Legislature:
Category:
Reset
Active:

tneħħija ta' wires ta' dawl minn ma' gallarija

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew wires tad-dawl ma' gallarija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul is-snin, il-linji tad-distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dawk tat-telefonija u l-internet, t’għaddew minn mal-faċċata tal-bini. Meta s-sid tal-propjetà' jew l-żviluppatur jipprovdi culvert, l-Enemalta tgħaddi s-servizzi tagħha minn ġol-bankina minflok mal-faċċata. Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'każijiet bħal dawn, jista' jsir kuntatt mal-Enemalta mill-ewwel biex il-każ ikun segwit min-naħa tal-kumpanija kkonċernata.

Struttura perikoluża – każ ta’ familja

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq struttura perikoluża?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat li t-tiswijiet meħtieġa diġà tlestew kollha. Madankollu sar kuntatt mal-inkwilini u ġie miftiehem li għandha ssir spezzjoni minn uffiċċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar biex jaraw ix-xogħol li sar.

Irranġar ta' Post — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn hemm rapport ta' kundana ta' post fejn dawn qed jitolbu biex il-post jiġi rranġat?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi ma jappartjenix lill-Gvern jew lill-Awtorità tad-Djar. Għaldaqstant l-Awtorità tad-Djar mhux responsabbli biex tirranġah. Madankollu, l-Awtorità toffri għajnuna finanzjarja permezz ta' diversi skemi għall-irranġar ta' postijiet diment li l-applikant ikun eliġibbli skont il-kundizzjonijiet tal-istess skemi.

Xogħol fuq binja — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol fuq it-turetta tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li kif tagħmel ix-xita, qed jidħol l-ilma?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar ma jirriżultax li l-inkwilin kien irrapporta l-ħsara msemmija. Minħabba li meta sar kuntatt fuq id-dettalji provduti ma’ din l-Interpellanza, li irriżultaw li ma jappartjenux għall-inkwilin, l-Awtorità tad-Djar ħalliet notifika fuq il-post sabiex l-inkwilin jagħmel kuntatt mal-Awtorità biex isir appuntament għal spezzjoni.

Gallarija perikoluża – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni fuq gallarija perikoluża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li ilhom isiru rapporti u għadu ħadd ma żar dan il-każ?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi minn informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, ma jirriżultax li hemm rapporti pendenti dwar l-imsemmija gallarija perikoluża. Madanakollu ittieħdet nota ta’ dan ir-rapport u ser issir spezzjoni biex tiġi vverifikata l-ħsara msemmija u tittieħed l-azzjoni meħtieġa f’każ li jirriżulta li hemm bżonn ta’ tiswijiet strutturali.

Penzjoni tad-Diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-pensjoni tad-diżabilità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.

Bdil ta’ post – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ bdil ta’ post?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-applikazzjoni tas-Sinjuri qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32458 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Każ fuq bolol – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ bolol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġa għamlu kuntatt mal-persuna indikata minnu biex id-diffikultà tagħha tiġi indirizzata. Inżid ngħid li d-dipartiment qed jagħmel il-verifiki meħtieġa dwar l-employer ta’ din il-persuna u qed jieħu l-azzjoni li fiċ-ċirkostanzi jidhirlu li hi xierqa.

Dħul f’dar tal-anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dħul f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Gudja — Bypass – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi milqugħ l-ilment mill-persuna li d-dettalji dwar l-ilment qed jingħata separatament rigward traffic lights fil-bypass tal-Gudja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont studji li għamlet Trasport Malta dawn it-traffic lights joħolqu nkonvenjent kbir għall-andament tat-traffiku.

Każ ta’ pensjoni – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-persuna msemmija ġiet ikkuntatjatha fejn ġie spjegat lilha l-każ tagħha.

Irranġar ta’ flat – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta’ partijiet minn flat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 12 PQ #32433 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Problema ta’ Ċens – każ ta’ indivdwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq problema ta’ ċens?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sussidju fuq rranġar ta’ dar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju biex tirranġa d-dar tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, sal-lum ma jidhirx li l-persuna li għaliha qed issir referenza għandha applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar.

Linji sofor – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward linji sofor?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta’ Transport Malta, rriżulta li t-triq hija wiesgħa biżżejjed sabiex dawn l-individwi joħorġu l-vettura tagħhom mill-garaxx.
Leg 12 PQ #32448 Sitting 506 2017-04-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament għall-MRI – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward appuntament għall-MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Linji sofor — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward linji sofor?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi uffiċjal ta’ Transport Malta mar fuq il-post u ġie deċiż li jsiru sinjali doppji faċċata ta’ tali garaxx. Transport Malta bagħtet ittra lill-Kunsill Lokali sabiex jiġu mplimentati dawn is-sinjali.
Leg 12 PQ #32426 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Type 2 Diabetes

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk pazjenti bit-Type 2 Diabetes u li jieħdu kemm l-insulina kif ukoll il-pilloli tad-diabete, humiex ser ikunu intitolati għall-stick biex jiċċekkjaw il-livell taz-zokkor bħal Type 2 Diabetes li jieħdu l-insulina biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti kollha bid-dijabete li huma fuq l-insulina se jibbenefikaw minn sticks mingħajr ħlas minn din is-sena stess.
Leg 12 PQ #32427 Sitting 504 2017-04-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

ENT Outpatients – hearing aid

Question

Jista’ l-Ministru jara li ġewwa l-ENT Outpatients il-pazjenti jiġu infurmati li min jkollu l-kartuna r-roża li issa saret bajda u min huwa diabetiku bil-kartuna r-roża għandu dritt għall-hearing aid skont kif jidher fix-schedule li d-dettalji dwarha qed tingħata separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li huma ntitolati għal benefiċċji skont l-iskeda 2 ghax ma jgħaddux mit-test tal-mezzi, kemm jekk dijabetiċi kemm jekk mhux, huma ntitolati għas-servizz ta' hearing aide. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 8763 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 11 ta' April, f'Seduta 506)