Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li għandu l-każ tiegħu quddiem il-bord ta' l-appell tal-Water Services Corporation, mill-aktar fis u jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ imsemmi mill-Onor Interpellant kien riferut lill-Advisory Board tal-Water Services Corporation.
Il-Konsumatur se jkun infurmat bil-kreditu li se jingħatalu minn dan il-Bord fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fuq it-talba ta' persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jitratta dwar anzjana ta' 90 sena u din it-talba hija ta' neċessita'? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċreka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta kif ġej:
· It-talba għal parkeġġ riservat ma ġietx milqugħa minħabba li hemm garaxx fil-viċinanżi tar-residenża ta’ l-applikant u għalhekk ma jikkwalifikax għal tali serviżż.
· Fl-applikażżjoni li ġiet sottomessa w ffirmata minn bint l-applikant ġie ddikjarat li ma kienx hemm garaxx mar-residenża w lanqas fil-viċinanzi.
· Il-kunsill lokali ta’ Raħal Ġdid informa lil
Bord
għal Parkeġġ Riservat Persuni B’Disabbilita’ li l-applikant għandu garaxx viċin id-dar.
· It-tabib mediku ta’ L-Awtorita Dwar it-Trasport ikkonferma li hemm garaxx viċin ir-residenża ta’ l-applikant.
Kull applikazzjoni fejn hemm garaxx mar-residenza ta’ l-applikant jew fil-viċinanżi ma tiġix milqugħa skond il-kriterji għal dan is-serviżż.
Tista' l-Ministru tara li biċċa art li kienet tal-knisja u issa ġiet tal-gvern u s-sid irid jixtri din il-biċċa art, li llum huma garaxxijiet, mingħand il-gvern? Tista' tara li dan l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jekk għandu dritt li jixtri ċ-ċens?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ċ-ċens li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu dovut lill-Uffiċċju Konġunt u għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28943 u jgħid għaliex il-bus shelter fi Triq il-Knisja ma' Triq Żejtun, Tarxien twaqqaf fuq in-naħa opposta tal-bus-stop sign (destinazzjoni lejn il-Belt) bil-konsegwenza li min irid jirkeb il-karozza tal-linja għall-Belt ikollu jaqsam f'paniku din it-triq li saret traffikuża ħafna?
Għaliex il-bus-stop sign bit-tabella tal-ħinijiet qodma ma tneħħewx minn Triq Żejtun, Tarxien?
Għaliex il-kuntrattur li għamel l-aħħar xogħol fuq it-twaqqif tal-bus-shelter fi Triq il-Knisja, ma wittiex il-bażi tal-bus shelter li tneħħa?
Wara sena jistennew, il-passiġġieri li jridu jirkbu karozza għall-Belt, fit Triq il-Knisja, Tarxien, se jkollhom post ta' kenn?
Dawk li jużaw il-karozzi tal-linja meta se jkollhom dritt isemmu l-opinjoni tagħhom fuq l-ippjanar tar-rotot u fejn jitwaqqfu l-bus-sheltersgħax milli jidher min jippjana ma jużax is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-bus stopsign bit-tabella tal-ħinijiet qodma tneħħew.
Fir-rigward tal-Bus Shelter li twaħħal fi Triq il-knisja, saret speżżjoni fuq il-post mill-uffiċjali ta’ l-ADT u ser jieħdu ħsieb li l-bankina tiġi irrenġata.
Infurmat ukoll li ser jitwaħħal bus shelter fi Triq il-Knisja direzzjoni lejn il-Belt u fir-rigward ta’ l-ippjanar tar-rotot, l-ADT tagħmel dan mal-Kunsill Lokali, liema kunsill jirrapreżenta lir-residenti tal-lokal. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda kopja ta’ pjanta li turi fejn ser jitwaħħal dan il-Bus Stop.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28937 u jikkonferma jekk ma sarux operazzjonijiet ġo OOP3 fl-iSptar San Luqa minħabba li ma kienx hemm bolts ta' l-istainless steel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jindika għal liema perjodu qed jirreferi?
B'referenza għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari 28462, jista' l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jkun hemm reġistrati ma' l-ispiżeriji privati meta l-iskema tibda taħdem fit-total tagħha?
X'inhu l-ħlas li l-gvern ser iħallas lill-ispiżeriji privati skond il-ftehim mal-GRTU?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa stmat li l-benifiċjarji taħt l-iskemi ta' Schedule II u V ikunu madwar 110,000 klijent.
L-ispiżeriji li jipparteċipaw taħt l-iskema POYC ser jitħallsu fis-sena għal kull persuna reġistrata kif jidher hawn taħt:
L-ewwel sena Lm8
It-tieni sena Lm9
It-tielet sena Lm10
Ir-raba' sena Lm11
Il-ħames sena Lm12
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28741 u jgħid għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, il-karozzi tal-linja lejn u miż-Żejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters? Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja fejn in-nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita? Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġiex sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- mistqosija parlamentari 28741.
