Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtoritajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn awtoritajiet? Liema huma u meta twaqqfu? Kemm qed iħaddmu total ta' nies u kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull awtorita'? Jekk l-impjegati ta' dawn l-awtoritajiet humiex kunsidrati bħala impjegati tac-Ċivil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Boards

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu boards l-Gvern? Liema huma? Kemm jimpjegaw nies dawn il-boards? Kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull board? Jekk l-impjegati/membri ta' dawn il-boards humiex kunsidrati bħala mpjegati tac-Civil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Numru ta' mpjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies impjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa fl-Isptar San Luqa u sptarijiet oħra sal-aħħar ta' Novembru 2007? Kemm huwa dan in-numru llum? Kemm għandu bżonn aktar nurses d-Dipartiment tas-Saħħa biex jaħdem bl-aħjar effiċjenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab miġbura hawn taħt: Sptar Mater Dei Fl-aħħar ta' Novembru 2007 kien hemm 3945 -il impjegat. Illum hemm 3936 -il impjegat. Sptar Zammit Clapp Fl-aħħar ta' Novembru 2007 kien hemm 113 -il impjegat. Illum hemm 125 -il impjegat. Sptar Monte Carmeli Fl-aħħar ta' Novembru 2007 kien hemm 546 -il impjegat. Illum hemm 561 -il impjegat. Residenza San Vinċenz Fl-aħħar ta' Novembru 2007 kien hemm 903 -il impjegat. Illum hemm l-istess 903 -il impjegat. Diffiċli biex tgħid kemm trid Nurses iktar biex tiżdied l-effiċjenza għax il-kejl ta' l-effiċjenza ma jiddependix biss fuq in-numri.

Tobba gradwati

Question

Jista' l-Minisru jgħid kemm iggradwaw tobba fl-aħħar 5 snin sena b'sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom marru jaħdmu barra minn Malta? Minn dawk li baqgħu Malta kemm minnhom jaħdmu full time jew part time mal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser isir aktar tħaffir għal oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata? Jekk iva, kemm ser isiru u kemm talbu għall-oqbra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li huwa ntenzjonat li tinbena l-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata fil-futur viċin, billi jsir tħaffir għal 2782 abar ġdid. Minn dawn, 2500 ser ikunu għall-pubbliku, l-oħrajn ser jinżammu għall-komun. Ninforma li bħalissa hemm 3200 talba fil-waiting list għal xiri ta' qabar minn dan iċ-Ċimiterju.

Xiri ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li biċċa art li kienet tal-knisja u issa ġiet tal-gvern u s-sid irid jixtri din il-biċċa art, li llum huma garaxxijiet, mingħand il-gvern? Jista' jgħid jekk dan l-individwu għandux dritt li jixtri ċ-ċens, li d-dettalji tal-garaxxijiet qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat mid-dipartiment kkonċernat li ma jirriżultax li saret xi talba formali biex jinfeda ċens tal-garaxxijiet indikati fid-dettalji mogħtija.

Tagħlim tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'liċenzja jrid ikollu wieħed biex jgħallem is-sewqan tal-karozzi? X'irid jagħmel? Jista' jagħti t-tagħrif kollu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-applikant prospettiv għal instructor/għalliem tas-sewqan jiġi mitlub jimla applikażżjoni fejn irid jipproduċi ċertifikat tal-kondotta riċenti, ċertifikat mediku u liċenzja tas-sewqan li turi mill-anqas ħames (5) snin esperjenża fil-kategorija ta’ liċenzja li għaliha jkun applika. Sabiex tiġi akkwistata liċenzja ta’ instructor/għalliem tas-sewqan, l-applikanti prospettivi jridu jgħaddu minn sensiela ta’ tliet eżaminjiet organiżżati mill-ADT skond il-ħdax –il skeda tar-Regolamenti tal-Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan), S.L. 65.18, magħrufa bħala l-“Eżami ta’ Abbilta` biex tagħti Struzzjonijiet tas-Sewqan”, li jikkonsistu f’dawn: a) L-Eżami tat-Teorija b) L-Eżami ta’ Abbilta` u Ħila fis-Sewqan u c) L-Eżami ta’ Abbilta` u Ħila fl-Istruzzjoni tas-Sewqan. Barra minn hekk persuna li tixtieq tghallem lil xi ħadd privatament irid ikollha mill-anqas ħames (5) snin esperjenża fil-kategorija ta’ liċenżja li tkun se tgħallem għaliha. F’dan il-kaz trid tiġi sottomesa applikażżjoni għal-liċenżja tas-sewqan skond il-kategorija meħtieġa mill-kandidat, flimkien mal-liċenżja tas-sewqan ta’ l-instructor privat li turi li dan ta’ l-aħħar għandu jew għandha mill-anqas ħames snin esperjenza f’dik il-kategorija partikolari.

