Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fidi ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 27220 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, cioe' tista' tara li anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jrid jifdi ċ-ċens tal-post li huwa tiegħu u l-post kien tal-Knisja u llum sar tal-Gvern jiġi nfurmat b'dak li jrid jagħmel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwistjoni biex tifdi ċ-ċens ħadet xi żmien biex tiġi pproċessata sakemm ġie determinat iċ-ċens korrett impost fuq ir-residenza tiegħu. Issa li din il-problema ġiet solvuta ser issir pjanta tal-fond sabiex il-proprjeta' tiġi reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet biex ikun jista' jsir il-kuntratt tal-fidi.

Barranin li jaħdmu t-tarzna

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Barranin bil-permess li jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali ta' nies barranin li għandhom permess li jaħdmu? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont totali ta' persuni li għandhom permess li jaħdmu sas-7 ta' Lulju 2007 kien hekk : EU NON EU Totals 2,947 3,663 6,610. Informazzjoni mil liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Barranin li jaħdmu t-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Immigranti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mill-2002 kemm immigranti ħarġu mid-detention centres? Dawn għandhom working permit? Dawn jirreġistraw għax-xogħol? Huma obbligati jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu? Jingħatalhom permess biex iġibu qraba tagħhom f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2002 u llum in-numru ta' immigranti li ħarġu mid-detention centres hu ta' 6,625. Infurmat ukoll li talbiet minn dawk li jkunu ġew mogħtija xi tip ta' permess li jibqgħu Malta sabiex iġibu qraba tagħhom f'Malta, ikunu ikkunsidrati fuq il-mertu u ċirkostanzi partikolari għal dik it-talba. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 10 PQ #27199 Sitting 552 2007-07-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Heritage Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw u jmexxu "Heritage Malta"? X'rimunerazzjoni jieħdu dawn il-membri? Minn fejn jiġu l-fondi biex titmexxa? Jekk min jidħol f'siti li huma protetti jħallasx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Heritage Malta titmexxa mis-CEO u minn numru ta' Managers u Kuraturi. Il-bord jifforma il-policy. Ir-remunerazzjoni annwali hija kif ġej: Chairman Lm 7,000 Deputy Chairman Lm 2,800 Membri Lm 1,000 Parti mill-fondi għat-tmexxija ta' din l-aġenzija jiġu mill-entratura tal-miżati filwaqt li ammont ieħor jingħata mill-Gvern. Hemm miżati differenti għad-dħul fid-diversi siti.

Ħlas ta' surcharge

Question

Tista' l-Ministru tara għala koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief u hi disabled ġew mitluba li jħallsu aktar minn Lm200 f'surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bil-miktub jekk dawn għandhomx iħallsu s-surcharge meta bid-dħul li għandhom suppost huma eżentati mill-ħlas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Fidi ta' ċens

Question

Tista' l-Ministru tara li anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jrid jifdi ċ-ċens tal-post li huwa tiegħu u l-post kien tal-Knisja u llum sar tal-Gvern jiġi nfurmat b'dak li jrid jagħmel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li minn riċerka li saret ma jirriżultax li l-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant kien xi darba ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sick Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ttieħdu ġranet off f'sick leave minn kull kategorija ta' ħaddiema fis-snin 2004, 2005, 2006? Kemm minn dawn kienu nisa? Kemm minn dan is-sick leave kien relatat ma' depression u stress u kemm mill-persuni li ħadu dan is-sick leave kienu nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, skond ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, t-tagħrif mitlub fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li, peress li n-natura tal-marda m’hiex kriterju biex persuna tirċievi benefiċċju, ma tinżammx statistika dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tara li tingħata l-informazzjoni lill-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħatu separatament, u li għandu l-mara tiegħu f'San Vincenz de Paule Residence peress li jixtieq ikun jaf għaliex ma rċeviex il-bonus? Jista' jiġi nfurmat kemm ser ikollu pensjoni u jekk hux ser jibda jirċievi pensjoni? Jista' dan l-anzjan jkun infurmat bil-miktub dwar il-pożizzjoni tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' l-anzjana xebba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li dejjem ħallset l-bolol u peress li hi tħoss li għandha pensjoni mhux xierqa? Tista' l-Ministru tara jekk hemmx xi żball? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata b'mod dirett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Kisi ta' bitħa

