Tista' l-Ministru tara għaliex anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qed ikollu dħul ta' Lm150 fix-xahar peress li qed joħdulu mid-dħul tiegħu minħabba li għandu l-mara fir-Residenza San Vincenz de Paule u li dan anke mhux qed jieħu l-voucher dwar id-dawl u l-ilma? Jista' jiġi nvestigat dan il-każ u jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali qed jerġa jinvestiġa l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant wara li kien kitbilha fis-17 ta’ Mejju 2007.
.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25870 u jgħid kemm huwa l-ammont totali mill-armata li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li n-nefqa kull sena li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu fuq l-immigranti rregolari tul dawn l-aħħar seba’ snin minn mindu bdew jinżammu fil-barracks ta’ l-Armata, kienet kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
In-nefqa fuq kull immigrant irregolari hija medja ta’ Lm13 kuljum. Din in-nefqa ġiet ikkalkulata fuq is-sena bażi 2006 li hija l-aktar sena riċenti li wieħed jista’ jikkalkula bħala sena sħiħa ta’ spejjeż mill-Forzi Armati fuq l-immigranti rregolari.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsijiet parlamentari 25684, 24763 u 25209 u tgħid jekk post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex battal jew x'inhi l-pożizzjoni fir-rigward tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dan l-istadju m’għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25684 f’Seduta Numru 526.
Jista' l-Prim Ministru jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm78 fix-xahar mill-pensjoni tat-teżor? Jista' jiġi nfurmat għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25413 u jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta li jmiss.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25409 u jgħid kemm hawn persuni dijabetiċi u kemm minnhom huma ta' eta' minn sena sa 18-il sena, sena b'sena, jiġifieri kemm ta' sena, kemm ta' sentejn, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali mill-pulizija, li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma diġa' kelli l-okkażżjoni nispjega fi Tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, minħabba n-natura tax-xogħol minnu nnifsu u l-eżiġenzi li jistgħu jinqalgħu minn ġurnata għall-oħra, huwa impossibli li wieħed jikkwantifika bl-eżatt kemm kienet l-ispiża tal-Korp tal-Pulizija fuq iż-żamma ta' immigranti irregolari f'ċentri imexxija mill-Pulizija matul dawn l-aħħar 10 snin.
Madankollu, ninsab infurmat illi apparti s-salarji tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, l-ispiża bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-22 ta' Mejju 2007 kienet:
Ikel Lm66,145
Spejjeż ta' ripatrijazzjoni Lm 4,817
Spejjeż oħra Lm18,038
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont totali mill-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mis-sena 2004, meta ġie allokat għall-ewwel darba Vot taħt il-Ministeru tiegħi biex ikopri spejjeż konnessi ma' l-immigranti irregolari wara li joħorġu miċ-Ċentri Magħluqa, inkluż l-ispejjeż għat-twaqqif u tmexxija ta' Ċentri Miftuħa, intefqu l-ammonti kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tara għaliex anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jistenna biex jirċievi l-applikazzjoni tas-sussidju fuq dawl u ilma (voucher) li minkejja li xahar u nofs ilu qalulu li ser jirċievi, dan għandu ma rċieva xejn? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' approvazzjoni mill-Housing Authority tal-persuna li d-dettalji tal-file tagħha qed jintbagħtu separatament? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li tirċievi d-dokumenti meħtieġa biex tkun tista’ tipproċessa l-applikazzjoni ndikata mill-Onor. Interpellant.
X'inhi l-area totali ta' l-art li ngħatat lil SmartCity? X'inhi l-kera li trid titħallas kull sena u għal kemm tul ta' snin? Ingħatat xi income tax concession?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-kuntratt, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kemm hemm ħaddiema fulltime/part-time Maltin li jaħdmu fit-Tarzna ta' Bormla u tal-Marsa? Kemm minnhom huma fil-management? Kemm minnhuma ħaddiema tas-sengħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħala ħaddiema Maltin impjegati full time fil-facilitajiet ta’ Bormla u l-Marsa għandna dawn li gejjin: -
Fit-tarzna ta’ Bormla ghandna total ta’ 1554 ħaddiem. Minn dawn hemm 198 ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors, filwaqt li 1122 huma ħaddiema tas-sengħa.
Fit-tarzna tal-Marsa għandna total ta’ 121 ħaddiem. Minn dawn hemm 18 il-ħaddiem fis-settur tal-Management inkluż supervisors filwaqt li 101 huma ħaddiema tas-sengħa.
Ma hemm l-ebda ħaddiem Malti impjegat part-time fil-Malta Shipyards Ltd.
Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Rigward it-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 25297 jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix xi forma ta' sussidju fuq ħitan tas-sejjieħ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan ta’ Żvilupp Rurali 2004-6 ħa ħsieb għall-għajnuna fuq applikazzjonijiet individwali dwar restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ ta’ lqugħ, biss il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ kompletament ġodda jew li mhumiex ta’ lqugħ ma jistax ikun kopert taħt l-għan u l-arraġamenti tal-miżura agro-ambjentali li qed tkun attwata.
Tista' l-Ministru tara li jibda x-xogħol ta' saqaf ikkundanat ta' omm separata ta' żewġt itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant qed tiġi aġġudikata.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol meħtieġ fil-post indikat ser jingħata prijorita.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk talba biex sinjur, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li talab li jixtri jew jikri biċċa art meta hemm il-ħsieb li toħroġ b'tender?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed iħejji l-pjanti neċessarji sabiex toħroġ sejħa għal offerti għal bejgħ tal-proprjeta' in kwistjoni.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' lift fi blokk flats, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li r-residenti diġa' applikaw għalih fejn waħda minnhom għandha problemi biex timxi u wieħed minnhom għamel il-bypass? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar approvat l-istallazzjoni ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant u li, fl-4 ta’ April 2007, l-applikanti ġew mitluba jimlew il-formola meħtieġa biex jitkompla l-proċess għall-istallazzjoni tal-lift.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ għad ma rċevietx lura l-applikazzjoni mimlija.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn single parents jieħdu għajnuna fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena? Għal liema għajnuna l-aktar li jikkwalifikaw dawn is-single parents? Kemm kien l-ammont totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn kull sena fl-aħħar 15-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li statistika dwar benefiċċji mħallsa lis-single mothers bdiet tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali mill-1995.
Ninsab infurmata wkoll li l-kumplament ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpelllant, mis-sena msemmija, hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Benefiċċji mħallsa lil
single mothers
:
Għajnuna Soċjali
Benefiċċju għall-Maternita’
Children Allowance
Disabled Child Allowance,
Milk Grant,
Additional Bonus,
Bonus
ta’ kull sitt xhur
Sena
Numru
Spi
ża
1995
470
Lm464,966.539
1996
511
Lm578,263.693
1997
575
Lm659,212.109
1998
693
Lm806,155.635
1999
834
Lm959,010.466
2000
945
Lm1,142,709.894
2001
1066
Lm1,330,850.998
2002
1204
Lm1,540,825.566
2003
1402
Lm1,818,694.39
2004
1613
Lm2,110,741.609
2005
1813
Lm2,343,098.83
2006
2043
Lm2,750,902.720