Tista' l-Ministru tara li jingħata facilitator lil tifla li għandha bżonn dan is-servizz minħabba xi mard u problema li għandha? Tista' din il-familja tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni tal-ġenituri biex tifla , li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet fi Frar ta’ 2008. Din it-tifla tattendi l-iskola regolari u qiegħda fi klassi ta’ 14 fejn hemm LSA (facilitator) u teacher. L-LSAfil-klassi għandha obbligu li tgħin lit-tifla,kif fil-fatt qed tagħmel. It-tifla għandha Communication Disorder u skond l-iskola qed tagħmel progress peress li qed tagħmilha ma tfal ta’ l-eta’ tagħha. Madanakollu, il-familja ser tingħata appuntament fis-sajf li ġej biex jidhru quddiem il-Bord ta’ l-iStatementing Moderating Panel. Il-Bord jista jirrakomanda xi tip ta’ servizz ieħor skond il-każ, u mhux neċessarjament servizz ta’ LSA (facilitator)
Tista' l-Ministru tara li t-tifel,li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata facilitator?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifel , li d-dettalji qed jingħataw separatament, jidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet f’Marzu ta’2007. Peress li t-tifel u tfal oħra fl-istess klassi , għandhom problemi ta’ mġieba, l-iskola tirreferi il-każ liċ-Child Safety Unit, lill-Anti Bullying Team, lill-Counsellor u lis- School Pshycological Services. Hu ġie referrut ukoll lil-SpLD Unit minħabba li x’aktarx għandu Dyslexia. Il- familja ser tingħata appuntament f’Ġunju biex jidhru quddiem il- bord tal-iStatementing Moderating Panel. Il-Bord jista’ jirrakomanda xi tip ta’ servizz ieħor, skond il-każ ,mhux neċessesarjament servizz ta’ LSA ( facilitator).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu/ilha nieqsa r-reġistratur/reġistratriċi tan-Nursing and Midwifery Council? Min hu/hija in charge bħalissa floku/flokha?
Kemm-il darba ltaqa' n-Nursing and Midwifery Council fl-aħħar tlett xhur u kemm l-każ ikkonkluda? Kemm-il każ hemm pendenti quddiem in-Nursing and Midwifery Council?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-Reġistratur tal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel siefret bil-leave fl-10 ta' Diċembru 2007, u għandha tirritorna lura fil-25 ta' Jannar 2008. F'assenza simili ta' Reġistratur, il-kollegi l-oħra jissostitwixxu f'rigward mistoqsijiet ġeneriċi mill-pubbliku. It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija qed tinġabar u tingħata risposta f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx nuqqas ta' pompi Fletcher's phosphate enema fi swali ta' San Vincenz de Paule Residence? Jista' jara li fejn hemm dan in-nuqqas tittieħed azzjoni biex dawn jiġu provduti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pompi msemmija mill-Onor. Interpellant ilhom out of stock mill-Ispiżerija tal-Gvern minn Novembru 2007 minħabba diffikultajiet tal-kumpanija li timanifatturhom. Id-Dipartiment baqa' jixtri mis-suq lokali sakemm l-istokk spiċċa.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-tarmak li sar fi Triq Raħal Ġdid, Hal Tarxien u fi Triq il-Palma, Raħal Ġdid hux ta' livell aċċettat? U jekk le, x'ser isir? Il-kuntrattur ġie avviċinat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-asphalt li sar fi Triq Raħal Ġdid u Triq Tarxien mhux ta’ livell aċċettabli u ser jinqala mill-ġdid u jsir mill-ġdid għas-spejjes tal-kuntrattur.
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fi Triq Palma ngħata l-ewwel saff (layer) biss ta’ tarmac. L-aħħar layer għad jingħata fil-ġranet li ġejjin.
Fiż-żewġ proġetti, l-kuntratturi ġew magħrufa b’dawn id-deċiżjonijiet.
Skond l-aħħar budget tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' benefiċċju ser jieħdu l-ex ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi? Min se jibbenefika minn din ir-riforma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-pensjonanti, ex-impjegati tas-servizzi Ingliżi, dawn ser jibbenefikaw mill-miżuri mħabbra fil-Budget li jistgħu jibbenefikaw minnhom pensjonanti oħra mingħajr distinzjoni fejn kienu mpjegati.
