Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni ta’ post– każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur fejn tgħix il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ applikazzjoni ta’ post fejn din il-persuna ilha li applikat madwar 12-il sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għall-post tal-gvern – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir home visit lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna kkonċernata m’għandhiex applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar u għalhekk hija mħeġġa tirrikorri fi ħdan it-taqsima tal-Customer Care u jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet, tapplika għal akkomodazzjoni alternattiva.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jirċievi pensjoni baxxa għall-bolol li ħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra.

Pensjoni – każ ta’ anzjana

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tirċievi pensjoni baxxa għall-bolol li r-raġel ħallas?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra, dwar l-eżitu.
Leg 12 PQ #26881 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Schedule V — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kopja anzjana li applikat biex iġġedded is-Schedule V?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.

Reserved parking — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reserved parking ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-applikazzjoni għal reserved parking ma ġietx approvata mill-Bord f’Diċembru 2015 fuq il-bażi li ma kienx hemm persuna b’liċenzja tas-sewqan fir-residenza tal-applikant. Il-Bord reġa’ rreveda l-każ u fi Frar 2016 din it-talba reġgħet ma ġietx approvata.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għall-pensjoni u għadu mingħajr risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separamtanet ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, permezz ta’ ittra.

Applikazzjoni għal Home – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tinsab fl-Isptar Mater Dei u applikat għal Home peress li tinsab waħedha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #26975 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Dental – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dental peress li tinsab muġugħa u l-operazzjoni li trid tagħmel il-privat ma jagħmiliex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.

LSA – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta’ Learning Support Assistant?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ġenituri ngħataw appuntament għall-istatementing għall-bidu ta’ Novembru 2016.
Leg 12 PQ #26874 Sitting 424 2016-10-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Dental Clinic – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jistenna risposta mid-Dental Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.

Pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anomalija fil-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet infurmata bil-miktub fuq il-każ tagħha.

Problema fuq pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fuq pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Xogħlijiet fuq opramorta – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq opramorta ta’ bejt mill-ħaddiema tal-kuntrattur?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Trasferiment ta’ post – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward trasferiment ta’ post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorita' tad-Djar qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċesarju hekk kif mitlub mil-Liġi tal-Kera.

Ħlas għal residenza tal-anzjani – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas f’ residenza għall-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija mhix fl-iskema tas-sodod privati tad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita'.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħsara fil-binja min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ huwa solvut.

Ħaddiem – somma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward somma li għadu ma ħax?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnu ġiet ikkuntattjata permezz tat-telefon dwar il-każ li rriżulta li m'għandux x'jaqsam mad-dekasteru tiegħi.