Legislature:
Category:
Reset
Active:

Somma — każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward somma li għandha tieħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u wkoll sar kuntatt mal-persuna ikkonċernata.
Leg 12 PQ #25632 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ta’ Xbiex – Triq l-Imradd – servizzi tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li jsiru s-servizzi tad-drenaġġ fi Triq l-Imradd f’Ta’ Xbiex, peress li t-triq ma tistax tingħata t-tarmak qabel jsiru s-servizzi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi x-xogħol huwa mistenni li jibda dalwaqt.

Rapport bil-kawża ta’ mewt – każ ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25571 u jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward rapport ta’ file bil-kawża tal-mewt tar-raġel tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna msemmija la qatt kien residenti ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule u anqas f’waħda mid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew f’waħda mid-djar tal-anzjani li magħhom għandna sħubija mal-privat.Għaldaqstant, il-Ministeru tiegħi ma jistax jipprovdi rapport dwar il-kawża tal-mewt tas-sinjura.
Leg 12 PQ #25689 Sitting 395 2016-05-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paramedic Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal persuni li għandhom il-kwalifiki bħala Paramedic Aid? Meta għandu l-ħsieb l-Ministeru, li jinfetħu l-applikazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern bi hsiebu jimpjega Paramedic Aides skond il-htiega tas-servizz.

Taħlib u kisi ta’ apramorta – każ ta’ anzjan

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward taħlib u kisi ta’ apramorta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingħata l-attenzjoni meħtieġa u l-individwu ġie nfurmat bl-eżitu.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ dwar Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja tas-Sinjura msemmija huwa maħdum tajjeb.

Rapport bil-kawża ta’ mewt – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward rapport ta’ file bil-kawża tal-mewt tar-raġel tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – Struttura Perikoluża – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward struttura perikoluża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li sar rapport mingħand il-persuna indikata. Madanakollu, ittieħdet nota tal-każ u għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi sabiex jiġi vverifikat l-ilment.
Leg 12 PQ #25422 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ilment fuq kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi nvestigat.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25097.
Leg 12 PQ #25307 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Turiżmu Sportiv

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif ta’ kemm jiġu turisti speċifikament għal sports hawn Malta u jekk humiex maqsumin f’dixxiplini differenti? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn turiżmu sportiv? Jista’ jgħid kemm il-pajjiż qed jinvesti flus f’turiżmu sportiv?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-niċċa ta’ turiżmu attiv saret parti ntegrali mill-prodott turistiku tagħna. Għalkemm ma hawnx statistika uffiċjali, minn stħarriġ u nformazjoni minn diversi entitajiet, huwa stmat li fil-2015 żaruna minn ta’ l-inqas 190,000 turist li waqt iż-żjara tagħhom fil-gzejjer tagħna ippartiċipaw f’xi forma ta’ attivita’ sportiva, jew kważi 11% minn numru totali tat-turisti li żaruna s-sena l-oħra. Bla dubju, l-aktar attivita’ popolari hija dik ta’ l-għads (diving), li huwa stmat li tattira madwar 113,000 turist. Attivitajiet oħra huma varji, imma l-aktar popolari huma it-Trekking, madwar 20,000, Abseiling, madwar 15,000, u Golf, kwazi 7,000. Huwa stmat li dan it-tip ta’ turist jagħmel disa’ ljieli f’pajjiżna, jonfoq madwar EUR 750 fil-pakkett li jinxtara qabel li jinkludi ajru u akkomodazzjoni, u madwar EUR400 waqt iż-żjara tiegħu, b’kollox madwar EUR 1150. Jekk inqisu dan l-ammont, allura huwa stmat li dan is-settur jiġġenera nfiq turistiku ta’ EUR218 miljun. Kif spjegajt, statistika speċifika mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika mhix disponibbli imma wieħed jista’ jasal għal dawn l-istimini minn studji u nformazjoni oħra li tinġabar mill-MTA mill-istħarriġ tagħha. Bħala investiment, l-MTA tagħti ħafna mportanza lil dan il-qasam u taspira li Malta tista’ żżid aktar varjeta’ fil-prodott sportiv. F’Malta u Għawdex isiru kompetizzjonijiet ta’ atletika bħal maratoni u triathlons kif ukoll varjeta’ ta’ kompetizzjonijiet bir-roti, li llum huma parti regolari mill-kalendarju ta’ attivitajiet. Kellna fil-bidu ta’ din is-sena, għall-ewwel darba, sensiela organizzata ta’ football training camps fejn rajna numru ta’ teams internazzjonali jiġu Malta biex jagħmlu t- training tagħhom u anke saru diversi partiti bejniethom, u kif ukoll ma timijiet Maltin. Fil-fatt intlagħbu 16-il partita friendly li ntwerew live fuq il-midja nternazjonali u streaming . Permezz ta’ dawn iż-żjarat Malta ħadet ħafna promozzjoni ta’ valur ta’ mijiet ta’ eluf ta’ euro, u ħallew kontribuzzjoni sostanzjali fl-ekonomija tagħna – f’servizzi ta’ lukandi, transport, laundry , restoranti, kiri ta’ kampijiet tal-futbol, etc. Huwa stmat li fl-ewwel 3 xhur tas-sena din l-inizzjattiva ġġenerat qrib 10,000 bednight fil-lukandi taghna. Fil-fatt is-settur tat-Turiżmu Sportiv huwa ta’ importanza partikolari għaliex fejn hu possibli qegħdin nagħmlu ċerta attivitajiet fi żminijiet tas-sena li huma inqas popolari mat-turist regolari, u għalhekk inkomplu nżidu l-attivita’ turistika f’pajjiżna f’xhur li għadhom jifilħu aktar xogħol, partikolarment dawk tax-Xitwa, sabiex kemm jista’ jkun nevitaw aktar pressjoni fuq xhur li diġa’ huma servuti mid-domanda regolari u pjuttost laħqu l-limitu tagħhom. L-MTA talloka madwar nofs mlijun ewro speċifikament għall-promozzjoni tat-turiżmu sportiv lejn pajji¿na, imma fil-verita’ isir aktar investiment meta wieħed jikkonsidra l-valur minn cross-marketing minn attivitajiet oħra bħal ma, per eżempju, jekk nirriklamaw il-gzira ta’ Għawdex, fl-istess riklam taf ikollok ukoll messaġġ fuq il-possibilita’ ta’ l-għads, jew xi attivita’ oħra bħal trekking . L-istess meta nattendu fieri tat-turi¿mu, issir promozzjoni tas-setturi kolla inkluż dak tat-turiżmu sportiv jew attiv. Dawn l-attivitajiet għandhom valur addizzjonali u allura parti mill-investiment indirett f’dan is-settur. Apparti dan kollu l-MTA tospita wkoll numru ta’ press trips ta’ ġurnalisti, bloggers u krews tat-televiżjoni li jiġu Malta u Għawdex sabiex jirraportaw dwar dak kollu li joffru l-gzejjer f’dan il-qasam. Dan huwa mezz effettiv ħafna kif inwasslu l-messaġġ tagħna.
Leg 12 PQ #25254 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-irkoppa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni fuq l-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Faċċata ta’ post – ħsarat – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħsarat fil-faċċata tal-post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar – tranġar ta’ post – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-Awtorità tad-Djar rigward tranġar ta’ post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, filwaq l-Awtorità tad-Djar ma tidħolx fil-kwistjoni tal-każ ikkonċernat, l-Awtorita’ għamlet kuntatt mal-inkwilin minn fejn jirriżulta li ġejjin il-ħsarat, biex tkun tista’ tittieħed azzjoni minnufih. Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata b’dan.