Fost dawn il-miżuri hemm li issa dawn se jirċievu ż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja, jistgħu jaħdmu mingħajr ma tintmess il-pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali irrispettivament minn kemm jaqilgħu, u li €466 (Lm200) mill-pensjoni tas-servizz jiġu njorati fil-kalkolu tal-pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali.
Jista' l-Minisru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29506 u jgħid kemm iggradwaw tobba fl-aħħar 5 snin sena b'sena? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? Kemm minnhom marru jaħdmu barra minn Malta? Minn dawk li baqgħu Malta kemm minnhom jaħdmu full time jew part time mal-Gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' tobba li ggradwaw fl-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
Sena
Rġiel
Nisa
Total
2003
23
11
34
2004
28
37
65
2005
27
34
61
2006
23
21
44
2007
26
26
52
127
129
256
Minn total ta' 256 baqa' 223 li kollha qegħdin f' impjieg full-time mal-Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29504 u jgħid kemm għandu boards l-Gvern? Liema huma? Kemm jimpjegaw nies dawn il-boards? Kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull board? Jekk l-impjegati/membri ta' dawn il-boards humiex kunsidrati bħala mpjegati tac-Civil?
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29503 u jgħid kemm hawn awtoritajiet? Liema huma u meta twaqqfu? Kemm qed iħaddmu total ta' nies u kemm huwa l-qliegħ, deficit ta' kull awtorita'? Jekk l-impjegati ta' dawn l-awtoritajiet humiex kunsidrati bħala impjegati tac-Ċivil?
Tista' l-Ministru tara li jsir lift fi flat, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għax fih toqgħod persuna b'saqajha maqtugħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ipprocessat applikazzjoni għal stallar ta' lift fil-blokk indikata mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li minn dan il-proċess, li kien jinkludi spezzjonijiet fuq il-post mill-perit u l-inġinier ta' l-Awtorita', irriżulta li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift ukoll.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa fuq talba tar-residenti dwar ir-rotta l-ġdida - tal-karozza tal-linja Nru 8 - li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li din ir-rotta saret bi ftehim bejn l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta, l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u l-Kunsill Lokali fuq talba u petiżżjoni ta’ aktar minn mija u ħamsin resident tal-lokalita. Qed inpoġġi fuq il-mejda kopja ta’ din it-talba u l-petizzjoni.
Bl-arranġament li sar issa qed jiġu moqdija dawk ir-residenti li qabel ma kellhomx aċċess dirett għat-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq Triq Jospeh Gravino, Hal Għaxaq li skond ittra datata 10/1/07 mibgħuta mill-Ministru, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, dan ix-xogħol kellu jibda u s'issa għadu ma sar xejn?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-Triq Joseph Gravina ser jinbeda fil-gimgħat li ġejjin kif ġa nforma l-Ministeru konċernat
Jista' l-Ministru jgħid min hija u minn min hija komposta l-awtorita' li tat l-clearance li l-Isptar Mater Dei huwa up to standard u safe u li kollox huwa skond ir-regolamenti kif isir fil-każ ta' l-isptarijiet privati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħala sptar pubbliku, l-isptar Mater Dei mhuwiex suġġett għal ħruġ ta' liċenzja.
Jista' l-Ministru jara li jitneħħa l-wire perikoluż li minnu ħareġ in-nar u liema wire jinstab ħdejn dar ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret jirriżulta li hemm bżonn jinbidlu il-linji b'oħrajn ġodda. Ix-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma xogħolijiet oħra simili fil-futur qarib.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna b'diżabilita' rreġistrata mal-KNPD NR 10334 ma tieħu l-ebda għajnuna mill-Gvern?
Tista' tgħid jekk għajnuna taħt sigurta' soċjali hiex marbuta mad-dħul tal-kap tal-familja u tingħatax indipendentement mid-dħul tal-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant għandu jagħti parir lill-persuna konċernata jew persuna awtorizzata minnha biex tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tal-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq numru tat-telephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajuna meħtieġa.
