B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26882, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li jidher li r-raġel tagħha għandu liċenzja valida tas-sewqan?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-każ kien ġie rivedut mill-Bord ta’ Transport Malta fit-26 ta’ Frar 2016 u d-deċiżjoni kienet li l-applikanta ma tikkwalifikax għal tali parkeġġ riservat. Bi dritt l-applikanta appellat minn din id-deċiżjoni mar-Review Panel għall-Parkeġġ Riservat, u d-deċiżjoni tar-Review Panel, bid-data 5 t’Awwissu 2016, ikkonfermat d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward Boffa Residential Home u xi attivitajiet li jistgħu jsiru fiha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema bid-drenaġġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u għaldaqstant il-Korporazzjoni ser tagħmel spezzjoni u evalwazzjoni dettaljata tal-medda tad-drenaġġ li għaddejja mit-triq in kwistjoni. F’każ li jirriżulta li jkun hemm xi difetti fil-medda, tittieħed azzjoni riparatorja mill-aktar fis.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli “Bromocriptine 2.5mg” humiex out of stock u jekk le, jista’ jgħid min huwa ntitolat għalihom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bromocriptine 2.5mg mhumiex out of stock. Din il-mediċina tingħata lill-pazjenti li jsofru minn diversi kundizzjonijiet fosthom Parkinson's Disease, Hypopituitarism , Malignant Diseases, Psychosis u Schizophrenia.
Jista’ l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toilets tal-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ma jaħdmux u l-bibien ma jissakrux?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-toilets fl-iskola indikata mill-Onorevoli Interpellant kollha qed jiffunzjonaw u għandhom il-bibien jissakkru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Lewż, il-Gudja hux se tingħata t-tarmak peress li hemm biċċa li għadha ma ngħatatx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-mara ilha miżżewġa għall-14-il sena, it-tfal għandhom passaport Malti imma hi qatt ma kellha risposta fuq il-każ tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onor. Interpellanti illi d-Dipatiment tac-Cittadinanza m'ghandu l-ebda applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fuq l-isem tal-persuna li d-dettalji taghha qed jinghataw separatment mil-mistoqija parlamentari. Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jaghmel il-verifiki tieghu ghaliex waqt li fil-mistoqsija parlamentari l-Onor Parnis jagħmel referenza għal mara miżżewġa, d-dettalji mogħtija separatment jidher prima facie li huma ta' xi hadd iehor.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni għal stallazzjoni ta’ lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk hemm applikazzjoni jista’ jgħid fiex waslet u meta se jinbeda x-xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta' lif fil-blokka li għalih qed issir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.