Vat refund fuq stairlift – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-KNPD tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward VAT refund fuq stairlift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar – irranġar ta’ post – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat dan il-każ mal-Awtorità tad-Djar, tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament rigward applikazzjoni sabiex tirranġa d-dar tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament, ġie konkluż. L-individwu ġiet ukoll infurmata bl-eżitu fejn ingħatat spjega tal-pagament li kien dovut lilha.

Tnaqqis fil-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jinsabu fuq pensjoni non-kontributorja minn Malta u li l-pensjoni qed titnaqsilhom għax kienu ħadmu barra minn Malta? Jista’ jgħid kemm qed idaħħal minn dan it-tnaqqis?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, 149 persuna qegħdin jieħdu pensjoni minn barra minn Malta u li b’xi dħul ieħor li jista’ għandhom magħdud mal-pensjoni barranija ma jaqbiżx l-ammont tal-Pensjoni Mhux Kontributorja, u li għalhekk qed jirċievu din l-istess Pensjoni Mhux Kontributorja mnaqqsa. Minħabba li kif għidt minbarra d-dħul minn pensjoni ta’ barra, hemm dħul ieħor li jiġi mnaqqas mir-rata tal-Pensjoni tal-Età Mhux Kontributorja, mhux possibbli tikkwantifika l-ammont li kien jitħallas kieku ma kellhomx pensjoni. Dan għaliex sabiex tinġabar din l-informazzjoni jridu jinqalgħu l-każijiet u jiġu ċċekkjati wieħed wieħed. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-pensjonijiet minn barra mhux dejjem huma relatati ma’ xogħol li l-persuna tkun ħadmet barra minn Malta, eżempju pensjonijiet tar-romol.

Benefiċċju tal-wens – persuni single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu single u kienu jieħdu l-Benefiċċju tal-Wens u wara li mietu l-familjari u talbu biex jieħdu pensjoni jew għajnuna soċjali u minħabba li qabżu l-kwota, din ġiet irtirata? Jista’ jagħti din l-informazzjoni mill-2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-means test għall-Pensjoni tal-Wens hija l-istess bħal tal-Għajnuna Soċjali u l-Pensjoni mhux kontributorja tal-Età. Għal din ir-raġuni, meta jiġi nieqes il-pazjent, il-benefiċjarju xorta jibqa’ jibbenefika mill-benefiċċji msemmija, sakemm ma jiġix fil-pussess ta’ assi minn wirt li jeċċedu l-iskala kif stabbilita fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, ma tinżamm l-ebda statistika dwar it-talbiet li jiġu rrifjutati għar-raġuni msemmija minnu. Tajjeb jingħad li ħafna minn dawn il-benefiċjarji jirritornaw fid-dinja tax-xogħol wara l-mewt tal-pazjent.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar għotja ta’ kuntratt min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.