Legislature:
Category:
Reset
Active:

ID. Card – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ rigward ID Card ġdida tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kienet marret fl-Uffiċini ta’ Identity Malta, Taqsima tal-Karti tal-Identita’ fl-2014, u għarfithom li kienet tilfet il-karta tal-identita’ tagħha u għaldaqstant biex tinħarġilha karta tal-identita’ ġdida kellha tħallas il-multa li hemm stipulata fil-liġi. Meta l-uffiċjali responsabbli mill-ħruġ tal-karti tal-identita’ kienu qed jipproċessawlha l-karta tal-Identita’ l-ġdida sabu li billi kienet twieldet barra minn Malta u qatt ma kienet irregolarizzat il-pożizzjoni tagħha mad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza, ma setgħux joħorġulha l-karta tal-identita’. Il-persuna kkonċernata kienet debitament infurmata illi biex tinħarġilha karta tal-identita’ Maltija, l-ewwel trid tmur fl-Uffiċju taċ-Ċittadinanza.

Applikazzjoni ta’ diżabilità – każ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – website — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li fuq il-website http://housingauthority.gov.mt/en/Pages/Schemes.aspx fejn fost oħrajn hemm applikazzjonijiet għall-persuni li jixtiequ japplikaw għall-iskema ta’ irranġar ta’ djar kif ukoll għall-Skemi għall-Persuni b’Diżabbilità jkollhom aċċess li jniżżlu l-applikazzjoni direttament kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż peress li hemm ilmenti li bħalissa hemm biss il-verżjoni tal-Ingliż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn xahar ilu, minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar, wieħed seta' jibda jaċċessa l-applikazzjonijiet kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Ftuħ ta' Ħanut — Permess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23831 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jiġi investigat permess ta’ ftuħ ta’ ħanut sal-4 ta’ filgħodu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn xi nżid mar-risposta għal-mistoqsija parlamentari 23831.

Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu vverifikati l-każijiet min-naħa tal-Awtorità tad-Djar fejn qed ikun hemm ilmenti min-nies li jmorru sabiex idaħħlu applikazzjonjiet fil-Customer Care fl-Awtorità tad-Djar u wara li jkollhom applikazzjoni mimlija sew bid-dettalji kollha, jibagħtuhom lura għax ma jkunux jafu d-dati tal-mewt tal-ġenituri tagħhom meta huwa fatt magħruf fi ħdan l-Awtorità tad-Djar li l-proċedura hija li jieħdu affidavit f'każijiet hekk?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-dati tal-mewt tal-ġenituri tal-applikant huma indispensabbli sabiex ikun possibli li jiġu rtirati d-denunzji meta jsiru r-riċerki fuq l-applikant. Fejn jidħol l-affidavit, il-prassi tal-Awtorità tad-Djar minn dejjem kienet li meta l-applikant imur personalment fl-uffiċini tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar, l-istess applikant jagħmel affidavit dak in-nhar stess tal-appuntament mal-Customer Care, fejn jagħti l-informazzjoni meħtieġa taħt ġurament. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, jekk l-applikazzjoni tintbagħat bil-posta jew ma’ terzi persuni u d-dati tal-mewt tal-ġenituri ma jitniżżlux, l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi pproċessata. Għalhekk tintbagħat lura lill-applikant, b’ittra mehmuża fejn ikun indikat x’informazzjoni meħtieġa trid tiġi provduta.

Awtorità tad-Djar — Customer Care - telefonati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata ġiet meħuda min-naħa tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2015 fuq kull skema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ telefonati li daħlu għand il-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar, fis-sena 2015 kien ta’ 5681, fuq is-segwenti skemi: Skema RSS (Skema ta’ Sussidju fuq il-kera) 2535 Skema ADP/SSP (Skema ta’ Irranġar/Skema Strutturi Perikolużi) 873 Skema SSD (Sir Sid Darek) 727 Skema DIS (Skema għall-Persuni b’Diżabilità) 615 Skema GFR (Skema First-Time-Buyers) 931

Awtorità tad-Djar – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna avviċinat lill-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar matul is-sena 2015? Jista’ jindika eżattament in-numru ta’ persuni u mhux biss kemm-il persuna ssottomettiet applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li avviċinaw u resqu fl-Uffiċini tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar ġewwa l-Furjana, fis-sena 2015, kien ta’ 14,088 persuna.

Każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward social worker?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Għaxaq – Triq il-Garakol — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif fuq Triq il-Garakol Għaxaq li kien qiegħed isir ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq imma f’dawn il-jiem ix-xogħol waqaf? Jista’ jagħti dettalji minħabba li r-residenti qegħdin jitolbu dan.

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet huma temporanjament sospiżi minħabba mandat ta’ inibizzjoni maħruġ mill-Qorti rigward pussess ta ' biċċa art.

Ftuħ ta’ ħanut – permess

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi investigat permess ta’ ftuħ ta’ ħanut sal-4 ta’ filgħodu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħruġ għal permessi tan-negozju m’għadhomx jinħarrġu mill-Pulizija, għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Tarxien — Żbroff ta’ drenaġġ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problemi ta’ żbroff ta’ drenaġġ fid-dar tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li għamlu spezzjoni tal-main tad-drenaġġ tat-triq fil-preżenza tal-individwu msemmi, u ġie aċċertat li l-problema mhijiex ġejja mill-mejnijiet tal-gvern. Fil-fatt l-istess individwu aċċetta li l-problema evidentement ġejja minn terzi.

Għaxaq – tranġar ta’ post perikoluż – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn qiegħed jitlob li post perikoluż fi Triq il-Merill ma’ Triq l-Iklin Għaxaq jiġi rranġat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu huwa magħluq. L-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie kkuntattjat u nfurmat bl-eżitu.

operazzjoni tal-hipbone — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ dwar operazzjoni tal-hip-bone min-naħa tal-Isptar Mater Dei tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz qieghed jigi segwit.

xiri ta' oqbra — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22864, 18213 u 21126 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-xiri ta' oqbra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21126.
Leg 12 PQ #23463 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tlugħ ta’ ħajt tas-sejjieħ – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21662 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward għalqa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 20220. Kif diġa ntqal f’din it-tweġiba, hemm kawża għaddejja fil-Qorti minħabba tilwim li hemm bejn l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, u ħutu fuq il-qsiem ta’ din l-għalqa. Barra minn hekk, skont kundizzjoni 8 tal-Ftehim tal-Kirja it-tiswijiet kollha li hemm meħtieġa jew li għad ikunu meħtieġa f’din ir-raba inkluż il-bini/tiswijiet ta’ħitan jew ilqugħ ieħor iridu jsiru kollha għas-spejjeż tal-gabilott, li f’dan il-każ huwa l-individwu u ħutu li għandhom il-kirja ‘in solidium’. Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-individwu u ħutu kemm il-darba ingħataw din l-istess informazzjoni u allura d-Dipartiment tal-Artiiet m’għandux iktar x’jagħmel fuq dan il-każ.

Follow up ta’ Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward follow up ta’ operazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.

Ċimiterju tal-Addolorata – dawl fid-daħla

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi rranġat id-dawl fid-daħla taċ-Ċimiterju tal-Addolorata peress li hemm arbli maqlugħa, bozoz ma jixgħelux u l-ħin ta’ meta jinxtegħlu l-bozoz tad-dawl fuq l-arbli, huwa ħażin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Triq li twassal lejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata — ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jara li jekk hu possibbli t-triq li mill-ġibjun taċ-Ċimiterju, kienet twassal għal Triq Garibaldi terġa tinfetaħ, għax issa r-residenti li jridu jmorru l-Gudja, Ħal Għaxaq, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, iż-Żejtun u dawk l-inħawi, qed ikollhom iduru dawra żejda? Jista’ jara li l-istreet furniture li hemm fis-central strip fid-daħla taċ-Ċimiterju tiġi mibdula, peress li hija mkissra?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġeriment tiegħu ġie mgħoddi lit-team tekniku ta’ Trasport Malta għall-evalwazzjoni.

Struttura perikoluża – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar struttura li hija proprjeta tal-gvern u li hija perikoluża fejn anke hemm rapport dwarha mill-għassa tal-lokal?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni mehtieġa. L-individwu ġie kkuntattjat u nfurmat bl-eżitu.

Xiri ta’ propjetà – każ ta persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx problema biex persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tixtri r-residenza fejn toqgħod? Jista’ jgħid jekk tistax tagħmel kuntratt konvenju peress li fl-istess blokka hemm residenti li għamlu kuntratt konvenju tal-post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu ġiet infurmata bil-miktub bl-eżitu tal-każ.