Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi rimedjat il-każ ta' tifel addottat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li għad għandu xi ismijiet ta' meta kien jgħix ir-Rumanija meta dan skond il-liġi suppost spiċċa b'isem u kunjom Malti? Dwar dan diġa' sar rikors il-Qorti tal-Familja.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f'dan il-każ hemm rikors pendenti quddiem il-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Atti Notarili sabiex jiġi dekretat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27513, 27341 u 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm mobile toilets fil-barracks ta' Ħal Safi fejn iżommu l-klandestini tul iż-żmien li kienu qed jiġu rranġati t-toilets? Kemm damu hemm it-toilets? Kemm swew dawn it-toilets?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-barracks ta' Hal Safi fejn jinżammu l-immigranti rregolari kien hemm sitt mobile toilets tul iż-żmien li kienu qed jiġu rranġati t-toilets tal-Warehouse 1 Compound.
Ninsab infurmat ukoll li dawn it-toilets ġew jiswew Lm881.46 VAT inkluż.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' nies f'Malta u Għawdex li huwa kkalkolat li jaqilgħu medja ta' Lm5,000 fis-sena jew aktar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-total ta’ 94,235 persuna iddikjaraw li matul is-sena 2005 qalgħu Lm5,000 jew aktar.
Id-dħul iddikjarat ma jinkludix dħul minn investimenti bħalma huma imgħaxijiet, dividendi eċċ li m’huwiex obbligat li jkun iddikjarat fil-formola tat-taxxa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li c-cherry picker tal-Fire Brigade qegħda tinkera lill-kumpaniji li jaħdmu l-films, meta f'Malta hawn kumpaniji privati armati għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk il-gvern huwiex jidħol f'kompetizzjoni diretta mal-privat u jekk din hijiex policy uffiċjali? Kemm-il darba inkriet ic-cherry picker u armar ieħor? X'rata tħallas il-gvern u kemm kien l-ammont li tħallas u kemm minn din is-somma marret għand il-ħaddiema li ħadmu fuqha? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema kenux tal-Fire Brigade jew ħaddiema tal-gvern jew ħaddiema li la jaħdmu mal-Fire Brigade u lanqas mal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dak li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għalih bħala cherry picker huwa fil-fatt vettura li tissejjaħ turntable ladder. Jekk dan huwa l-każ, nista' nikkonferma li kemm din il-vettura kif ukoll apparat ieħor tal-Protezzjoni Ċivili jinkera għal diversi raġunijiet fosthom biex jinħadmu films lokalment kif ukoll waqt sparar ta' nar ta' murtali fil-festi.
Ma hemm l-ebda policy uffiċjali f'dan ir-rigward u ninsab infurmat li ma jirriżultax li l-Gvern jew id-Dipartiment qed jidħol f'kompetizzjoni diretta mal-privat.
F'okkażjonijiet bħal dawn, ir-rata għal kull vettura hija ta' Lm50 kuljum. L-ammont ta' ħlas li għandu jsir lid-Dipartiment għadu qed jinħadem u nagħti risposta dwar l-ammont fi stadju ieħor. Il-ħaddiema li ħadmu fuq it-Turntable Ladder huma kollha nies tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Tista' l-Ministru tara li jitneħħa l-wire tad-dawl antik 3 phase, li jinsab ħdejn il-post d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament, li minnu ħareġ n-nar u huwa perikoluż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret, ma jirrżultax li l-cable għandu bżonn jinbidel u l-anqas li ħareg in-nar minnu u li hu perikoluż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses ta' nazzjonalita' barranija jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa? Ta' liema nazzjonalita' huma? X'inhi r-raġuni li tali nurses jingħataw peress biex jaħdmu mal-Gvern u ma jingħatawx permess biex jaħdmu fi sptarijiet privati, meta dawn ikollhom l-istess kwalifiki? Huwiex intiż il-Ministru bil-problemi kbar li jsibu l-isptarijiet privati biex isibu nurses? Jekk huwiex possibbli li nurses barra mill-Unjoni Ewropea jingħataw permess jagħmlu conversion course biex jiġu reġistrati fl-istatus ta' registered nurse?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' nurses ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' huwa 26. In-nazzjonalita' ta' dawn in-nurses huma elenkati hawn taħt:
Serbia & Montenegro 4
Philippines 3
Poland 3
Albania 2
Bosnia 2
Nigeria 2
Germany 2
United Kingdom 2
India 1
Pakistan 1
Bulgaria 1
Russia 1
Slovak Republic 1
Finland 1
Dawn in-nurses barranin jiffirmaw kuntratt fil-bidu ta' l-impjieg tagħhom fejn jintrabtu li ma jistgħux jagħmlu xogħol privat.
Ma' dawn, hemm tliet nurses oħra ta' nazzjonalita' Ingliża li jinsabu jaħdmu fl-isptar Zammit Clapp. Skond il-kuntratt tagħhom, dawn in-nurses iridu jitolbu permess bil-miktub mill-Management biex jagħmlu xogħol ieħor privat.
Ir-responsabilta' ta' l-isptarijiet privati biex isibu u jimpjegaw nurses hija totalment tagħhom u mhux tal-Ministeru.
