Jista’ l-Ministru jara li Social Worker jagħmel home visit lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li 5 snin ilu applika għal post tal-housing imma ħadd qatt ma mar jara l-post?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din is-sinjura tixtieq li tibqa’ taħdem sena oħra imma meta marret is-Social Service qalulha li tista’, però d-Dipartiment qalulha li ma tistax? Jista’ jara’ jekk it-talba ta’ din is-sinjura tistax tiġi milqugħa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti aktar dettalji dwar l-impjieg tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ LSA?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'referenza għad-dettalji li ngħataw separatament, qiegħed ngħaddi informazzjoni dwar dan il-każ direttament lill-Onorevoli interpellant b'mod kunfidenzjali.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31774 jista' l-Prim Ministru jara li jsir xogħol ta' żebgħa peress li jinsabu kollha sadid?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li bħala parti mill-ħidma kontinwa tal-Kumpanija biex ittejjeb il-kwalita’ tas-servizzi tagħha u ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, qed jiġi ppjanat xogħol li permezz tiegħu dawn l-arbli jkunu jistgħu jitneħħew fiż-żmien li ġej.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706, jista' l-Ministru jara peress li persuna li kienet tieħu Risperdal 1mg u kienet taħdem fuqha, issa, peress li l-Gvern qed jagħtiha Risperidone mhux taħdem u qiegħda tixtri personalment ir-Risperdal 1mg?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31706 ninfurmah ukoll illi l-mistura Risperidone hija ugwali tal-mistura Risperdal u għalhekk dawn jintużaw għal istess trattament.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward jekk kienx hemm applikazzjoni biex isir lift fil-komun? Jista’ l-Ministru jgħid jekk kien hemm applikazzjoni fejn waslet u kif għadu ma sar xejn?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Aġenzija Zgħażagħ – ħlas lill-impjegata minn kuntrattur – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward ħlas bil-prekarjat minn kuntrattur fl-Aġenzija Żgħażagħ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-kuntratt li għandha l-Aġenzija Żgħażagħ mal-kuntrattur m'huwiex b'rata ta' prekarjat. Madankollu, il-persuna indikata separatament mill-Onor. interpellant qed tiġi kkuntattjata minn dan il-Ministeru biex issir verifika u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Awtorità tad-Djar – sussidju tal-kera – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mill-Awtorità tad-Djar rigward każ ta’ sussidju tal-kera mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31576, jista’ l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadhom ma kkuntattjawhx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu kkonċernat intbaghtitlu ittra bl-appuntament fit-28 ta' Frar.