Ninsab infurmata li fil-każ ta' pensjoni għal persuna b'diżabilita', mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, jiġu kalkulati biss l-assi u d-dħul tal-persuna b'diżabilita. L-assi u d-dħul tal-ġenituri jew ta' l-aħwa li jgħixu flimkien mal-persuna b'diżabilita' ma jiġux ikkalkulati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sajjieda full time li ilhom snin jaqilgħu l-għixien tagħhom billi jistadu bl-apparat tal-arja u l-harpoon ġew mwaqqfin milli jagħmlu dan ix-xogħol li huwa l-mezz ewlieni tal-għixien tagħhom? X'kienu r-raġunijiet li ġegħlu l-MEPA joħroġ avviż S2 425.01? Ma jistgħux almenu joħorġu liċenzji għal dawn is-sajjieda biex ikunu jistgħu ikomplu bix-xogħol tagħhom kif għandhom sajjieda oħra li jkollhom liċenzji apposta għat-tip ta ħut partikolari li jistadu għalih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li r-regolament imsemmi (425.01) jirregola l-attivitá tas-sajd u jaqa' taħt l-Att dwar il-Konservazzjoni u l-Management tas-Sajd. Dan ir-regolament ġie ppublikat għall-ewwel darba fl-1934 u emendat kemm-il darba. Ir-Regolament ta' l-UE 1967/06, li huwa amministrat mill-Veterinary Affairs and Fisheries Division, jipprojbixxi l-użu ta' spear guns flimkien ma' apparat tan-nifs jew aqualungs, kif ukoll jipprojbixxi l-użu ta' l-ispear guns bil-lejl minn inżul ix-xemx sas-sebħ. Din il-projbizzjoni ta’ sajd bil-harpoon u l-arja ġiet inkluża fir-Regolament ta’ UE 1967/06 ippubblikat f’Novembru 2006 għaliex dan it-tip ta’ sajd kien sforz kbir fuq is-sikek kollha madwar il-kosta fil-Mediterran kollu. Din il-projbizzjoni hija att ta’ konservazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-yellow lineli hemm quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitneħħa biex b'hekk tintlaqa' t-talba li ilha ssir għal dawn l-aħħar sena u nofs? Minkejja li kellmu lill-kunsill lokali, lill-ADT, lill-Ombudsman u lill-Kummissarju tal-Pulizija għadu ma sar xejn.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li ġej:
· Hemm każ H0209 li qed jiġi nvestigat mill-Ombudsman rigward dawn il-linji sofor li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
· It-taqsima għaddiet l-informażżjoni kif mitluba mill-Ombudsman bid-data 22 ta’ Novembru 2007, fejn tinfurmah li tali linji sofor ma kienux approvati mit-taqsima.
·
Acknowlegement
mibgħuta mill-uffiċju ta’ l-Ombudsman bid-data 26 ta’ Novembru 2007.
·
Sal-lum
it-taqsima ghadha qed tistenna lill-uffiċju ta’ l-Ombudsman jikkonkludi dan il-kaz.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li spiċċat mix-xogħol bl-early retirement, tistax tibqa' taħdem u tibbenefika mill-miżura li tħabbret fil-budget, cioe' li pensjonanti jistgħu jibqgħu jaħdmu, jaqilgħu kemm iridu u jirċievu l-pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-miżura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li persuna issa tista' taħdem u taqla' kemm trid mingħajr ma titlef xejn mill-pensjoni, tapplika għall-pensjoni kontributorja ta' l-irtirar imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali.
Pensjonijiet imħallsa taħt skemi ta’
early retirement
ma jaqgħux taħt l-imsemmi Att.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 29240 u jara li jitneħħew wires tad-dawl li huma perikolużi f'125, Dockyard Street, Raħal Ġdid u dawn xorta jridu jitneħħew għax irid isir xi żvilupp?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret ma jirriżultax li hemm ebda perikolu. Jekk ser jsir xi żvillup fl-inħawi hemm bżonn li l-iżviluppatur jimla applikazzjoni (formula D) biex jkun jista isir ix-xogħol meħtieg