Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5184 Sitting 66 2013-10-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żvilupp f’sitit – expression of interest

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4817, jista’ l-Prim Ministru jindika għalfejn mhux f’pożizzjoni jpoġġi kopja tal-expression of interest għall-iżvilupp tal-Palazz ta’ Strickland fiż-Żebbiegħ, il-Palazz tal-Marfa, art fil-Busbesija u l-Isolation Hospital fl-Imtarfa, ġalardarba din is-sejħa diġà saret pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

konsulent barrani — żjara barra minn Malta

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4903 dwar konsulent barrani li akkumpanja lill-Ministru tal-Enerġija waqt żjara barra minn Malta f’diskussjonijiet ma’ stat ieħor, jista’ l-Ministru jindika liema hu l-Ministru konċernat ġaladarba indika li mhux hu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghandu jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Malta Enterprise.
Leg 12 PQ #4987 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Co-Ordination Office - impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huma u min huma l-impjegati li jagħmlu parti mill-Co-Ordination Office u CEO's Office fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'kienu l-gradi ta' dawn l-impjegati qabel ġew trasferiti għall-Co-Ordination Office? X'inhuma l-gradi, benefiċċji, pagi u allowances li dawn l-impjegati bdew igawdu minnhom meta ġew trasferiti għall-Co-Ordination Office?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #4988 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Co-Ordination Office - impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula l-impjegati li jaħdmu fil-Coordination Office u CEO Office tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Għalfejn ma nħarġux sejħiet għall-applikazzjoni? Dawn l-impjegati għandhom il-kwalifiki u rekwiżiti meħtieħa fil-gradi L-ġodda? Jista’ jissottometti l-job description għal kull grad ġdid maħluq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nies li qed jokkupaw karigi fl-Uffiċċju tas-CEO u l-Co-ordination office ġew maħtura biex jokkupaw dawn il-pożizzjonijiet mis-CEO sakemm jinħarġu s-sejħiet meħtieġa.
Leg 12 PQ #4989 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Co-Ordination Office - overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallset overtime (f'ammont ta' flus) lil kull wieħed u waħda mill-impjegati tal-Co-Ordination Office u CEO's office fix-xhur ta' Lulju, Awwissu u Settembru l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar (MEPA) u jagħti l-informazzjoni għal kull impjegat/impjegata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpogġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Leg 12 PQ #4990 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ritratti tal-faċċati tal-binjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega r-raġuni għalfejn qegħdin jittieħdu r-ritratti tal-faċċati tal-binjiet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? X'kienet ir-raġuni li l-bord tal-MEPA ma ġiex infurmat, wisq inqas ikkonsultat dwar dan?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li parti essenzjali mill-proċess tar-reviżjoni tal-Pjani Lokali hija l-ġbir ta' informazzjoni dwar l-istat attwali taż-żoni urbani, speċjalment dak li għandu x'jaqsam ma' l-għoli tal-bini, l-użu tal-art u anke estetika u disinn tat-toroq (streetscapes) biex imbagħad din l-informazzjoni tkun tista' tintuża' fit-tfassil tal-policies dwar dawn l-oqsma tal-ippjanar. Biex jintlaħaq dan il-għan, l-Awtorita ħasset il-ħtieġa li tieħu ritratti tal-bini u streetscapes u qabbdet numru ta' fotografi biex jagħmlu dan ix-xogħol. Dan l-eżerċizzju ser jgħin ukoll lit-taqsima tal-infurzar kif ukoll lil entitajiet governattivi meta jkunu qed jippjanaw f'żoni tal-iżvilupp. Id-deċiżjoni biex jittieħdu dawn ir-ritratti hija deċiżjoni ta' l-operat ta' kull jum tal-MEPA li taqgħa fir-responsabbiltajiet tas-CEO.
Leg 12 PQ #4991 Sitting 63 2013-10-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – ritratti tal-faċċati tal-binjiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika x'lokalitajiet se jiġu inklużi fis-survey li qed isir mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fejn qed jittieħdu ritratti tal-faċċati tal-binjiet? Kemm huwa mistenni jiġi jiswa dan is-survey ta' teħid ta' ritratti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona tal-iżvilupp ta' Malta u Għawdex kollha se tiġi koperta b'dan l-eżerċizzju. Dan mistenni jiġi jiswa mal-ħamsa u sebgħin elf ewro.
Leg 12 PQ #4848 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ritratti ta' djar u bini ieħor

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega r-raġuni għalfejn qegħdin jittieħdu ritratti tal-faċċati tad-djar u bini ieħor? Liema awtorità qed twettaq dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra
Leg 12 PQ #4852 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk il-budget kif approvat f'April għall-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiex imnaqqas? Jekk iva, b'kemm ġie mnaqqas? X'kienet ir-raġuni li tnaqqas dan il-budget?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra
Leg 12 PQ #4853 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk il-budget kif approvat f'April għad-Dipartiment tal-Artijiet ġiex imnaqqas? Jekk iva, b'kemm ġie mnaqqas? X'kienet ir-raġuni li tnaqqas dan il-budget?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Artijiet m’għandux budget għalih iżda l-budget huwa inkluz fil-Vot amministrat mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern. Mill-budget kif approvat f’April li għadda, il-budget tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern tnaqqas fix-xhur ta’ wara bl-ammont kif ġej:- Spiża Rikurrenti: tnaqqis ta’ €212,000 Spiża Kapitali: tnaqqis ta’ €385,000
Leg 12 PQ #4854 Sitting 61 2013-10-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju Konġunt – tnaqqis ta’ budget