Question

Tista' l-Ministru tara li jsir kisi ta' bitħa interna ta' post tal-Gvern li tintuża minn żewġ inkwilini peress li jidħol l-ilma minnha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Sussidju fuq il-kera

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex anzjana armla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqsilha s-sussidju fuq il-kera? Tista' din il-persuna tiġi nfurmata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur it-Taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Turisti b'vakanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies Malta bil-visa bil-ħsieb li jagħmlu vaganza u baqgħu Malta? Kif qed jiġu klassifikati bħala dawk li jiġu fuq vaganzi (long stay)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kontinwament tagħmel spezzjonijiet għal persuni ta' nazzjonalita' barranija li jistgħu jkunu Malta wara li tkun skadietilhom il-visa. Fil-fatt matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 157 persuna li kienu Malta irregolarment.

Koppja anzjana — Sussidju fuq surcharge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt għas-sussidju fuq surcharge? Jistgħu jiġu nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Sptar San Luqa — Testijiet fuq pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk isirux testijiet tad-demm, ECG u chest x-ray bħala rutina fuq kull pazjent li jingħata loppju ġenerali fl-Isptar San Luqa, irrispettivament mill-eta' ta' l-individwu? Nista' ningħata wkoll tagħrif dwar kemm tlaħħaq l-ispiża fis-sena biex isiru dawn it-testijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-testijiet li jsiru fuq il-pazjenti jsiru meta jintalbu klinikament u mhux b'rutina. Numru ta' sorsi awtorevoli jindikaw li r-relevanza ta' dawn it-testijiet dejjem qegħda tonqos. L-ispiża ta' dawn it-testijiet ma tistax tingħata għaliex ma tinżammx informazzjoni separata għal kull każ iżda tinżamm informazzjoni b'ċifra globali.

Problema ta' anzjana

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema mid-dipartiment tad-drenaġġ jaraw il-problema li għandha anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li din il-problema hija minn barra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ser tinvestiga dan l-ilment.

Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tinħareġ iċ-ċittadinanza Maltija lil persuna Bulgara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha miżżewġa Malti mis-sena 2000? Jista' jitmexxa dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha qed tiġi pproċessata. Malli tittieħed deċiżjoni dwar dan il-każ il-persuna konċernata tiġi mgħarrfa biha minnufih.

Koppja anzjana — Sussidju fuq dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni lill-koppja anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għaliex ma għadhiex tieħu sussidju fuq l-arloġġ tad-dawl u l-ilma u għaliex mhux tieħu sussidju fuq is-surcharge? Tista' tiġi nfurmata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Marda Fibromyalgia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-marda Fibromyalgia hijiex rikonoxxuta mill-gvern? Kemm hawn minnha Malta? X'tip ta' benefiċċju għandhom? X'tip ta' pilloli jieħdu għaliha? Hemm kumpens għaliha? Qatt il-gvern bagħat persuni għall-kura barra l-pajjiż? Jekk iva, kemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fibromyalgia hija kundizzjoni li ma hawnx kura speċifika għaliha. Mediċini li jintużaw biex itaffu s-sintomi ta' din il-kundizzjoni jinkludu pilloli għal uġieħ, tricyclic antidepressants, selective serotonin reuptake inhibitors u anti-seizure drugs. Il-fibromyalgia mhix inkluża fil-lista tax-Schedule V. Għaldaqstant il-pazjenti huma ntitolati biss għal dawn il-mediċini li jistgħu jinkisbu fuq il-kartuna r-roża bħal ma huma l-amitriptyline, fluoxetine, paroxetine, diazepam, paracetamol, ibuprofen, codeine. Ma jeżistux studji li jiddeterminaw preċiż il-frekwenza tal-fibromyalgia f'Malta. Qatt ma ntbagħtet xi persuna għal kura barra minn Malta.