Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali (mill-pulizija, mill-armata u mill-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali) li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna tingħata lill-immigranti illegali meta dawn jinħelsu mid-detention centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Immigranti rregolari li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa jingħataw akkomodazzjoni f’Ċentri Miftuħa, kif ukoll għajnuna biex ikunu jistgħu jixtru l-bżonnijiet bażiċi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-immigranti illegali li ngħataw working permitf'dawn l-aħħar 10 snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates li qabel l-1 ta’ Awissu 2005 kien responsabbli mill-ħruġ ta’ liċenzji ta’ impjieg lill-barrannin, qatt ma ħareġ liċenzji ta’ impjieg lil persuni li kienu immigranti illegali f’Malta.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li wara l-1 ta’ Awissu 2005 ir-responsabbilta’ għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ impjieg imxiet għand il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli li għadhom ma ġabrux ċitazzjonijiet minn individwi wara li dawn inqagħtu kontra s-sewwieq? Liema kienu dawn il-lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-Kunsilli Lokali kollha u l-ammonti ta' flus li dawn għad fadallhom jiġbru għal ċitazzjonijiet li nqatgħu matul dawn l-aħħar sitt snin kontra sewwieqa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f'Malta li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hawn li għandhom il-kartuna r-roża għax huma dijabetiċi? Kemm persuni inqatgħetilhom il-kartuna r-roża fis-sena 2006/2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika ta' persuni li għandhom il-Karta r-Roża, iżda l-istatistika li tinżamm hija dwar in-numru ta' familji li għandhom il-Karta r-Roża.
In-numru ta' familji li kellhom il-Karta' r-Roża s-sena l-oħra kien 8035. In-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża sat-30 ta' April 2007 kien 2787.
In-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża minħabba li huma dijabetiċi s-sena l-oħra (2006) kien 3076 u n-numru ta' familji li kellhom il-Karta r-Roża sa l-aħħar ta' April ta' din is-sena għax huma dijabetiċi kien 1273 (2007).
In-numru ta' familji li nqatgħetilhom il-Karta r-Roża s-sena l-oħra kien 166 u din is-sena sa l-aħħar ta' April kien 32.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 24763 u 25209 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-investigazzjoni li refferejt għaliha fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet indikati, għad mhiex konkluża.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24787 u jara li jitnaddaf plot li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li minn informazzjoni li għandi huwa tal-gvern u li dan l-aħħar ittella' ċint u anke se jitwaħħal bieb imma qabel ittella' ċ-ċint ma sarx it-tindif u allura hemm ħafna boroż u ħmieġ? Tista' tittieħed azzjoni u niġi nfurmat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi fil-15 ta’ Jannar 2007, sar tindif tal-plot imsemmi kif ukoll twaqqiegħ ta’ stalel taż-żwiemel li nbnew illegalment. Wara li saru dawn ix-xogħlijiet, ittella’ ħajt madwar il-plot imsemmi kif ukoll twaħħal bieb. Barra minn hekk, ninforma lill-Onorevli interpellant li minn spezzjoni li saret fil-ġranet li għaddew minn uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-servizzi ta' l-Indafa, jirriżulta li fil-plot imsemmija m'hemmx boroż u ħmieġ.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25295 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita u issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim (kuntratt) li sar bejn il-gvern u l-privat (Care Malta) għall-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' ħaddiema tal-Maltacom li qed jiġu mitluba li jagħmlu eżami skond id-dettalji li qed jintbagħtu separatament jekk dawn ma jgħaddux?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet sal-aħħar tas-sena 2007 ġewwa San Vincenz de Paule Residence fejn għandhom x'jaqsmu proġetti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li huma ppjanati għal din is-sena ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz huma:
- Ftuħ ta' Activity Centre għar-residenti ta' San Vinċenz u Anzjani fil-Komunita' li jbatu mid-Dimentia.
- Child Care Centre għat-tfal ta' l-impjegati ta' San Vinċenz
- Refurbishment tal-blokk, ex-St Francis Ward, 15/16, 1/2 u 3/4 Nisa
- Stallazzjoni ta' żewġ lifts ġodda fl-Administration Block biex jinħoloq aċċess għall-pubbliku u għar-residenti bejn id-dħul prinċipali tar-residenza u s-swali tan-nisa u dawk ta' l-irġiel
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għas-Swali 13, 14, 15 u 16 St Joseph
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għall-Kumpless Rużar Briffa
- Sistema ġdida ta' arja kundizjonata għas-Swali 7/8 Irġiel
- Stallazzjoni ta' main ġdid ta' l-ilma biex tasal provista aħjar ta' ilma fis-swali kollha fir-residenza
- Bini ta' blokk ġdid għar-rijabilitazzjoni minflok l-Isptar Zammit Clapp
- Ftuħ ta' Speciality Unit għall-Infection Control Nurse, Incontenance Nurse, Tissue Viability Nurse u Nutrition Nurse.
Jista' l-Ministru jgħid x'qassam l-Welfare Committee ta' San Vincenz de Paule Residence lill-anzjani għas-snin 2006 u 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Welfare Committee qassam dawn l-affarijiet matul is-sena 2006 u 2007:
2006
a. sitt (6) toilet ware hampers
b. rigali għall-Għid (ċikkulatini)
c. ħwejjeġ għall-Jum l-Omm
d. ħwejjeġ għall-Jum il-Missier
e. ħwejjeġ bħala rigali tal-Milied
2007
Din is-sena, s'issa tqassmu:
a. toilet ware hamper - wieħed (1)
b. rigali għall-Għid (ċikkulatini)
c. ħwejjeġ għall-Jum l-Omm
d. ħwejjeġ għall-Jum il-Missier mistennija jitqassmu dalwaqt
Barra minhekk, matul is-sena jitqassmu soft drinks kull ġimgħa kif ukoll squashes matul is-sajf.