Mhux possibli li nurses barra l-Unjoni Ewropea jingħataw conversion course għal żewġ raġunijiet: l-ewwel, dawn iridu jkunu enrolled nurses u l-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel m'għadux jirreġistra enrolled nurses minħabba li l-unika livell li jirreġistraw huwa dak ta' l-ewwel livell, jiġifieri state registered. It-tieni biex nagħmlu conversion course ta' l-enrolled nurses Maltin kollha ser nieħdu sal-2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angiogramsfl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angiograms ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi li n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet:
Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH)
Standard Age Groups (yrs)
ANGIOGRAMS
(inclds Coronary, Craft & R Heart Studies)
Year
<49
50 to 59
60 to 69
70+
Total
2002
335
661
599
447
2042
2003
361
648
615
460
2084
2004
332
616
540
472
1960
2005
309
619
657
468
2053
2006
299
577
600
514
1990
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru angioplasties fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward l-Angioplasties ġiet miġbura mill-Cardiac Services Department, CIPR (Cardiac Investigation & Patient Records) system għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. Is-CIPR iżżomm l-informazzjoni maqsuma fi gruppi ta' etajiet. Għalhekk it-tabella ta' hawn taħt turi n-numri ta' Angiograms skond il-grupp ta' l-etajiet.
Source: CIPR (Dept of Cardiac Services, SLH)
Standard Age Groups (yrs)
ANGIOPASTIES
(inclds Primary PCI, PCI)
Year
<49
50 to 59
60 to 69
70+
Total
2002
79
139
154
115
487
2003
86
188
134
108
516
2004
90
169
155
142
556
2005
90
175
184
148
597
2006
90
163
181
150
584
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru open heart surgeries fl-Isptar San Luqa fis-snin 2002 sa 2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward Open Heart Surgery ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċ-ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta.
Source: Surgical Operations Register SLH
'OPEN HEART SURGERY' ONLY
Note; A patient may have >1 procedure in a given episode
Year
Total No of Open Heart
Procedures
Of the total: no. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
470
163
2003
563
188
2004
575
232
2005
457
240
2006
423
187
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hysterectomies fl-Isptar San Luqa kull sena bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward hysterectomies ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register ta' l-isptar San Luqa għall-perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi l-figuri tal-hysterectomies li jinkludu wkoll total abdominal, vaginal, sub total u Wertheim's.
Source: SurgicalOperations Register SLG
Hysterectomies
Year
Total No of 'Hysterectomy Procedures'
Of the Total: No. of Hysterectomy Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
547
361
2003
484
314
2004
469
342
2005
467
334
2006
428
305
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fuq il-pulmun fl-Isptar San Luqa bejn l-2002 u l-2006 sena b'sena? Kemm minn dawn kienu bejn l-40 u s-60 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni rigward operazzjonijiet fuq il-pulmun ġiet miġbura mis-Surgical Operations Register, ta' l-isptar San Luqa għal perjodu ta' bejn l-2002 u l-2006. It-tabella ta' hawn taħt turi ċifri ta' l-informazzjoni rikjesta.
Source: Surgical Operations Register SLH
'SURGERY' SPECIFIC TO LUNG ONLY
Note: A patient may have >1 procedure in a given episode
Year: PQ No.: 27521
Total No of Lung 'Procedures'
Of the Total: No. of 'Procedures' for age group 40 to 60 yrs
2002
25
5
2003
29
11
2004
35
11
2005
32
6
2006
35
11
Il-proċeduri mniżla hawn fuq jinkludu operazzjonijiet ta' Apicetomies, Pneumonectomies, Lobectomies, Decortication of lung tissue, biopsies and excisions etc.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni f'Malta u Għawdex ta' nies li għandhom bejn 40 u 60 sena? Kemm minnhom huma rġiel u kemm huma nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni f’Malta u Għawdex ta’ nies bejn l-40 u s-60 sena hija ta’ 122,977 maqsuma f’61,830 Rġiel u 61,147 Nisa. Dawn huma figuri proviżorji meħuda mid-Demographic Review 2006.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm teachers nisa impjegati mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Kemm minnhom huma miżżewġin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat hekk :
Grad Skejjel Primarji Skejjel Sekondarji Għalliem miżżewġa
u Post Sekondarji
Sub Co-Ord 2 33 23
Teachers 676 1200 1208
Instructors 105 145 287
P/T Instructors 6 3 9
Temporary Teachers 1 1 1
Informat ukoll li n-numru ta' għalliema Peripatetic hu ta' 175 li minnhom 133 huma miżżewġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm immigranti llegali li ngħataw il-working permit? L-immigranti llegali huma obbligati li jagħmlu l-ktieb tax-xogħol biex jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma tagħtix permessi tax-xogħol għal immigranti illegali. Il-KXT tagħti permessi tax-xogħol lil refuġjati, persuni taħt protezzjoni umanitarja temporanja u asylum seekers. Kull min iħaddem huwa taħt l-obbligu li jissottometti l-formola tal-bidu ta’ l-impjieg għal kull impjegat li jkollu kemm jekk ikollu ċittadinanza Maltija kif ukoll barranija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm immigranti llegali ngħataw permess biex iġibu qraba tagħhom f'Malta? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' qraba li ġabu dawk li ngħataw il-permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l'informazzjoni rikjesta ma tinżammx b'mod elettroniku u għalhekk mhux possibli li tingħata din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 27341 u 27197 u jgħid minn mindu sar ir-restructuring tat-Tarzna, kemm ħaddiema nġiebu minn barra biex jaħdmu bil-kuntratt? Ta' liema nazzjonalita huma? Kemm tħallsu fis-siegħa tul il-kuntratt? Kemm huwa l-ammont totali li tħallsu lil dawn il-barranin? Kemm huwa kkalkulat li t-Tarzna ffrankat bis-saħħa ta' dawn l-impjegati barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm immigranti llegali li ħarbu minn Malta u reġgħu nstabu lura Malta? Jekk fl-affermattiv kemm kien hemm minn dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din is-sena ma kienx hemm każijiet irrapportati fejn immigranti rregolari ħarbu minn Malta u reġgħu nstabu li kienu Malta.