Zejtun — Boathouse

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu boathouse r-Ramla taz-Zejtun applika u għadhom ma tawhx id-dawl? Kemm hemm li ngħataw d-dawl f'din l-istess area tiegħu? Kemm minnhom għandhom l-istess problema ta' dan l-anzjan? Kemm jonqoshom biex jingħata d-dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar mill-Enemalta ma jirriżultax li saret applikazzjoni għas-servizz tal-elettriku taħt l-isem mogħti separatament ma din il-mistoqsija parlamentari. Ma ġewx irreġistrati applikazzjonijiet tad-dawl f'din l-istess area fl-aħħar sena.

Spizjara jaħdmu mal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29137 u jgħid kemm hemm spiżjara mal-gvern illum? Jista' jgħid meta tibda l-iskema tal-POYC? Kemm se jkollu bżonn spiżjara? X'inhi l-ispispiża totali li l-gvern iħallas għall-ispiżjara tiegħu? Kemm kienet l-ispiża totali tal-gvern tal-mediċini li ta taħt schedule II u V kull sena fl-2005 u fl-2006?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mal-Gvern hemm 152 spiżjar. L-ispiża totali tagħhom għall-2007 hija mistennija li tilħaq madwar Lm1 miljun. L-ispiża totali tal-mediċini li nħarġu għall-ispiżeriji (Outpatients) taċ-Ċentri tas-Saħħa u l-isptar San Luuqa matul 2005 kienet Lm7,964,826 u matul 2006 kienet Lm9,489,283. L-iskema tal-POYC se tibda minn Diċembru2007. Fl-istore ċentrali tal-POYC se jkun hemm bejn 2 u 3 spiżjara għall-ewwel fażi. L-iskema tal-POYC se titħaddem mill-ispiżjara tal-ispiżeriji privati liċenzjati li aċċettaw li jidħlu fl-iskema tal-POYC.

Football nursery

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żvilupp ser isir fejn il-football nurserytal-Marsa? Jista' joffri post alternattiv għall-warming up minflok il-post meħud?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 898/07 mill-Kunsill Lokali tal-Marsa hija intiża biex jitqiegħed paviment ġdid u jitħawwlu siġar ħalli tissebbaħ din l-area maġenb il-grawnd tal-futbol, skond policies GE02, GE03 u GM12 tal-Pjan Lokali għall-Port il-Kbir. Permess għall-iżvilupp inħareġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fis-6 ta' Lulju 2007.

Taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29134 u jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-15% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-25% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-35% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm ġabar taxxa l-gvern fuq overtime fis-sena 2006? Jista' jgħid kemm ġabar taxxa l-gvern fuq part-time fis-sena 2006? Jista' jgħid kemm hu kkalkulat li hemm nisa miżżewġin bit-tfal li ma jaħdmux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Hamrun — Nies bil-kartuna r-roża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies fil-Hamrun li għandhom 'il fuq minn 65 sena bil-kartuna r-roża? Jista' jgħid ukoll kemm hemm nies fil-Hamrun li għandhom 'il fuq minn 75 sena bil-kartuna r-roża?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

OOPS — Operazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari 28937 u 29042 jista' l-Ministru jikkonferma jekk ma sarux operazzjonijiet ġo OOP3 fl-iSptar San Luqa madwar xahar ilu minħabba li ma kienx hemm bolts ta' l-istainless steel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-ġimgħa ta' bejn il-ħamsa u l-ħdax ta' Novembru 2007 kien hemm total ta' erba' (4) operazzjonijiet ta' Dynamic Hip Screw li ġew posposti għal jumejn fit-Teatri ta' l-Ortopedija minħabba nuqqas temporanju ta' screws.

Sptar San Luqa — Impjegati

Question

Peress li ħafna mill-ħaddiema tekniċi impjegati fl-iSptar San Luqa (inġiniera, tal-maintenance etc) ma ġewx mgħarrfa x'se jkun il-futur tagħhom, jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat għal dawn il-ħaddiema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ħaddiema kollha tekniċi ġew infurmati bi dmirijiet ġodda tagħhom fuq bażi individwali mill-Inġiniera u l-Operations Manager. Dan il-proċess seta' jiġi fis-seħħ malli intemmet il-migrazzjoni. Dawn il-ħaddiema tqassmu skond il-ħiliet tagħhom u l-ħtiġijiet tas-servizz bejn l-isptar Mater Dei u l-isptar Karen Grech.

Taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-15% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-25% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm nies iħallsu t-taxxa tad-dħul bil-35% u kemm hu l-ammont ta' taxxa li l-gvern ġabar fis-sena 2006 b'din ir-rata? Jista' jgħid kemm ġabar taxxa l-gvern fuq overtime fis-sena 2006? Jista' jgħid kemm ġabar taxxa l-gvern fuq part-time fis-sena 2006? Jista' jgħid kemm hu kkalkulat li hemm nisa miżżewġin bit-tfal li ma jaħdmux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Spiżjara jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spiżjara mal-gvern illum? Jista' jgħid meta tibda l-iskema tal-POYC? Kemm se jkollu bżonn spiżjara? X'inhi l-ispispiża totali li l-gvern iħallas għall-ispiżjara tiegħu? Kemm kienet l-ispiża totali tal-gvern tal-mediċini li ta taħt schedule II u V kull sena fl-2005 u fl-2006?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.

Xiri ta' ċens

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li biċċa art li kienet tal-knisja u issa ġiet tal-gvern u s-sid irid jixtri din il-biċċa art, li llum huma garaxxijiet, mingħand il-gvern? Jista' jara li dan l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jekk għandux dritt li jixtri ċ-ċens?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat mid-dipartiment ikkonċernat li ma jirriżultax li saret xi talba formali biex jinfeda ċens mill-individwu li joqgħod fl-indirizz indikat fid-dettalji mogħtija.

Xiri ta' post

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' xiri ta' post minn persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li diġa' għamel il-konvenju fid-19 ta' Jannar 2007 u qed jistenna biex isir il-kuntratt? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tistenna li jkollha t-titolu legali tal-post indikat biex tkun tista’ tipproċedi.

Flus miġbura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiġbor flus il-gvern mis-sistema ta' NI (national insurance)? Kemm minn dan l-ammont immur għas-saħħa u kemm imur għall-pensjonijiet? Kemm mill-ammont ta' VAT imorru għas-saħħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li jinġabar minn sena għal sena mill-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jidher fl-Estimi Finanzjarji maħruġ ta’ kull sena mill-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll fir-Rapport Finanzjarju maħruġ ta’ kull sena mit-Teżor. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella A, ta’ l-Estimi Finanzjarji, li tindika kif jiġi approprijat dan id-Dħul, filwaqt li f’tabella B ta’ l-istess pubblikazzjoni, jidher kemm mid-dħul tal-VAT hu ddedikat lejn l-infiq għas-saħħa.