Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjan — Reviżjoni tal-każ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26023, jista' l-Ministru jirrevedi l-każ peress li dan is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għalkemm għandu dħul ta' Lm3452 bejn il-koppja peress li l-mara tiegħu tinsab f'San Vincenz de Paule Residence u allura parti minn din il-pensjoni tmur għall-miżata tagħha f'San Vincenz de Paule Residence u d-dħul reali tiegħu mhux qed ikun ta' Lm3,452 imma anqas? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Tarzna — Ħaddiema Barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26390 u 25877 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Spiżjara u pharmacy technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser ikun il-futur ta' l-ispizjara u l-pharmacy technicians issa li daħlet ir-riforma li l-pazjenti se jibdew jiġbru l-mediċini mingħand l-ispizjar ta' l-għażla tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lil-Onor Interpellant li l-ispiżjara u l-Pharmacy Technicians ser jibqgħu impjegati tal-Gvern jagħmlu xogħol skond il-job descriptions tagħhom.

Mellieħa — Dar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim li sar bejn il-gvern u l-privat dwar l-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma nistax nifhem għaliex qed terġa ssir din l-istess domanda meta diġa ġiet imwieġba tliet darbiet 25295, 25740, 26319 u d-dokument mitlub tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta numru 531 fid-29 ta' Mejju 2007.

Xiri ta' garaxx

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' garaxx li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għadha qed tevalwa t-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Huwa mistenni li l-applikant jingħata risposta sa l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm78 fix-xahar mill-pensjoni tat-teżor? Jista' jiġi nfurmat għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-15 ta’ Frar 2007 it-Teżor irċieva ittra mill-Billing Section ta’ l-isptar San Luqa biex b’effett mit-22 ta’ Novembru 2006 jibda jinqata’ l-ammont ta’ Lm78.37 fix-xahar mill-pensjoni tal-persuna konċernata u jiġu mgħoddija liċ-Chairman Welfare Committee ta’ l-Anzjani peress li minn din id-data, dan il-pazjent ġie meqjus bħala social case. Lejn l-aħħar t’April 2007 it-Teżor ġie nfurmat illi l-persuna konċernata m’għadux l-isptar u għalhekk mhux ser ikompli jinqatalu dan l-ammont. Minn dan ix-xahar ser jibda jingħata l-pensjoni sħiħa kif ukoll refund t’ammont miżmum żejjed.

Social Housing

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' sinjura separata bi tlett itfal, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija fuq ir-relief u d-dar tagħha tinsab f'abbandun? Tista' l-Housing Authority tara s-sitwazzjoni u tara x'jista' jsir?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Tnaqqis mill-pensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26305 u jara għaliex anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament qed inaqqsulu Lm78 fix-xahar mill-pensjoni tat-teżor? Jista' jiġi nfurmat għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26305.

Talba għal relief

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' ġuvni, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li qiegħed jistenna biex jieħu r-relief u għadu ma rċieva xejn? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tara jekk is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex jieħu pensjoni kemm ħaqqu peress li qiegħed iħoss li mhux jieħu pensjoni diċenti għax-xogħol li kien jagħmel? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Immigranti llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli, matul is-snin mill-1999 sal-2007 saru dawn il-pagamenti relatati ma' spejjeż fuq immigranti illegali mid-Dipartiment tal-Pulizija. Dawn ma jinkludux spejjeż relatati ma' salarji ta' Pulizija. 1999 Lm 50,322 2000 Lm 33,208 2001 Lm 27,400 2002 Lm228,250 2003 Lm407,934 2004 Lm109,790 2005 Lm340,754 2006 Lm389,260 2007 Lm 89,000 (sat-22 ta' Mejju)

Marsaskala — Xogħlijiet fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li Triq il-Lampuka li tagħmel ma' Triq Patri Wistin Bjorn Marsaskala ser issir? Hemm possibilita' li din issir qabel ix-xitwa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT bena mill-ġdid bosta toroq f’dawk l-akwati fosthom Triq l-Għassies, p/o Triq il-Vjola, p/o Triq Patri Wistin Bjorn, Triq il-Ħamrija, Triq l-Isfar u Triq ir-Roża. Bħalissa għaddejja xi xogħol anke fuq Triq Santa Marija u Triq il-Bajja. Barra minn dan l-ADT qed tipprepara biex diversi toroq oħra fosthom din il-parti ta’ Triq il-Lampuka tiġi mibnija mill-ġdid. Dan ix-xogħol għandu jinħareġ fix-xhur li ġejjin.

