Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bonus lill-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-bonus ta' Lm58 li jingħata kull sitt xhur lill-anzjani hux taxxabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bonus li jitħallas kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-pensjonanti huwa taxxabbli. Naturalment dan japplika jekk id-dħul totali tal-persuna jaqbeż it-tax free bracket.

Immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali (mill-pulizija, mill-armata u mill-ministeru tal-familja u solidarjeta' soċjali) li tħallas għall-immigranti illegali fl-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm qed jiswa lill-gvern kull immigrant fid-detention centres?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26300.

Uffiċjali ta' l-ADT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu mill-ADT l-uffiċjali, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, minn kemm ilhom sospiżi u minn meta ngħataw l-interdizzjoni perpetwa, b'mod separat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-salarju li thallsu l-ufficjali msemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taht Mit-23 ta' Gunju 2006 sa Gunju 2007 (kemm ilhom sospizi): Lm2940.81 Mit-30 ta' Jannar 2007 (meta inghataw l-interdizzjoni perpetwa): Lm1235.45

Rebate fuq is-surcharge

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26820 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investivemnt, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferutha lilha, u tara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-karta r-roża u li qabela ma kenitx tħallas surcharge fuq id-dawl u l-ilma, fl-aħħar kont li rċeviet qed tintalab biex tħallas is-surcharge? Din intitolat għal rebate? Tista' tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Rebate fuq is-surcharge

Question

Tista' l-ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 26821 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha l-kartuna r-roża hix intitolata għal rebate fuq is-surcharge? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Kontijiet għoljin

Question

Tista' l-Ministru tagħti spejgazzjoni lil anzjana xebba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li din qegħda tirċievi kontijiet għoljin u biex tara x'tip ta' sussidju għandha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata biex tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Sussidju fuq surcharge

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi spjegat lill-familja li qiegħda fuq ir-relief li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandhom tifel b'diżabilita' u jixtiequ jkunu jafu x'tip ta' sussidju għandhom fuq is-surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bil-miktub?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni Supplimentari

Question

Tista' l-Ministru tagħti spejgazzjoni għaliex is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jinbagħtu separament qatgħulu l-pensjoni supplimentari? Jista' jiġi infurmat għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Tiswija ta' saqaf

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġi rranġat is-saqaf tad-dar tas-Sinjura separata li d-dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, peress li dan is-saqaf kellu jiġi rranġat f''Ġunju u s'issa dan ix-xogħol għadu ma bediex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Customer Care tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Tibdil ta' soqfa

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jibdlulha s-soqfa tad-dar peress li dawn qed jaqgħu? Jista' dan ix-xogħol isir fis-sajf peress li fix-xitwa ikun diffiċli li jinbidel u din l-anzjana tkun beżgħana għall-fatt li l-post ikun bla saqaf? Jista' jinforma lil din l-anzjana meta ser isir dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata biex hi jew xi hadd ghan-nom taghha jmorru t-taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jingħataw l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Enemalta — Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' elettriku ġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' l-elettriku ġġenerat li qed jintilef qabel ma dan jasal għand il-konsumatur huwa ta' 15.8%, kif indikat fil-Financial Statements tal-Korporazzjoni għas-sena li tagħlaq fit-30 ta' Settembru 2005. Huwa stmat li 5% huma technical losses u l-kumplament jinkludu serq, meters weqfin, stimi żbaljati eċċ.