Għaliex wara sena li dam biex tlesta bus shelterfi Triq iz-Zejtun ( quddiem Sonren Pharmacy) Tarxien MEPA Permit 04089/05, l-karozzi tal-linja lejn u miz-Zejtun qed jgħaddu minn Triq il-Knisja, f'liema triq m'hemmx bus stops jew shelters. Jista' dan ix-shelter jiġi żarmat u jintrama fi Triq il-Knisja? Nies li jużaw il-buses m'għandhomx post stabilit fejn jirkbu, xemx u xita. Fil-bidu tal-ġurnata jinħoloq kaos għaliex il-buses jiefqu f'nofs Triq il-Knisja (double parking) biex il-passiġġieri jirkbu b'periklu kbir u t-traffiku jitwaqqaf. Ix-xogħol inutli li sar fuq dan il-bus shelter hu ta' kwalita' jew ta' periklu meta tara display board kbira tal-ħġieġ wieqfa fuq biċċa njama għaliex il-concrete ma tpoġġix sew? Saru inspections wara li sar dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28469 u 28635 u jara li l-arloġġ tad-dawl ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Jista' jiġi nformat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-meter u s-service cable ġew mibdula il-ġimgħa li għaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli għall-marda psoriasis jiġux mogħtija mill-Health Department? X'irrid issir biex wieħed jieħu dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Extensive psoriasis hija kundizzjoni li taqa' taħt is-Schedule V u għalhekk il-mediċini biex jittrattaw din il-kundizzjoni jiġu provduti mill-Gvern u jingħataw b'xejn skond il-lista tal-formularju u l-protokolli li jinsabu fis-sit ta' l-internet tan-National Medicines Policy and Audit Unit (http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739).
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28473 u jara li l-arloġġ ta' l-ilma ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Tista' tiġi nformata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma se tieħu l-passi biex il-meter ta' l-ilma msemmi jinbidel mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28480 u jara jekk hemmx xi żball ta' surcharge tad-dawl u l-ilma ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jiġi nformat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-konsumatur li rrefera għalih l-Onor Interpellant ġie l-ufficju tal-KSI ġewwa Hal Luqa fejn ġie nfurmat li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma huma maħdumin sewwa u m’ hemm l’ ebda żball fil komputazzjoni tal-kont.
Il-problema tal konsumatur hija dwar il-voucher. Il-konsumatur kien jibbenefika mit-tariffa ta l-Għajnuna Soċjali u sakemm il-KSI kienet responsabbli għall dan il-benefiċċju l-konsumatur dejjem ingħatalu it-tnaqqis dovut lilu. Peress li s-sistema nbidlet il-konsumatur ġie mgħarraf biex iressaq l-ilment tiegħu dirett lid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali billi l-KSI m’hiex responsabbli għall ħruġ ta' vouchers.
Il-konsumatur żied jgħid li diġa mar id Dipartiment tas-Sigurta Soċjali u li qed jistenna risposta mingħandhom.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28483 u, lejliet l-elezzjoni ġenerali, iserraħ ras il-kaċċaturi Maltin u Għawdxin billi jagħtihom garanzija li se jibqgħu jgawdu l-kaċċa tar-rebbiegħa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra msejħa Reasoned Opinion fejn fiha l-Gvern Malti qed ikun mitlub jagħti r-raġunijiet tiegħu biex jippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 28469 u jara li l-arloġġ tad-dawl ta' anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jinbidel għax mid-dehra għandu xi ħsara? Jista' jiġi nformat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)?
Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku?
Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours?
Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impjant ta’ Sant’Antnin se jittratta skart bijodegradabbli (bio-degradable waste) u skart riċiklabbli (dry recyclable waste). L-iskart li ser jiġi ttrattat fil-Material Recovery Facility (MRF) ser ikun ġej mill-Bring-in-Sites, u dan wara li jkun magħżul fid-djar u ddepożitat fil-Bring-in-Sites. L-iskart biodegradabbli jintgħażel b'mod mekkanizzat u fil-magħluq fl-impjant immodernizzat. Fl-impjant m’hux ser ikun hemm ebda sistema ta’ autoclave. L-ilma tal-proċess ser ikun ittrattat minn impjant tar-Reverse Osmosis u li jifforma parti mill-investiment li qed isir. Ir-rejects ser imorru fil-landfill filwaqt li parti mir-Refuse Derived Fuel (RDF), b’potenzjal ta’ energija, ser tkun ittrattata fl-inċineratur tal-Marsa ħalli jitnaqqas l-ammont ta' fjuwil u titnaqqas l-ispiża rikurrenti. Il-kumplament ta' l-RDF ser ikun maħżun sakemm jinstab użu għalih. Il-proġett ta’ Sant’Antnin, li hu ffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, ma jinkludi ebda thermal treatment u għalhekk m’hemm ebda fondi allokati għal dan il-għan. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm thermal treatment facility. Nenfasizza li fl-impjant ta’ Sant’Antnin m’hemmx faċilità li taħraq jew titratta r-residwi.