St Lucia/Raħal Ġdid — Traffiku

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li fejn ir-roundabout ta' Santa Lucija li tagħti għal Raħal Ġdid għad-daħla tal-Ġudja u ħruġ minn Santa Lucija jkun hemm warden jew pulizija jikkontrolla t-traffiku l-aktar bejn 7.00 a.m u 8.30 a.m. peress li f'dan il-ħin ikun diffiċli li toħroġ minn Santa Lucija? Jista' jgħid kemm saru inċidenti tat-traffiku f'dawn l-inħawi fis-sena 2004, 2005, 2006 u 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi roundabout minnha nnfisha hija sistema sabiex it-traffiku li jisporgi minn diversi toroq ikun jista' jimxi aħjar. Ir-roundabout imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fiha mhux anqas minn sitt toroq li jisporgu ġo fiha, għaldaqstant wieħed jistenna illi fil-ħinijiet tar-rush hour ikun hemm xi ftit tal-konġestjoni. Pero' ninsab infurmat illi matul dawk il-ħinijiet ikun hemm pulizija tat-traffiku jagħmlu ronda fit-toroq prinċipali, sabiex fejn ikun hemm bżonn jikkontrollaw it-traffiku. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kif mitluba ċioe' inċidenti mar-roundabout ta' Sta. Luċija. Pero' skond statistika miżmuma l-inċidenti tat-traffiku rrapurtati lill-Pulizija li seħħew fit-toroq prinċipali li jmissu ma' din ir-roundabout, kienu kif ġej: 2004 2005 2006 2007* 30 26 20 10 *sat-30.04.07 Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali, bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, dawn huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Ċimiterju — Tfiegħ ta' materjal

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kontroll peress li qiegħed jintefa' materjal minn numru ta' trakkijiet fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata min-naħa ta' wara ta' Luqa Rd? Jista' jsir xi rimedju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart u materjal ieħor li joħroġ miċ-ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata bħala riżultat ta' tindif ġenerali taċ-ċimiterju u ta' l-oqbra, kif ukoll minn xogħolijiet oħra fl-istess ċimiterju jiġu depożitati fi skips approvati u mikrija apposta għall-ġar u rimi ta' skart. Xi materjal li jista' jkun qed jintefa fin-naħa ta' wara, mal-konfini taċ-ċimiterju (jiġifieri lejn Luqa Road), qed jintefa b'mod illegali u għalhekk huwa suġġett għall-infurzar tal-liġi.

SVPR — Air conditioner

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir air conditioner fis-sala 7/8 ta' l-irġiel San Vincenz de Paule peress li l-anzjani qed ibatu minn sħana kbira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li bħalisa qed isiru l-proċeduri biex tiġi nstallata sistema ġdida ta' arja kundizzjonata fis-Sala 7/8 ta' l-Irġiel fir-residenza San Vinċenz de Paul. Id-dokumenti kollha qegħdin id-Dipartiment tal-Kuntratti biex tiġi ppublikata t-tender.

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25740 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim (kuntratt) li sar bejn il-gvern u l-privat (Care Malta) għall-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tac-CD bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Pensjoni barranija

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kien talab għall-pensjoni barranija, dik Ingliża, huwiex intitolat għaliha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25877 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25476 u jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu mar-Roads Department li għamlu jew qed jagħmlu xogħol ta' toroq għas-snin 2005, 2006, 2007? Kemm tħallsu u kemm jonqos jitħallsu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.