Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fejn beda s-servizz ta’ tqassim ta’ mediċini fid-Djar tal-Anzjani u kemm qed igawdu minnha anzjani? Jista’ jgħid jekk bediex isseħħ u jekk il-ħaddiema li qed jagħtu jew se jagħtu dan is-servizz, humiex ħaddiema tal-Gvern jew tal-kuntrattur? Jekk huma tal-kuntrattur, min huwa l-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelant li din l-Iskema ġiet imnedija bħala Proġett Pilota f’ Novembru 2015 fil-lokalitajiet tar-Raħal Ġdid u r-Rabat; u minnufih bdew jintlaqgħu l-Applikazzjonijiet mingħand il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet. Fil-31 ta’ Mejju 2016, dan il-Proġett daħal fit-tieni fażi tiegħu fejn il-pazjenti ġew infurmati mill-POYC Unit biex jagħmlu kuntatt mal-ispiżjar/a tal-POYC tagħhom sabiex jingħataw informazzjoni ta’ kif għandhom iħejju r-riċetti għall-mediċini u d-dokumenti li jintitolawhom għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, biex imbagħad il-mediċina tkun tista titwasslilhom id-dar.
Dan is-servizz ser jingħata mill-ispizjara privati fil-komunita’ li qed jipparteċipaw fl-Iskema tal-POYC b’għajnuna skond il-ħtieġa mill-POYC Unit.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kulma qed tirċievi hu €588 fix-xahar fejn qed jaraw li l-pensjoni hija baxxa u qegħdin jaħsbu li hemm xi żball?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ħa azzjoni minnufih fuq il-każ ikkonċernat u l-individwu ġie nfurmat bl-eżitu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ work permit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li applikazzjonijiet għal residenza/xogħol (Single Permit) jintlaqgħu minn Identity Malta. Infurmat li sa issa, il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja tax-xogħol li tirrigwarda lill-persuna msemmija.
Triq Għajn Dwieli – street linings – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ street linings?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont d-dokumenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha Transport Malta, ir-road markings li saru, ġew implimentati eżattament kif kienu qabel ma saru x-xogħlijiet fuq il-wiċċ tat-triq.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25896 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu azzjoni immedjata dwar il-Pink Form fejn dawk il-persuni li kienu dijabetiċi qabel is-sena 2012 kellhom dritt li jibqgħu jieħdu l-Kartuna r-Roża? Peress li ħafna telfulhom dan id-dritt u tilfu wkoll numru ta’ benefiċċji, jista’ jara li kull min kellu l-Kartuna r-Roża għaliex huwa dijabetiku jiġi kkuntattjat u terġa’ tinħareġ din il-Kartuna r-Roża? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni dwar mijiet ta’ nies li qalbulhom il-pilloli minn fuq il-Kartuna r-Roża għal fuq is-Safra meta dawn ma kellhomx id-dritt li jagħmlu hekk?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta’ Avviz Legali fl-2012 id-Diabetes Mellitus Type 1 u Type 2, flimkien mat-Tuberkolosi, l-Polio u l-Lebbra tneħħew minn fuq l-Iskeda II (Il-Kartuna r-Rosa) u żdiedu mal-Lista tal-Kundizzjonjiet Kroniċi li jaqgħu taħt l-Iskema V (Il-Kartuna s-Safra).
Fl-2012 il-pazjenti li kienu jbatu mill-kundizzjoni tad-diabete ngħataw l-għażla jekk jaqilbux għall-Kartuna s-Safra jew jibqgħux fuq il-Kartuna r-Roza.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ parkeġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn rekords ta’ Transport Malta, jrriżulta li ma hemm l-ebda talba jew korrispondenza rigward każ ta’ parkeġġ fuq dan l-isem u indirizz.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni immedjata dwar il-Pink Form fejn dawk il-persuni li kienu dijabetiċi qabel is-sena 2012 kellhom dritt li jibqgħu jieħdu l-Kartuna r-Roża? Peress li ħafna telfulhom dan id-dritt u tilfu wkoll numru ta’ benefiċċji, jista’ jara li kull min kellu l-Kartuna r-Roża għaliex huwa dijabetiku jiġi kkuntattjat u terġa’ tinħareġ din il-Kartuna r-Roża? Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni dwar mijiet ta’ nies li qalbulhom il-pilloli minn fuq il-Kartuna r-Roża għal fuq is-Safra meta dawn ma kellhomx id-dritt li jagħmlu hekk?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom pulizija għassa mad-dar tagħhom? Jekk hemm min għandu dan is-servizz, jista’ jgħid kemm qiegħed jiġi jiswa lill-gvern?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm tnax (12) il-point fejn issir għassa statika mill-Pulizija ma persuni diversi. Uħud minn dawn huma fuq bażi ta’ 24x7 waqt li oħrajn huma matul il-lejl u siegħat bikrin. L-ammont globali jiswa lill-Gvern madwar Euros 12,580 fil-gimgħa. Peress li informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta’ natura ta’ sigurta’ u għalhekk sensittiva, dettalji ta’ dawn il-persuni ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25711 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problemi ta' bolol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u ngħatat spjega lill-individwu fuq il-problema li kellu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li tgħix waħedha u għamlet talba għall-home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ tal-persuna msemmija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġie evalwat u l-individwa ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha tifel b'diżabilità u tixtieq li jkollha s-servizz ta' home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka\ tal-persuna msemmija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament min-naħa tal-KNPD rigward VAT refund fuq stairlift?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.