija Appoġġ kienet allokat lit-tfal li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant f'respite foster care iżda wara ġimgħatejn dan l-arranġament kellu jitwaqqaf minħabba nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-missier.
Ninsab infurmata wkoll li, wara, il-missier talab lill-Appoġġ li t-tfal jitpoġġew f'istitut. Il-manager taċ-Child Protection Services ta' l-Aġenzija xtaqet tiltaqa' mal-missier biex jiġu diskussi possibilitajiet oħra fejn jistgħu jitqiegħdu dawn it-tfal, fl-ambitu ta' familja. Din il-laqgħa hi ppjanata għall-14 ta' Marzu 2007.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23859 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid għal xiex se tintuża l-mina li tħaffret minn Wied iż-Żiju l/o Sant'Antnin sal-power station ta' Delimara? Meta beda x-xogħol ta' tħaffir tal-mina li mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin Wied il-Għajn twassal għal power station ta' Delimara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-mina ser tintuża biex jgħaddu cables ta’ l-elettriku b’vultaġġ għoli mill-Power Station ta’ Delimara għaċ-ċentru l-ġdid ta’ distribuzzjoni li hemm ġewwa Wied il-Għajn. Ix-xogħolijiet tat-tħaffir tal-mina beda f’Ottubru 2003. M’hemm l-ebda konnessjoni ma’ l-impjant tar-riċiklaġġ.
Tista' l-Ministru tara li jinħareġ il-blue sticker ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma toħroġx mid-dar u għandha bżonn urġenti ta' dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt applikat għall-Blue Sticker.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni li għamlet din il-persuna kienet għall-Karta ta’ l-Identita’ Speċjali. Ma’ din l-applikazzjoni, li saret fl-14 ta’ Frar 2007, ma kienx hemm ir-ritratti meħtieġa. Dawn ġew preżentati fis-27 ta’ Frar u l-Karta ta’ l-Identita’ Speċjali mistennija tkun lesta sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.
Jista' l-Prim Ministru jara li l-flus tal-VAT li anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament , ħallset biex għamlet lift minħabba diżabilita', jingħatawlha lura peress li għad m'għandha l-ebda risposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara jekk hemmx xi forma ta' servizz soċjali għal persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, li għadha kif ħarġet mill-ħabs u m'għandha l-ebda dħul finanzjarju? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant giet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali dwar il-kaz taghha.
Sigurta' Soċjali — Dokumenti minn barra minn Malta
Question
Tista' l-Ministru tara li persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha risposta min-naħa tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali barrani biex jibgħatulha d-dokumenti? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant giet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali dwar il-kaz taghha.
Jista' l-Ministru jara li jsir transfer ta' telephone minn kamra għall-oħra peress li, l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandha problema ta' mobilita' u teħtieġ li jsir dan it-transfer?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan il-Ministeru ma hux responsabbli biex jittrasferixxi 'telephones'.
Tista' l-Ministru tara li jsir ix-xogħol (irranġar ta' katusa) fil-post ta' familja li jinsabu boarded outperess li ġew mitluba li jsir dan ix-xogħol? Jista' l-maintenance section tagħmel dan ix-xogħol u tinforma lill-persuna konċernata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba tal-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-investigazzjoni u azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu pilloli Procoralan 5mg lill-anzjani peress li dawn il-pilloli jqumu Lm28 kull kaxxa? X'inhi l-proċedura biex dawn jidħlu fis-Schedule V?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ivabradine (Procoralan) hija mediċina li tintuża għall-anġina. Din hija kundizzjoni li taqa' taħt Schedule V u li għaliha l-gvern diġa qed jipprovdi diversi mediċini b'xejn inkluż verapamil, diltiazem u nicorandil fost l-oħrajn. Konsulent li jaħdem fis-Servizzi tas-Saħħa jew aġent tal-mediċini, jista' japplika biex ivabradine tidħol fil-lista tal-mediċini li jingħataw b'xejn. Din l-applikazzjoni tiġi evalwata u jekk tinsab valida tkun approvata biex b'hekk ivabradine tingħata b'xejn.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22999 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22999.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22999 u 23077 u jgħid kemm għandu impjegati miegħu l-uffiċċju tiegħu, il-ministeru u s-segretarju parlamentari ? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22999.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi forma ta' parking għall-ħaddiema li jaħdmu Wied Inċita għax għal dawn qed tkun problema biex isibu parking? Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt kellhomx talba? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser jsir xi ħaġa f'dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari prattikament identika Nru 23423 tas-Seduta 487 tad-29 ta’ Jannar 2007.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għat-tindif tal-post magħruf bħala il-"Magħluq" fi Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn, jekk hux il-kunsill jew il-ministeru? Jekk il-ministeru, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dan il-post ġie mitluq u mimli ħmieġ u oġġetti bħal tyres, siringi, ġrieden, skart tal-metal eċċ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari prattikament identika Nru 23772 tas-Seduta 493 tat-12 ta’ Frar 2007.
Għal xiex se tintuża l-mina li tħaffret minn Wied iż-Żiju l/o Sant'Antnin sal-power station ta' Delimara? Meta beda x-xogħol ta' tħaffir tal-mina li mill-impjant tar-riċiklaġġ ta' Sant Antnin Wied il-Għajn twassal għal power station ta' Delimara?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sussidju fuq dawl u ilma ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separamenta, li tgħix bil-pensjoni ta' l-invalidita' li qed jitlob li s-sussidju li kien jieħu fuq il-post fejn kien joqgħod jiġi trasferit għall-post ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Kemm twieldu trabi f'Malta minn immigranti illegali fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' trabi li twieldu bejn l-2002 u l-2006 minn immigranti irregolari f'ċentri ta' detenzjoni kien ta' 48 kif muri hawn taħt sena b'sena:
2002 - 13 trabi
2003 - 12 trabi
2004 - 10 trabi
2005 - 3 trabi
2006 - 10 trabi