Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – rilokazzjoni tas-sezzjoni żgħażagħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li s-sezzjoni żgħażagħ ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiġi rilokata għal post barra minn din il-faċilità? Jista’ jgħid jekk il-post li kien identifikat f’Ħad-Dingli ġiex imwarrab? Jekk iva, jikkonferma li qed jiġi kkunsidrat post qrib il-ħabs? Jista’ jagħti timeframe meta se jinbeda x-xogħol u meta għandu jitlesta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern iddeċieda li l-post ġewwa Ħad-Dingli li kien qed jiġi kkunsidrat bħala post fejn jinbena l-ħabs għall-minorenni – il-YOURS – ma jintuzax għal tali skop peress li hemm pjanijiet oħra ta’ kif tiġi żviluppata l-art f’Ħad-Dingli. Periti tal-Gvern bħalissa qed jidentifikaw postijiet alternattivi oħra fejn tista’ tinbena l-YOURS.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Offenders Assessment Board (OAB) u l-Parole Board għadhomx kostitwiti mill-istess membri li kienu jagħmlu parti minnu qabel id-9 ta’ Marzu? Jista’ jagħti lista tal-membri ta’ dawn iż-żewġ bordijiet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-membri taż-żewġ bordijiet indikati fil-mistoqsija għadhom ma ġewx maħtura.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-proġetti approvati mill-programmi Ewropej tal-ERDF, ESF u l-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013 sad-9 ta' Marzu 2013? Jista’ jagħti wkoll għal kull proġett, is-sehem tal-Unjoni Ewropeja tal-ammonti allokati u dawk minfuqa li ġew ivverifikati mill-awtorità ta' ġestjoni?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1795, jista’ l-Ministru jgħid jekk bħala Ministru ġiex ikkonsultat qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li ċ-ċentru kliniku li kien jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jikkonferma li hu talab biex din id-deċiżjoni tiġi revokata għax toffri inkonvenjent lir-residenti Għawdxin?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1248 u 1795.
Jista' l-Ministru jindika l-proċedura li ntużat għax-xiri ta' karozza għas-Segretarju Permanenti responsabbli mill-Ministeru tiegħu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-Segretarju Permanenti fil-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima ma xtarax karozza għall-użu tiegħu, imma qed jagħmel użu min karozza illi kellu meta kien maħtur bħala direttur.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1695, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż fejn ġew mogħtija tali struzzjonijiet lill-ministeri u dipartimenti oħra tal-Gvern?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jaħdem fuq linji gwida sabiex jimplimenta il-wegħda tiegħu fil-programm elettorali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu biex meta ġew mikrija l-karozzi mis-segretarjati tal-Ministeri u uffiċjali oħra tal-Gvern il-ġdid tiġi osservata l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista f'paġna 107, wegħda 28, li tgħid li "l-karozzi użati mill-Gvern u s-servizz pubbliku jibdew ikunu dawk li l-inqas iniġġsu"?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-impenn tal-gvern jibqa’ dak li jwettaq dak li wiegħed, inkluż dwar kwalità tal-arja aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-bord ta' Heritage Malta? Jista’ jikkonferma wkoll jekk il-membri tal-bord il-ġdid ikkonfermawx li ma għandhom l-ebda kunflitt ta' interess qabel ħadu l-ħatra tagħhom?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant li r-rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex fuq il-Bord tal-Heritage Malta huwa Peter Muscat
Ħadd mill-Bord ma ddikjara li għandu xi kunflitt ta' interess.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq arterjali fis-Siġġiewi li se jsiru minn fondi nazzjonali jew Ewropej?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-unika triq arterjali fil-konfini tas-Siġġiewi hija Triq is-Siġġiewi. Din it-triq inbniet mill-ġdid inqas minn għaxar snin ilu bħala parti mill-proġett finanzjat mill-Protokol Taljan.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irriżultax li fil-karta tal-eżami tal-livell Avvanzat fis-Systems of Knowledge kien hemm mistoqsija fejn il-verżjoni tagħha bl-Ingliż u dik bil-Malti ma kenux qed jitolbu l-istess informazzjoni, ċjoè ż-żewġ verżjonijiet ma kenux jiftiehmu l-istess? Jekk iva, jista’ jgħid x'passi se jittieħdu biex l-istudenti ma jbatux dan l-iżball min-naħa ta’ min issettja l-karta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1524. Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-eżami tas-Systems of Knowledge jiġi offrut fil-livell intermediate biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija ġie reinstated mill-10 ta' Marzu sal-lum? Jista' jagħti d-dettalji ta' min huma dawn il-persuni u fejn ġew stazzjonati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-10 ta’ Marzu sal-21 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kien hemm żewg membri tal-Korp li ġew reinstated.
Bħalissa ninsabu fil-proċess li jiġu eżaminati diversi talbiet oħra ta’
reinstatement.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ma nħossx li dettalji personali fuq il-membri tal-Korp tal-Pulizija u dwar l-operat tal-istess Korp, għandhom ikunu ppubblikati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1294, jista' l-Ministru jispjega għalfejn inħasset il-ħtieġa li l-pożizzjoni ta' Head of Drama mal-Public Broadcasting Services (PBS) tingħata fuq bażi ta' contract for service? Ma jħossx li b'sejħa pubblika, persuni b'kapaċitajiet fil-qasam setgħu jingħataw iċ-ċans japplikaw u jkunu kkunsidrati għal din il-pożizzjoni? X'kienet ir-raġuni li l-kuntratt ingħata għal perijodu ta' sena waħda biss?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proposta ta’ drama/production unit ġiet diskussa mill-bord preċedenti u r-rwol imur lil hinn mid-drama. L-idea hija li dan it-terminu jkun qasir għaliex fi ftit xhur oħra il-PBS se toħroġ sejħa sabiex timpjega nies fuq bażi full-time. Dan wara li l-proposta tiġi approvata mill-bord il-ġdid.
B‘referenza għall-mistoqsija parlamentari 1323, jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim biex tittella’ l-produzzjoni Ġensna f'Lejlet Lapsi u min se jitħallas ta’ din il-produzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-kuntratt biex tittella' l-Produzzjoni Ġensna waqt Lejliet Lapsi Notte Gozitana ġie ffirmat ma' Maestro Paul Abela u l-ħlas għal din il-produzzjoni se ssir lill-istess Maestro.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — membri tas-segretarjat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 838, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm, mit-tmien messaġġiera fis-segretarjat ġew impjegati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fis-segretarjat tiegħi hemm ħames messaġġiera. 4 kienu ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku.
kodiċi ta’ etika — waivers - ministri u s-segretarji parlamentari
Question
Jista’ l-Prim Ministru jindika dawk il-provvedimenti fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministru u s-Segretarji Parlamentari li jagħtu s-setgħa lil Prim Ministru biex jeżenta lil xi Ministru jew Segretarju Parlamentari milli josserva l-Kodiċi jew parti minnu? Jista’ jikkonferma sal-lum kemm ta eżenzjonijiet u lil min?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Ir-Rabat (Għawdex) — ċentru kliniku - trasferiment għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1248, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu ma kienx konsultat qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li ċ-ċentru kliniku li kien jinsab fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex jiġi trasferit għall-Isptar Ġenerali ta' Għwdex? Jekk ma kienx, iħoss li fl-interess tal-Għawdxin din id-deċiżjoni kellha tiġi revokata?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex klassifikati separatament skont il-grad u n-nomenklatura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill- Onorevoli interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.