Bħalma semmejt, l-uniku RDF li ser ikun utilizzat huwa dak li ser jintuża għall-inċineratur tal-Marsa u għaldaqstant suq għalih diġà hemm. Dan l-RDF huwa kkunsidrat bħala Renewable Energy source u għalhekk l-użu ta' dan il-materjal huwa rrakkomandat. L-impjant fejn ser jintuża l-RDF huwa mgħammar bit-trattament ta’ l-arja bl-aktar avvanzata skond il-permessi ta' l-operat. Din is-sistema tiggarantixxi li l-livelli ta’ l-istandards Ewropej dwar l-air emissions and odours ikunu milħuqin.
L-impjant ta’ Sant’Antnin m’hux ser jittratta skart perikoluż (hazardous waste) u għalhekk m’hux se jipproduċi la rmied (għax ma fihx thermal facilities) u lanqas materjal ieħor perikoluż. M’hemm ebda proposta biex il-landfills jaċċettaw irmied u materjal perikoluż ġej minn Sant’Antin għax l-impjant ta’ Sant’Antnin m’għandux il-facilità li jipproduċi dan it-tip ta’ skart. Intenni li fil-proġett ta’ Sant’Antnin m’hux maħsub li jkun hemm ebda thermal treatment facility.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jibgħat lil xi ħadd jispezzjoni l-kċina ta' San Vincenz De Paule għaliex minn informazzjoni li għandi hemm min ra minn erba' sa ħamest iġrieden jiġru qalb l-apparat u l-akkwati tal-kċina? Dan huwa każ serju u inaċċettabbli għax l-anzjani jixirqilhom l-aħjar għal saħħithom.
Response (DEGUARA, LOUIS)
Spezzjonijiet fil-kċina ta' San Vinċenz de Paul isiru regolarment mill-Health Inspectors u anke minn min hu responsabli mill-kċina. Trattamenti kontra l-ġrieden u insetti isiru b'mod regolari.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispeċifikazzjoni għat-tip ta' materjal li l-impjant ta' Sant Antnin se jkun qed jaċċetta? Dan ifisser b'mod sinifikanti li l-iskart irid jintgħażel mid-djar jew fl-impjant qabel ma jidħol fl-MRF (material recycling facility)?
Liema huma l-miżuri li se jittieħdu biex jittrattaw ir-residwi (ħama ta' l-impjant - auto clave(fibre) jew RDF? Hemm finanzi allokati fl-istima għar-residwi mill-proċess ta' l-iskart li jridu jiġu trattati ferm aktar bis-sistema tat-thermal treatment? U dan t-trattament se jsir fl-aħħar tal-proċess jew bħala stand alone unit biex jissupplixxi l-enerġija u l-elettriku?
Hemm suq (kummerċjali jew domestiku) għall-elettriku jew l-enerġija li se tiġi ġġenerata mill-ħruq tar-residwi (heat generation from residues)? Saret stima għal konsumatur għal provista ta' din l-enerġija fit-terminu ta' l-infrastruttura kemm se tiġi tiswa? L-impjant se jkollu teknoloġija ta' gas srubbing suffiċjenti biex ikun konformi mar-regoli ta' l-EU fuq l-air emissions and odours?
Hemm biżżejjed spazju fil-landfills biex jiġi aċċettat l-irmied u l-materjal perikoluż li joħroġ mill-impjant? Din il-proposta se tilqa għat-tul l-miri ta' l-EU fir-rigward tal-landfill diversion? Ċertu mpjanti li jaħdmu bit-teknoloġija ta' heat treatment joperaw effettivament għal 24 siegħa sħaħ (kontinwament). Din se tkun is-sitwazzjoni fl-impjant ta' Sant Antnin u jekk hi t-teknoloġija li se tintuża se jkun hawn skart biżżejjed biex jilqa' għal din it-tip ta' teknoloġija?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-familja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt li tagħmel il-kuntratt ta' l-art bħala għamlu ħafna familji oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sabiex isir il-kuntratt, l-art in kwistjoni trid tgħaddi għand l-Awtorita' tad-Djar iżda dan ma jistax isir qabel ma jitlesta l-proċess ta' esproprju li għad hemm pendent fuq parti mill-istess art.