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk il-budget kif approvat f'April għall-Uffiċċju Konġunt ġiex imnaqqas? Jekk iva, b'kemm ġie mnaqqas? X'kienet ir-raġuni li tnaqqas dan il-budget?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt m’għandux budget għalih iżda l-budget huwa inkluz fil-Vot amministrat mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern. Dwar it-tnaqqis li kien hemm mill-budget kif approvat f’April li għadda, nitlob lill-Onorevoli Membru li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4853.

Uffiċċju — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qatt kellu uffiċċju temporanju f'xi bini pubbliku? Jekk iva, jista’ jispjega fejn? Meta beda l-kuntatt? Jikkonferma jekk kienx qabel jew wara l-Elezzjoni Ġenerali tat-8 ta' Marzu 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Siġġiewi – Triq il-Knisja l-Qadima

Question

Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih mal-kumpanija Arriva sabiex Triq il-Knisja l-Qadima fis-Siġġiewi tkun tista’ tingħalaq matul il-ħinijiet tal-Mużew meta tkun frekwentata minn ħafna ġenituri u tfal?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sitwazzjoni diġa ġiet diskussa bħala parti mill-konsultazzjonijiet li saru mal-Kunsill Lokali, fejn saret proposta, liema proposta ser tkun parti mir-rotot il-ġodda li ġew iffinalizzati u ntbagħtu lill-Arriva.
Leg 12 PQ #4817 Sitting 60 2013-10-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Iż-Żebbiegħ – Palazz ta’ Strickland — żvilupp

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-expression of interest għall-iżvilupp tal-Palazz ta’ Strickland fiż-Żebbiegħ, il-Palazz tal-Marfa, art fil-Busbesija u l-Isolation Hospital fl-Imtarfa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħal Qormi – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda f’Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi Transport Malta rċeviet ħames talbiet sabiex jiġu stallati bus shelters ġodda ġewwa Triq Aniċi, Triq Ġuże’ Duca, Triq il-Ħelsien, Triq San Edwardu u Triq id-Deheb Fin ġewwa Ħal Qormi. Infurmat ukoll li dawn it-talbiet qegħdin jiġu evalwati.

Ħal Luqa – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda f’Ħal Luqa?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi riċentament saru diskussjonijiet mal-kunsill lokali ta’ Ħal Luqa f’dan ir-rigward fejn il-Kunsill identifika erba’ siti differenti li huma Triq Wesgħat il-Vittmi tal-Gwerra, Triq San Tumas (wieħed fuq kull naħa) u Triq Valletta fejn urew ix-xewqa li jiġu installati bus shelters ġodda. Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tevalwa dawn il-proposti.

Is-Siġġiewi – bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bdil ta’ bus shelters u/jew bini ta’ oħrajn ġodda fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat illi Transport Malta irċeviet tlett talbiet sabiex jiġu stallati bus shelters ġodda ġewwa Triq il-Ħesri, Triq Mangion u Triq il-Blat il-Qamar ġewwa l-lokalita’ tas-Siġġiewi. Infurmat ukoll li Transport Malta qegħda tevalwa dawn il-proposti.

Ħal Qormi – bus shelter “Tin”

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hux se jkun hemm bini ta’ bus shelter fuq il-bus stop immarkata bħala “Tin” f’Ħal Qormi, li sservi r-rotta numru 62?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4818.
Leg 12 PQ #1762 Sitting 56 2013-10-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kodiċi ta’ etika — waivers - ministri u s-segretarji parlamentari

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika dawk il-provvedimenti fil-Kodiċi ta' Etika għall-Ministru u s-Segretarji Parlamentari li jagħtu s-setgħa lil Prim Ministru biex jeżenta lil xi Ministru jew Segretarju Parlamentari milli josserva l-Kodiċi jew parti minnu? Jista’ jikkonferma sal-lum kemm ta eżenzjonijiet u lil min?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2744.

Korp tal-Pulizija — transfers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal tal-Pulizija, mid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, mis-Servizz tad-Detenzjoni u mill-Protezzjoni Ċivili ġew trasferiti għal dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern mid-9 ta' Marzu sal-lum? Jista’ jgħid kull wieħed xi grad kellu u f'liema entità jew dipartiment ieħor ġew trasferiti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Grad Dipartiment fejn kien Dipartiment fejn ġie trasferit 1 Supretendent Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi Training Co-ordinator fl-akkademja tal-Pulizija 2 Kuntisstabli Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi Distrett 8 ‘S’ Naxxar 3 Kuntisstabli Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi CID Lock Up 4 Kuntisstabli Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi CID Lock Up 5 Kuntisstabli Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi CID Lock Up