Legislature:
Category:
Reset
Active:

SVPR — Air Conditioners bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-swali ġewwa San Vincenze De Paule Residence li għandhom air conditioners bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa s-Sala fir-residenza San Vinċenz de Paul li għandha air conditioners wieqfa hija parti mis-Serenity Block li qed isir xogħol ta' manutenzjoni fuq is-sistema'.

Persuni b'diżabilita' — Ħrieqi

Question

Tista' l-Ministru tara li l-ħrieqi li jingħataw l-persuni b'diżabilita' jkunu ta' kwalita' aħjar għax qiegħed jkollna numru ta' lmenti mingħand ġenituri li qed jixtru dawn il-ħrieqi minn kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħrieqi li jingħataw lill-persuni b'diżabilita' huma ċertifikati bil-miktub li huma konformi ma' l-International Recognised Standards l-ISO 9001 kif ukoll l-ISO 11948-1.

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f'mediċini għas-sena 2006/2007 u kemm għandu jagħti lill-aġenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa ta' mediċini ingħatat fir-risposta għal mistoqsija numru 25411. Fl-aħħar ta' Marzu 2007, l-ammont dovut lill-aġenti lokali u internazzjonali għal mediċini kien ta' Lm8,821,729.68. Jista' jkun hemm xi kontijiett oħra li għadhom qed jiġu verifikati u għaldaqstant mhux imdaħħla fis-sistema tal-Accounting tad-Dipartiment u esklużi mill-figura mgħotija.
Leg 10 PQ #25466 Sitting 523 2007-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew turisti mis-sena 2000 sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' turisti li ġew Malta mis-sena 2000 sa l-2006 kien kif ġej: 2000 1,215,718 2001 1,180,145 2002 1,133,814 2003 1,126,601 2004 1,156,028 2005 1,170,610 2006 1,124,233 Ta' min iżid li jekk wieħed iqabbel il-perjodu Novembru-Marzu 2006/7 ma' Novembru-Marzu 2005/6 wieħed isib żieda ta' 19,349 turist (7.1%).

Klandestini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini f'Malta u Għawdex? Kemm mietu? Biex mietu?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal immigranti irregolari. Ninsab infurmat illi fil-preżent (27 ta' April) hawn 748 immigrant irregolari miżmuma fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni li jitmexxew mill-Pulizija u l-Armata. Infurmat ukoll illi mis-sena 2002 l'hawn ġew irrapurtati żewgt imwiet, wieħed kien vittma ta' omiċidju filwaqt li ieħor miet b'kawża naturali. Dwar immigranti irregolari li qed jinżammu f'ċentri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Turisti abbużati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm turisti rrappurtaw li ġew abbużati sesswalment? Kemm kellhom eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, filwaqt li ma ġie rrapurtat ebda każ ta' stupru, il-Pulizija kellha 4 rapporti dwar każi ta' attakki sesswali, fuq barranin. L-eta' tal-vittmi kienet 14, 19, 44 u 28 sena rispettivament.

Persuni nfettati bl-H.I.V.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni nfettati bl-H.I.V. u kemm għandhom eta' u kemm persuni f'Malta mietu bl-Aids?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar in-numru ta' każijiet ta' HIV bejn l-2004 u Marzu 2007, li jinkludu l-gruppi ta' etajiet li jaqgħu taħthom dawk milquta, huma kif jidru fit-tabella hawn taħt: Sena Gruppi ta' etajiet 0 - 9 10 - 19 20 - 29 30 - 39 40 - 49 50 - 59 60 - 69 70 - 79 80+ N/A 2004 5 1 1 8 2005 2 2 3 1 8 2006 1 4 8 4 2 6 2007 1 1 1 Fil-perjodu stipulat il-każijiet ta' mwiet minħabba l-AIDS huma kif jidhru hawn taħt: Sena Numru ta' imwiet 2004 2 2005 1 2006 5 2007 -

Sptar San Luqa — Twelid ta' trabi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ommijiet welldu wlied ġewwa l-isptar San Luqa b'unknown father u kemm kellhom eta' dawn l-ommijiet, għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Sistema Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar l-Obstetrika (NOIS) ma tiġborx informazzjoni dwar unknown fathers.

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti ġewwa l-isptar San Luqa matul l-2005, l-2006 u l-2007 s'issa u kemm hemm fuq il-waiting list?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond is-surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa n-numru ta' operazzjonijiet ta' kataretti reġistrati għal matul is-snin 2005, 2006 u l-2007 huwa kif jidher hawn taħt: Sena Numru ta' Operazzjonijiet 2005 1104 2006 1094 Jannar - Marzu 2007 331 In-numru ta' pazjenti fuq il-waiting list bħalissa huwa 4,544.

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani fuq il-waiting list biex jidħlu fir-residenza San Vincenz de Paule jew f'xi dar ta' l-anzjani tal-gvern, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li qegħdin fuq il-waiting list huwa kif ġej: Djar tal-Anzjani 1,225 San Vinċenz de Paul 544

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li diġa' applikaw biex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa? Minn liema lokalita' huma u kemm applikaw għad-day centre?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Sa ftit ta' żmien ilu, fuq l-applikazzjoni għad-dħul ġewwa djar tal-anzjani tal-Gvern ma kinitx inkluża l-opportunita' li wieħed juri preferenza li jidħol fid-dar ta' l-anzjani tal-Mellieħa. Kien biss f'dawn l-aħħar jiem, minn mindu beda x-xogħol fuq din id-dar, li din il-preferenza bdiet tiġi offruta u s'issa kien hemm żewġ applikazzjonijiet. Madankollu wieħed ma jistax jeskludi li hemm oħrajn li kienu diġa applikaw u li jistgħu jesprimu l-preferenza tagħhom għal din id-dar. Dawn tal-aħħar jiġu wkoll ikkunsidrati. Dwar iċ-ċentru ta' matul il-jum, l-applikazzjonijiet jiġu milqugħa ftit qabel dan iċ-ċentru jibda jopera.

Fawran tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab bid-drenaġġ ifur u ma tistax tkompli għaddejja b'din is-sitwazzjoni? Tista' tittieħed azzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għaddiet il-każ imsemmi mill-Onor Interpellant lill-Awtoritajiet tas-Sanita’ biex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom fuq house connection privat billi jidher li dan hu l-kawża tal-problema.

Spiżeriji tal-gvern — Pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2007?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun lesta.

Anzjani — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'l fuq minn 75 sena li bdew jieħdu l-pilloli Liscal 40-20mg u Zocar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li għandhom 'l-fuq minn 75 sena li nħarġilhom permess għal Statin mid-9 ta' Novembru 2006 sal-lum huwa ta' 1164. 1026 -il permess inhareġ mill-Medicines Approval Section fl-isptar San Luqa, Malta u 138 -il permess inħareġ mill-Ispiżerija ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Dawn il-figuri ġew ibbażati fuq in-numru tal-karta ta' l-identita' tal-pazjenti.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern qiegħed jagħmel f'Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, il-Marsa, Sta. Luċija u Ħal Għaxaq u liema huma proġettati li se jibda x-xogħol fuqhom sa l-aħħar ta' din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-toroq li qiegħed jagħmel il-gvern fl-irħula imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma:- Ħal Għaxaq - Triq Tal-Millieri u Triq it-Tilliera qegħdin isiru bħalissa. - Triq Dwardu Buttigieg ser issir matul din is-sena. Paola - Triq id-Durrgħajsa għaddej ix-xogħol bħalissa - Triq it-Tfief - p/o San Alwiġi hija lesta u l-parti l-oħra ser tibda fi ftit ġimgħat ieħor - Triq Tarxien Tarxien - Triq L-Arkata Normanna - ix-xogħol ser jibda fil-ġranet li ġejjien - Paola Road għadha kemm tlestiet Marsa - Dalwaqt ser jibda x-xogħol fuq Triq il-Qaddiefa u Triq it-Tiġrija. Gudja - Dawret il-Gudja u p/o Triq Dun K Farrugia għadhom kemm tlestew - p/o Triq Dun K Farrugia hija lesta, il-kumplament tat-Triq qiegħed isir ix-xogħol fuqha - Triq il-Miġra ix-xogħol għaddej Santa Lucija - Fi Triq Dawret it-Torri għaddej ix-xogħol u - Triq Oleander Fil-programm imħabbar xi xhur ilu, hemm toroq oħra f'dawn l-irħula li jridu jsiru u l-program tagħhom jitħabbar aktar il-quddiem.

Pulizija — Rapporti ta' suwiċidji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru suwiċidji mill-bidu ta' l-2007 sal-lum u kemm kellhom eta' il-persuni nvoluti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Marzu ta' din is-sena, ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 każi ta' suwiċidju. L-eta' ta' dawk involuti kienet bejn l-40 u t-68 sena.

Sptar San Luqa — Persuni li ddaħlu kawża ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni daħlu l-isptar kawża ta' overdose ta' droga u kemm minnhom mietu għas-snin 2005, 2006 u 2007 s'issa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm 9 imwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga matul is-sena 2005. Minn dawn 8 kienu f'residneti u 1 kien mhux residenti. Matul is-sena 2006 kien hemm 8 mwiet kawża ta' overdose jew effetti ta' droga. Minn dawn kien hemm 7 f'residenti u 1 mhux residenti. Ħafna minn dawn l-imwiet iseħħu qabel jidħlu l-isptar. Minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis, in-numru ta' każijiet ta' overdose li ddaħlu l-isptar San Luqa fl-2005, 2006 u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena jidhru hawn taħt. It-terminu overdose jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A Avvelenament inċidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40 - X44) Kategorija B Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60 - X64) Kategorija C Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premedidat (ICD-10 codes Y10 - Y14) It-total għal kull Kategorija għas-snin imsemmija huma mniżżla fit-tabella: Sena 2005 2006 Jannar - Marzu 2007* Kategorija A 18 19 2 Kategorija B - - - Kategorija C 125 132 27 * Proviżorju Importani li wieħed jgħid li dawn in-numri ma jinkludux dawk il-pazjenti li jiġu fid-Diprtiment ta' l-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma jidħlux bħala pazjenti fis-swali ta' l-isptar.

Pensjoni

Question

Peress li f'dan il-każ din il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ħadet Lm2.24c fil-ġimgħa u minħabba f'hekk se jeħdulha Lm40 mill-pensjoni tar-raġel, tista' l-Ministru tara li l-każ jiġi nvestigat u l-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali kkomunika bil-miktub mal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.