Jista' l-Ministru jgħid ħarġitx is-sejħa għal prinċipal għall-kulleġġ ta' Għawdex u jikkonfermax li l-ħsieb hu li dan il-kulleġġ jiġi magħqud ma' wieħed mill-kulleġġi f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ma nħarġitx is-sejħa għall-Prinċipal tal-Kulleġġ ta' Għawdex peress li dan il-Kulleġġ diġa' għandu Prinċipal u l-kuntratt ta' dan il-Prinċipal għadu ma skadiex. M'hemmx ħsieb li l-Kulleġġ ta' Għawdex jiġi maqgħud ma' wieħed mill-Kulleġġi f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun lest ix-xogħol li qed isir fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat u jekk hemmx il-ħsieb li s-servizzi f'dan iċ-ċentru jiżdiedu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum għat-tfittix taż-żejt fl-ibħra jew imkejjen oħra f'Malta? Jista' jgħid min huma l-kumpaniji involuti? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-production share contract li kien irrapurtat li ġew iffirmati s'issa?
Response (MIZZI, JOE)
L-ebda kuntratt għat-tiftix taż-żejt ma ġie ffirmat mid-9 ta' Marzu 2013 sal-lum.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kummissarju tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jimposta l-mistoqsija b'mod aktar ċar minħabba li tista' tigi interpretata b'diversi modi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra tar-riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sal-ġurnata tal-lum (25 t’April 2013), is-Servizz tas-Sigurtà għadu ma rċieva l-ebda ittra ta’ riżenja mill-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà.
Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — ittra ta' riżenja
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' jagħti ukoll id-data meta l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku approvat il-ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru ukoll qed jingħataw separatament bħala kap ġdid għad-dipartiment imsemmi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Issa li ġew maħtura s-Segretarji Permanenti ġodda, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li qed jirregola din il-pożizzjoni u jikkonfermax li din il-ħatra hi għal tliet snin li ġejjin? Jikkonferma li qabel ma ġew maħtura, din il-ħatra ġiet mgħoddija mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku? Jista' jagħti d-data eżatta meta ngħatat din l-approvazzjoni mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħatra tas-Segretarji Permanenti ġodda hija għall-perijodu ta’ tliet snin b’effett mis-26 ta’ Marzu 2013. Ħatra waħda hija b’effett mill-15 ta’ April 2013.
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tat l-approvazzjoni tagħha dwar dawn il-ħatriet fis-26 ta’ Marzu 2013.
Qed tigi annessa kopja tal-kuntratt li jirregola l-pozizzjoni ta’ Segretarju Permanenti.
Ministeru għal Għawdex — tibdil fir-responsabilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti u s-sezzjonijiet li wara l-aħħar elezzjoni u wara t-tibdil fir-responsabilitajiet tal-Ministeri l-ġodda, m'għadhomx jiffurmaw parti mill-Ministeru għal Għawdex? Jista' jagħti l-lista ta' binjiet li jappartjenu lil dawn id-dipartimenti u s-sezzjonijiet u li issa m'għadhomx responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jgħid ukoll f'idejn liema Ministeri għaddew dawn id-dipartimenti u s-sezzjonijiet?
Response (REFALO, ANTON)
Jien infurmat li ma hemm l-ebda dipartiment li mill-aħħar elezzjoni lil hawn m'għadux taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, is-sezzjonjiet li għaddew mill-Ministeru għal Għawdex għal ministeri oħra huma dawk tas-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Il-binjiet li pew trasferiti jinkludu skejjel, bereġ, poliklinika u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.