Waste Serve

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop tal-proġett equal project imtella' mill-Waste Serve? Min kien responsabbli tal-programm? Minn fejn ġew il-fondi u kif inhuma mqassmin? X'inhi l-istruttura tal-programm? Min kien responsabbli għal monitoring u x'tip ta' monitoring kien isir? X'tip ta' courses kienu jsiru? Liema NGO's kienu nvoluti fil-programm u fuq liema kriterji ġew magħżula? Kemm nies bdew il-programm u kemm spiċċaw il-course kollu? Kemm hemm nies li gew impjegati biex imexxu dan il-programm? Kemm qed iqum dan il-program u kif inhuma mqassma l-pagi (minghajr mal-ministru isemmi ismijiet)? Jista jghid l-iskop tal-programm equal projects lahaqx l-ghan tieghu? Fuq liema tip ta xoghol tpoggew l-istudenti li attendew ghal dan il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett EQUAL ġie implimentat bl-iskop li jingħata taħriġ lil persuni li qed jaffaċċjaw diffikultajiet soċjali. Il-persuni li bbenefikaw minn dan il-proġett setgħu jsibu dan it-taħriġ utli meta kienu jfittxu xogħol fiss. Permezz ta’ dan il-proġett WasteServ Malta Ltd xerrdet ukoll kuxjenza dwar l-importanza ta’ l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti skartati. Dan il-proġett ġie implimentat permezz ta’ fondi mill-Programm ta’ l-Inizjattiva EQUAL f’Malta 2004–2006 li hu amministrat mill-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Ir-responsabbiltà tal-proġett kienet f’idejn il-WasteServ Malta Ltd. Il-maġġuranza tal-fondi li ġew allokati għal dan il-proġett intefqu bħala għoti ta’ benefiċċju għall-parteċipanti. Il-kumplament tal-fondi tqassmu fuq kera tal-post, xiri ta’ apparat u materjal li kellu jintuża waqt it-taħriġ, ħlas ta’ għalliema, superviżjoni u konsulenza, pubbliċita’ u kuntatti internazzjonali skond kif tirrikjedi l-liġi. Il-taħriġ ingħata minn April 2006 sa Frar 2007. Il-parteċipanti kienu jitqassmu f’żewġ gruppi ma’ żewġ għalliema kull darba. WasteServ Malta Ltd allokat persuna fil-post fejn sar it-taħriġ biex tkun responsabbli mill-andament tal-progett. Barra minhekk, diversi żjarat spontanji kienu jseħħu fuq il-post mill- project leader u l-konsulent . Dan il-proġett iffinanzja taħriġ fir-rinnovar ta’ għamara antika, produzzjoni ta’ oġġetti minn affarijiet skartati, stained glass , kif ukoll taħriġ fid-drama u fl-użu ta’ l-informatika. L-NGOs li taw kontribut f’dan il-proġett kienu The Richmond Foundation , YMCA, u Mid-Dlam għad-Dawl . Dawn kienu l-NGOs li wrew interess li jipparteċipaw fil-proġett wara li ġew ikkuntattjati diversi NGOs fil-fażi tal-mili tal-proposta biex jinġiebu l-fondi għall-proġett. Tmintax-il persuna bdew il- course f’April 2006 filwaqt li fit-tmiem tal-proġett, fi Frar 2007, in-numru ta’ parteċipanti kien ta’ sebgħa u għoxrin. In-numru ta’ parteċipanti varja matul iż-żmien li fih kien implimentat dan il-proġett. Il-parteċipanti li għal xi raġuni jew oħra ma baqgħux jattendu kienu sostitwiti b’parteċipanti oħrajn. In-numru totali ta’ parteċipanti li bbenefikaw minn dan il-proġett laħħaq it-tlieta u ħamsin persuna. Sitt persuni offrew is-servizz tagħhom f’dan il-proġett. Dawn però qatt ma ġew impjegati mill-WasteServ Malta Ltd. Il-proġett sewa 150,000 Ewro. Il-parteċipanti ngħataw Lm1.50 għal kull siegħa ta’ taħriġ u Lm0.40 għal kull ġurnata ta’ attendenza għall-ispejjeż tat-trasport. Il-ħlasijiet l-oħrajn kienu mqassmin hekk: Għalliema tad-Drama Lm5 / siegħa Għalliema tal- Folk Art Lm5 / siegħa Għalliema tar- Recycled Creative Crafts Lm5 / siegħa Social Development Worker u Għalliem fuq Rinovar ta’ Għamara Lm8 / siegħa Supervisor Lm3.33 / siegħa Konsulent Lm170 / xahar L-għan tal-proġett EQUAL intlaħaq fis-sens ta’ (1) numru ta’ parteċipanti (2) numru ta’ siegħat u ġimgħat ta’ taħriġ (3) numru ta’ parteċipanti li rċevew ċertifikat ta’ parteċipazzjoni (4) numru ta’ parteċipanti li sabu mpjieg. L-impieg tal-parteċipanti huwa responsabbiltà ta’ l-NGOs li rreferew lill-istess studenti għall-proġett u għalhekk WasteServ Malta Ltd, għalkemm għandha informazzjoni dwar kemm parteċipanti rnexxielhom isibu posthom fid-dinja tax-xogħol, m’għandhiex iżda aktar dettalji dwar dawn l-individwi.

Avukati tal-fqar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ttrattaw kazijiet l-avukati tal-fqar tal-gvern sena b'sena fl-aħħar sitt snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talbiet għal għajnuna legali f'Atti Ċivili matul is-snin 2002 - 2007 kienu kif ġej: 2002 - 213 2003 - 262 2004 - 209 2005 - 178 2006 - 188 2007 - 138 (sal-25 ta' Ġunju)

Appoġġ — Nies li talbu għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm nies attendew jew talbu għajnuna mill-Appoġġ fl-aħħar 6 snin sena b'sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rebate ta' Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ma kentix tħallas surcharge u għandha l-kartuna r-roża issa fl-aħħar kont għandha s-surcharge? Din intitolata għal rebate? Tista' tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Rebate fuq is-surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha l-kartuna r-roża hix intitolata għal rebate fuq is-surcharge? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Anzjan b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex anzjan b'diżabilita' li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, la għandu servizz ta' dawl u lanqas ta' ilma? Jista' jingħatalu dan is-servizz? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-post imsemmi jaqa barra mill-limitu ta' żvilupp. Fil kaz tal-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma, din m'għandiex infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma f'inħawi msemmija. Rigward is-servizz tal-eletriku ma jirrizultax li l-applkant qatt applika għal dan is-servizz f'dan l-indirizz.

Relief

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' omm separata bi tlett itfal, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qatgħulha r-relief fi Frar, appellat u sal-lum għadha mingħajr risposta? Jista' l-każ ta' din il-persuna jitmexxa u tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, sal-lum, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant naqset li tipproduċi d-dokument legali mitlub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali u dan minkejja li ntalbet tagħmel dan diversi drabi permezz ta’ ittri.

Tarzna — Ħaddiema Barranin

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26390, 25877 u 26584 u jgħid: Kemm ħaddiema barranin ħadmu fit-Tarzna fl-2005 u 2006? Kemm kienu bħala esperti u kemm bħala ħaddiema? X'kien l-ammont li tħallas lil dawn il-ħaddiema? Kemm hemm ħaddiema fit-Tarzna li għandhom bejn 17-19-il sena, bejn 20-30 sena, bejn 41-50 sena u 'l fuq minn 50 sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għal-ewwel, it-tieni u l-aħħar parti tal-mistoqsija. Għar-rigward ta' l-aħħar parti, l-Malta Shipyards ma tkunx taf kemm attwalment tħallsu l-ħaddiema barranin peress illi dawn jitħallsu direttament mill-Aġenzija barranija li tkun qabbdet il-Malta Shipyards.