Jista’ l-Ministru jara l-każ fuq post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li sar il-lift, il-kuntrattur ħalla xi xogħol nieqes u qed joħorġu ħafna ġrieden?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lift fil-blokka msemmija minnu, kien ġie stallat mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2002; jiġifieri dan il-lift ingħata lill-Assoċjazzjoni tar-Residenti 14–il sena ilu. Skont il-ftehim u l-kundizzjonijiet tal-iskema, l-Assoċjazzjoni tar-Residenti kienet u għadha responsabbli biex tagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fil-lift kif ukoll fil-partijiet komuni tal-blokka.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ housing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija m’għandux applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti mal-Awtorità tad-Djar. Għaldaqshekk, huwa mħeġġeġ jirrikorri fis-sezzjoni tal-Customer Care sabiex ikun jista’ japplika mil-ġdid jekk huwa konformi mal-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26353 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ ċittadinanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. Għaldaqstant l-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward LSA għal tifla?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tifla diġà dehret quddiem il-Bord tal-iStatementing Moderating Panel u bħalissa qegħda tibbenefika minn shared LSA.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward periklu fis-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ jirrigwarda talba biex Triq il-Kbira Gudja ssir one way. Ninsab infurmat li Transport Malta kienet approvat talba mill-Kunsill għal one way f’din it-triq għal perjodu ta’ prova ta’ xahar, madanakollu r-resident għamlu talba biex din it-triq terġa’ ssir two way. Sussegwentement l-Awtorita’ kellha diversi laqgħat mal-kunsill sabiex tinstab rotta alternattiva għas-servizz tat-trasport pubbliku madanakollu ġie deċiż li jibqa’ kollox kif inhu minħabba li ma nsabet l-ebda rotta alternattiva aħjar. Sabiex ittejjeb il-livell ta’ sigurta’ f’din it-triq l-Awtorita’ approvat limitu ta’ veloċita’ ta’ 30km/hr u nstallat roundels fit-triq.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fejn waslet l-applikazzjoni għall-istallazzjoni ta' lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-permess tal-ippjanar ta' din l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħtaw separatament, ġiet approvata u qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa lill-każ ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ma’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-informazzjoni li ngħatat mill-applikant ma kinitx korretta meta ġiet ivverifikata mill-Awtorita’, il-Bord m’approvax din it-talba.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25927, jista' l-Ministru jgħid min ser iwassal dawn il-mediċini fid-djar, jekk hux ħaddiema tal-Gvern jew tal-kuntrattur? Jekk tal-kuntrattur, jista' jgħid min huwa l-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-ahhar parti tat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25927 fejn kien infurmat illi l-medicini ser jitwasslu fid-djar mill-impjegati tal-Ispizeriji.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn għandha bżonn file mediku tar-raġel li huwa mejjet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25650.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li meta marret fil-Mobile Dental Unit tal-health għamlulha dental appointment però għadha ma ġietx ikkuntattjata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha kundizzjoni li ma tistax tkompli tgħix id-dar minħabba t-taraġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn verifika li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar, il-persuna li ddettalji tagħha qed jintbgħatu separatament ma għandiex applikazzjoni pendenti sabiex tingħata xi forma ta’għajnuna minn naħa tal-Awtorita’ tad-Djar, kif imsemmi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li marida bil-kanċer u tgħix waħedha u qed titlob li jkollha assistenza billi tidħol f’home?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa