Tista' l-Ministru tara għaliex anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatgħulha l-benefiċċju tal-mard u supplimentari? Tista' din l-anzjana tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni dijabetiċi u kemm minnhom huma ta' eta' minn sena sa 18-il sena, sena b'sena, jiġifieri kemm ta' sena, kemm ta' sentejn, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni weħlu multa jew se jitressqu quddiem il-qorti għaliex inqabdu jpejpu f'postijiet projbiti għat-tipjip?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet għall-Pubbliku, sa l-aħħar ta' Marzu 2007, il-Pulizija sabet u ħadet passi quddiem il-Qorti kontra 1,439 persuna. Dwar x'sentenzi weħlu, din l-informazzjoni ma tinżammx taħt forma ta' statistika.
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn jinxtraw il-mediċini għad-dipartiment tas-saħħa u kemm kienet in-nefqa fuq dawn il-mediċini għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xiri tal-mediċini mid-Dipartiemtn tas-Saħħa isir skond il-proċeduri stabbiliti taħt il-Financial Administration and Audit Act, Kapitlu 174 tal-Liġijiet ta' Malta. Għaldaqstant jiġu mħabbra minn fejn il-mediċini nxtraw fuq il-gażżetta tal-gvern jew fuq in-Notice Board tad-Dipartiment Farmaċewtiċi tal-Gvern, u tad-Dipartiment tal-Kuntratti l-Furjana. It-tagħrif tan-nefqa hu kif ġej:
Sena
Ammont
2005
Lm21,898,723
2006
Lm24,062,248
2007
Bejn 01/01/2007 sa 31/03/2007
Lm9,941,594
Jista jkun hemm xi xiri ta' mediċini oħra li għadhom qed jiġu kkonfermati u li l-kontijiet għadhom ma ddaħlux fis-sistema tal-Accounts.
Tista' l-Ministru tara jekk is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li spiċċa bla xoħgol mill-Corinthia u bla ebda dħul wara snin jaħdem, għandux dritt għall-benefiċċju soċjali? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24763 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ għadu qed jiġi nvestigat mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim (kuntratt) li sar bejn il-gvern u l-privat (Care Malta) għall-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara jekk anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħaditx iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja, għax skond din l-anzjana jidher li ħadithiex? Tista' tittieħed azzjoni u tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara jekk hemmx xi kumpens mill-gvern jew mill-Unjoni Ewropea għal dawk li jridu jtellgħu ħitan tas-sejjieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-għajnuna finanzjarja li tingħata b’kuntratt taħt l-iskema ta’ l-Iżvilupp Rurali għandha tibqa’ tingħata wara li tiġi l-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp 2007-2013 mill-Unjoni Ewropea.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija ma' din il-mistoqsija li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, tista' l-Ministru tara jekk is-servizz ta' iben li jdur bil-ġenituri tiegħu ġietx approvata? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Filwaqt li napprezza t-tweġiba li tani l-Ministru għall-ewwel parti ta' mistoqsija parlamentari 24857, jista' jekk jogħġbu jagħtini tweġiba għall-aħħar parti tal-mistoqsija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn il-persuni ġew impjegati bħala part-timers u sal lum ma jidhirx li hemm il-każ li dawn jiġu mpjegati full time.
Tista' l-Ministru tara li jinħareġ il-blue sticker ta' persuna nieqsa mid-dawl li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tiġdid tal-Blue Sticker tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie approvat.
Ninsab infurmata wkoll li, fiż-żmien qrib, din il-persuna ser tintalab tirritorna l-isticker li skada biex tingħata wieħed ġdid.
Tista' l-Ministru tara li tiġi rranġata gallarija ta' mara armla, li d-dettalja tagħha qed jintbagħtu separatament, għax ta' persuna oħra fl-istess flat irranġawha u tagħha baqgħet ma saritx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-drenaġġ huwiex ser jiġi estiż għal Bidni limiti ta' Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn? Jekk fl-affermattiv meta ser jibda x-xogħol peress li t-toroq huma ħżiena ħafna u ma jistgħux isiru qabel ma titlesta s-sistema tad-drenaġġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istima għal dan ix-xogħol tad-drenaġġ hija waħda sostanzjali u mhux inkluża fl-estimi tal-Korporazzjoni tas-Servizzi ta’ l-Ilma għas-sena kurrenti.
Il-Korporazzjoni se tinkludi din l-istima għas-sena li ġejja. Sadanittant ser isiru l-applikazzjonijiet għall-permessi meħtiega mill-MEPA biex dan ix-xogħol ikun jista’ jsir.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa każ ta' housing ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Fil-fehma tiegħi dan huwa każ ġenwin. Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk il-ftit ħaddiema li fadal li wara li ilhom jitħallsu mill-gvern mill-1973 ġew imċaħħda mir-riorganizzazzjoni ta' l-1979, bi ftit xhur ikunu ntitolati għas-somma/kumpens u dan wara li wieħed iqis li kien hemm grupp ħaddiema (summer workers) li daħlu wara l-pijunieri, qalbu mal-gvern u kienu ħadu s-somma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara d-domanda billi jispjega x’irid ifisser b’riorganizazzjoni tal-1979, jispeċifika għal liema kategorija ta’ ħaddiema tal-Gvern qiegħed jirreferi fil-mistoqsija li ġew imċaħħda mir-riorganizazzjoni ta’ l-1979, u jiċċara għal xiex qed jirreferi eżatt meta jsemmi somma/kumpens.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi 24787, qed ngħaddi d-dettalji separatament dwar il-plotli qed nagħmel riferenza għalih.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-plot indikat mill-Onor. Interpellant mhux proprjeta’ ta’ l-Awtorita’ tad-Djar. Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara għaliex koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kulma għandha hija pensjoni ta' Lm202.04 fix-xahar meta tħallsu 40 sena bolol? Tista' tiġi riveduta l-pensjoni u l-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara każ ta' missier, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, b'tifel li korra u ma jistax jaħdem u li m'għandu l-ebda dħul mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali ħlief d-dħul tal-mara tiegħu li taħdem part-timemad-dipartiment ta' l-anzjani? Peress li din il-persuna kemm-il darba għamlet talba għal xi forma ta' benefiċċju, jista' dan il-każ jitmexxa u tingħata xi forma ta' benefiċċju sakemm ikun tajjeb għax-xogħol? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.