Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa persuna b’diżabilità u li għandu problemi fis-saqaf tad-dar tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sar kuntatt mal-inkwilin u ġie nfurmat bil-proċess.
Jista’ l-Ministru jara jekk hemmx applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ lift ġewwa flat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn fl-aħħar sular ta’ dan il-flat hemm persuna b’diżabilità u ma jistax joħroġ minħabba d-diżabilità tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sa issa, l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta’ lift mill-blokka li għaliha qegħda ssir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.
Ċimiterju tal-Addolorata – irranġar ta’ turġien imkissra
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir xogħol ta’ kostruzzjoni fuq turġien imkissra li hemm fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata fejn ilhom isiru talbiet biex dawn jiġu rranġati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'Settembru ta' din is-sena ħarget sejħa għall-Djalogu Kompetittiv li se jwassal ghall-ħrug ta' tender għall-estensjoni taċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn se jkun hemm żieda ta’ 2,880 qabar gdid, jitjieb l-operat u s-servizzi, u jsir manutenzjoni u restawr estensiv tac-cimiterju eżistenti.
Santa Luċija – Triq il-Gardenja – ħsarat ta’ appliances minħabba qtugħ tal-provvista tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każijiet tal-persuni li joqogħdu fi Triq il-Gardenja f’Santa Luċija, peress li dawn sofrew ħsarat fl-appliances tad-dar wara li kellhom qtugħ tal-provvista tal-elettriku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-każi tal-klijenti indikati qed jiġu mistħarrġa mit-tekniċi tal-istess Kumpanija.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ħruġ ta’ permess ta’ xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità kkonċernata ġabret l-informazzjoni dwar dan il-każ speċifiku, fejn huwa magħruf li l-applikazzjoni qegħda tiġi pproċessata skont il-proċeduri stabbiliti.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li tilef sena pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata dwar l-eżitu permezz ta’ ittra mid-Dipartiment.
Jista’ l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi infurmata x’qed isir dwar il-każ tagħha wara li għaddew aktar minn ħames ġimgħat mindu ġiet ikkuntattjata mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul ta’ ilma minn post ieħor tal-Gvern?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa’ saret spezzjoni fil-post imsemmi minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar u l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq tender ta' kirja ta' ġnien li minkejja li ilu li applika xhur ħadd għadu ma ikkuntatjah?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba tal-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament qed tiġi ndirizzata u l-applikant ser jiġi nfurmat bl-eżitu tat-talba tiegħu f’dawn il-ġranet.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-pensjoni li qed tieħu hija baxxa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separamtanet ġiet infurmata bl-eżitu, mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, permezz ta’ ittra.
Applikazzjoni għal dħul f’home – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir social assessment tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikaw biex jidħlu f’home u minkejja li applikaw ħadd għadu ma kellimhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-proċess ta’ installazzjoni ta’ lift fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa, hekk kif bħalissa għaddej il-proċess ta’ aġġudikar fuq it-tender għal-lift fil-binja msemmija.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familjari tal-anzjana li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament li tinsab id-dar u applikat biex tidħol f’home minħabba bżonn urġenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw b’mod separat daħlet f’Residenza tal-Anzjani tal-Gvern.
Persuni bi bżonnijiet speċjali – eżamijiet – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward persuni bi bżonnijiet speċjali u problema ta’ eżamijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kandidat applika għall-eżamijiet tal-MATSEC SEC ta’ Mejju 2015, Settembru 2015, Mejju 2016 u Settembru 2016, u MATSEC livell Avvanzat/Intermedjarju ta’ Settembru 2016. Infurmat li d-Dipartiment tal-Eżamijiet irranġa sabiex f’dawn l-eżamijiet apparti li saru f’Mejju 2016, jingħatawlu arranġamenti skont ir-rakkomandazzjoni tal-‘Access Disability Support Unit’ tal-Università ta’ Malta.