Jitqassam ikel u xorb fil-festa tal-Qalb ta' Ġesu f'Ġunju u jsiru parties fis-swali kollha fil-festi tal-Milied.
Ma dawn wieħed irid iżid ukoll il-kontribuzzjoni tal-Welfare Committee għal-ispejjez biex jiġu organiżżati ħruġ u avvenimenti oħra li jsiru kemm mill-Entertainment Section ġewwa r-Residenza kif ukoll mill-istaff tas-swali nfushom.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxew ir-riċerki tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba l-urġenza tat-talba tagħhom għall-kamra tal-banju? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant saret fit-12 ta’ April 2007.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni qed tiġi proċessata u l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi nformazzjoni dwar il-verifika ta’ l-assi ta’ l-applikanti. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li l-persuna għandha dritt għall-għajnuna din tiġi nfurmata biex jiġi ffirmat il-ftehim meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli ġodda li hawn talba għalihom u li se jidħlu fix-schedule V sa l-aħħar tas-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli ġodda li hawn talba għalihom u li ġew approvati matul l-aħħar sena fuq il-formularju tal-gvern, biex jitqassmu b'xejn fuq Schedule V, huma dawn li ġejjin:
Ropinirole jew Pramipexol Tabs
Prednisolone Soluble Tabs
Combined Levodopa + Carbidopa + Entacapone Tabs
Tenofovir Tabs
Efavirenz Tabs
Combined Lopinovir + Ritonavir Tabs
Barra dawn ġew approvati ukoll dawn l-injezzjoniiet:
Docetaxel Vials
Irinotecan Vials
Oxaliplatin Vials
Rituximab Vials
Natalizumab Vials
Jista' l-Ministru jgħid kemm damu out of stock il-ħrieqi ġewwa San Vincenz de Paule Residence u għaliex ġiet ikkawżata din il-problema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda żmien ma kien hemm ħrieqi out of stock fir-residenza San Vinċenz de Paul.
Meta l-kuntrattur ma kienx f'pożizzjoni li jissuplixxi ħrieqi minħabba li ma wasallux il-container, id-Dipartiment xtara l-ħrieqi mingħand kuntratturi oħrajn sakemm waslet il-kunsinna li kellha tasal bil-container.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu trabi mat-twelid mis-sena 2000 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul is-snin 2005 - 2006 ġew irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet 105 trabi li twieldu mejta (stillbirths). Perinatal deaths jinkludu trabi li twieldu mejta u trabi li mietu matul l-ewwel ġimgħa ta' ħajja. Minn dawn kien hemm 194 imwiet. 147 trabi mietu matul l-ewwel sena ta' ħajja (infant deaths) u minn dawn 118 mietu matul l-ewwel xahar ta' ħajja (neonatal deaths). Dawn il-figuri jinkludu trabi li jiżnu 500gr jew aktar. In-numru ta' mwiet sena b'sena huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Year
Fetal deaths
(stillbirths)
Perinatal deaths
Neonatal deaths
Infant deaths
2000
16
32
23
26
2001
20
30
12
17
2002
20
36
20
22
2003
16
34
20
22
2004
15
27
17
23
2005
8
21
17
23
2006
10
14
9
14
Total
105
194
118
147
Fetal / Perinatal / Neonatal and Infant deaths weighing 500gr and over during 2000 - 2006.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu mar-Roads Department li għamlu jew qed jagħmlu xogħol ta' toroq għas-snin 2005, 2006, 2007? Kemm tħallsu u kemm jonqos jitħallsu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni f'Malta u Għawdex mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 u kemm kellhom eta'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kien hemm 156 -il persuna li mietu bil-marda tal-kanċer matul is-sena 2007 s'issa, f'residenti ta' Malta u Għawdex, skond iċ-ċertifikati li waslu fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet. L-etajiet tagħhom hija kif tidher fit-tabella hawn taħt:
Etajiet
Numru ta' imwiet
0 - 14
0
15 - 24
0
25 - 34
2
35 - 44
6
45 - 54
10
55 - 64
30
65 - 74
39
75 - 84
51
85 +
18
Total
156
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sussidju ħadu l-bdiewa mill-Unjoni Ewropa? Kemm kienet tammonta? Kemm ġew irrifjutati talbiet u x'kienu t-talbiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-2004 s’issa tħallsu madwar €20,781,680.23 mill-fondi tal-Pjan għal Żvilupp Rurali li jirrigwardaw il-miżuri: Agri-Ambjentali, Ad Hoc, Less Favoured Areas, Meeting Standards, Technical Assistance u State Aid Complement. Barra minn dawn il-fondi li jikkonsistu f’Guarantee Payments, s’issa saru wkoll Guidance Payments ta’ madwar €2,480,295.71 bbażati fuq Fondi Strutturali għall-miżuri 3.1 u 3.2 dwar investimenti mill-bdiewa u r-raħħala kif ukoll mill-agro-proċessuri.
Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’
Guarantee
, l-ebda applikazzjoni ma tiġi rrifjutata biss dawn ikunu evalwati għall-eliġibbilità tagħhom biex isir ħlas skond il-valutazzjoni u r-regoli li japplikaw għal kull miżura.
Mill-applikazzjonijiet għall-miżuri ta’
Guidance
, kien hemm 616 u 57 applikazzjoni li minnhom intgħa¿lu 120 u 27 għall-miżuri 3.1 u 3.2 rispettivament. L-applikazzjonijiet kienu għall-investimenti fl-irziezet u
farm holdings
kif ukoll
marketing
u pproċessar ta’ prodotti agrikoli.