Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħlijiet – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26543, jista’ l-Ministru jgħid min hija l-persuna li tieħu ħsieb dan il-komun u jista’ jgħid min fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż għall-manutenzjoni li hemm bżonn fix-shaft fejn minn dan ix-shaft qed joħorġu anke ġrieden u li hu ta’ perikolu għall-inkwilini?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, a) Spejjeż gћal manutenzjoni tal-lift huma parti mil-obbligi ta’ min hu parteċipu fl-iskema voluntarja tal-lift u b’hekk qed jagћmel/tagћmel użu mil-lift. b) Il-manutenzjoni fil-partijiet komuni tal-blokka formanti parti mil-obligi ta’ kull min jgћix fil-blokka u b’hekk dawn l-ispejjeż jinqasmu bejn ir-residenti kollha. Dawn jaqaw fir-responsabilita’ tal-amministratur tal-blokka maћtur mil-Assoċjazzjoni tar-Residenti. c) Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiggwida lir-residenti msemmija sabiex jagħmlu kuntatt mal-Awotira’ tad-Djar biex ikunu ggwidati aħjar.

Ħsarat fix-Xibka – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li daħallu l-ilma tax-xita fil-proprjetà tiegħu minħabba ħsara fix-xibka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

LSA — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' LSA?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li dwar dan il-każ ser jingħata appuntament għall-appell matul dan ix-xahar.
Leg 12 PQ #26710 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Stennija ta’ appuntament – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn qiegħed jistenna appuntament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaz qed jigi segwit.
Leg 12 PQ #26731 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ dħul ta’ ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema ta’ dħul ta’ ilma ġewwa d-dar tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-problema li għandha mhijiex kompetenza tal-Korporazzjoni.
Leg 12 PQ #26732 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li ħaddiema jaraw il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema li għandu mal-MEPA?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jipprovdi aktar dettalji.

Tiġdid tal-card tad-diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq tiġdid tal-card tad-diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li social worker tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #26755 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Problema ta’ income tax – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ Income Tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li uffiċjali mit-taqsima tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Leg 12 PQ #26664 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Kartuna r-roża u s-safra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qalbulhom il-pilloli mill-kartuna r-roża għall-kartuna s-safra meta kellhom il-kartuna r-roża permess tal-SLH 145 għax kienu diabetiċi sas-sena 2012, mis-sena 2012 sal lum? Jista’ jgħid jekk meta nqalbu l-pilloli mill-kartuna r-roża SLH 145 għall-kartuna s-safra din inqalbitx bil-kunsens tal-pazjent? Jekk iva, intużat karta ta’ kunsens? X’rimedju ser jieħu l-gvern għal dawk il-persuni li qed jilmentaw li nqalbet il-mediċina li kienu jieħdu fuq il-kartuna r-roża għas-safra mingħajr il-kunsenes tal-pazjent? Jekk il-pilloli li kienu jieħdu mill-kartuna r-roża ma nqalbietx bil-kunsens tal-pazjent, jista’ jerġa’ jieħu din il-kartuna r-roża għax kien diabetiku sas-sena 2012?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu tal-2012 permezz tad-DPA Memo 01/2012, l-gvern precidenti kien hareg regoli godda dwar entitlement tal-pazjenti li jbatu mid-dijabete. Skond dawn ir-regoli mfassla mill-gvern precidenti, kull pazjent bi djanjosi gdida tad-dijabete wara s-27 ta’ Marzu 2012 kien intitolat biss ghall-kartuna s-safra, pazjenti bi djanjosi tad-dijabete qabel 27.03.2012 setghu jew izommu l-kartuna r-roza jew jaqilbu fuq il-kartuna s-safra. Pero dawn l-istess regoli tal-2012 kienu jghidu illi pazjenti li jaghzlu li jibqaw fuq il-kartuna r-roza ma jkollomx dritt jiehdu medicini godda tad-dijabete, insulina, kif ukoll glucose meter u sticks . Id-Dipartiment tas-Sahha flimkien mad-dipartiment tas-Sigurta Socjali qeghdin jirrevedu dawn ir-regolamenti biex dawk il-pazjenti li tilfu xi beneficcji minhabba l-Memo mahruga fi zmien gvern nazzjonalista jerga jkollhom access ghal dawn il-beneficcji.
Leg 12 PQ #26611 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward check up fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaz qed jigi segwit.

Liċenzja ta' Security depot — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward liċezja ta' security depot? .

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-individwu li ddetalji tiegħu ingħataw separatament kellu tlett liċenzji, li skadew f’Mejju 2016. Dawn kienu ta’ gwardjan privat, ta’ gwardjan privat għal xoghol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan. L-istess individwu diġa produċa ċertifikat ta’ refresher course rigward liċenzja ta’ gwardjan privat peró għadu ma produċiex iċ-ċertifikati għaż-żewġ katergoriji l-oħra. Malli jipproduċi iċ-ċertifikati ta’ refresher course ta’ gwardjan privat għal xogħol f’postijiet ta’ divertiment u oħra ta’ gwardjan speċjalizzat tas-sewqan ukoll, il-liċenzja li tkopri il-kategoriji inidkati tkun tista toħroġ, wara li jsir il-proċess kollu, kif diġa spjegat lilu.

Wied il-Għajn — Il-Magħluq - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema jnaddfu il-Magħluq f'Wied il-Għajn peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab informat li madwar il-Magħluq tal-Baħar ta’ Marsaskala jsir ‘litter picking’ mill-inqas darba fil-ġimgħa mid-Direttorat tat-Tindif fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura. Dan l-ilment twassal lis-Sezzjoni Marittima fi ħdan l-istess Dipartiment sabiex jitnaddaf l-iskart li nġema’ fil-bur salmastru fil-Magħluq.
Leg 12 PQ #26629 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kanna tal-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ ta’ kanna tal-ilma ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li nvestigat il-każ. Is-servizz tal-ilma mgħoddi f’din it-trejqa huwa esklussivament għall-propjetà msemmija. Main ġdid tal-ilma normalment jiġi nstallat biex iservi triq sħiħa.
Leg 12 PQ #26636 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – refund – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward refund mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-persuna msemmija m’għandha tieħu l-ebda refund mill-istess korporazzjoni.

Stallazzjoni ta' lift — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar installazzjoni ta' lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #26503 Sitting 413 2016-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.

Bdil ta’ post – każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25848, jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu rigward bdil ta’ post peress li għadu mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sallum, l-Awtorita’ tad-Djar għadha ma identifikatx tibdil adegwat għan-neċessitajiet tal-persuni li d-dettalji dwarhom qegħdin jingħataw separatament.

Loading/Unloading Bay – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sign tal-loading/unloading bay?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qatt ma rċeviet talba jew xi forma ta’ komunikazzjoni oħra fuq is-suġġett inkwistjoni.

Shipbuilding – somma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward somma li ma ħax wara li spiċċa mis-shipbuilding?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed jiġi nvestigat.