Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kawżi ċivili li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qrati inferjuri u quddiem min huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Kawżi Pendenti għal aktar minn ħames snin quddiem il-qrati inferjuri:
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
Maġistrat Giovanni Grixti
8
Maġistrat Consuelo Scerri Herrera
3
Maġistrat Gabriella Vella
66
Maġistrat Marsanne Farrugia
114
Maġistrat Francesco Depasquale
14
Total
205
Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet
Maġistrat Giovanni Grixti
60
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’
Maġistrat Francesco Depasquale
18
Bord li Jirregola l-Kera
Maġistrat Giovanni Grixti
92
Maġistrat Francesco Depasquale
1
Total
93
Qrati u Tribunali Għawdex - Qorti Inferjuri Ċivili
Maġistrat Paul Coppini
24
Maġistrat Josette Demicoli
1
Total
25
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi operata sabiex ġudikant isiefer fuq konferenza barra minn Malta u kif jintgħażel?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Meta jkun hemm ħtieġa ta’ xi ġudikant biex jattendi konferenza barra minn Malta, l-għażla tkun tiddependi minn natura tal-konferenza, s-suġġett tagħha, min qiegħed jorganizzaha, lil min ser jirrappreżenta l-ġudikant fil-konferenza, u fatturi oħra. Jekk il-ġudikant ikun ser jattendi f’vesti privata jkun irid jitlob “leave of absence” kif provdut fir-regolamenti. Jekk ser imur bħala rappreżentant tal-ġudikatura jien informat li tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-Prim Imħallef, u fejn ikun il-każ f’konsultazzjoni mal-Judicial Studies Committee, wara li jiġi identifikat ġudikant li jkun jaħdem fil-linja tas-suġġett tal-konferenza, li jkun disponibbli, u b’mod li jiġi evitat kemm jista’ jkun id-differiment ta’ seduti ġia appuntati
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom kawżi pendenti l-maġistrati li jagħmlu ċ-Ċivil?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja
Kawżi Pendenti tal-Maġistrati (Ċivil) sal-31 ta’ Ottubru 2013:
Qorti
Numru ta’ kawżi pendenti
Qorti tal-Maġistrati (Malta)
1035
Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva
624
Bord tal-Arbitraġġ dwar Artijiet
160
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba;
84
Bord li Jirregola l-Kera
451
Total
2354
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija u/jew persuna ngħatat l-inkarigu tat-twaħħil tas-site notices (avviżi fi stadju ta’ permess għall-iżvilupp) tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid kif ingħata, jekk ħarġitx tender u kemm qed jiswa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4987, jista’ l-Prim Ministru jirrispondi d-domanda fit-totalità tagħha, u ċjoè jgħid min huma l-impjegati li jagħmlu parti mill-Coordination Office u CEO’s Office fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Co-rodination Unit huma iffurmat minn Unit Manager, Team Manager, Planning Officer, Enforcement Officer, 2 Administrative Assistants. Filwaqt li CEO’s Office huwa iffurmat minn 2 Personal Assistants.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4989, jista’ l-Prim Ministru jispjega x’kienet ir-raġuni li żewġ ħaddiema fi ħdan il-Coordination Office u CEO Office tħallsu s-somma straordinarja ta’ €6,068 u €5,079 rispettivament fi ħlas għall-overtime f’inqas minn tliet xhur?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni li kien hemm somma izjed mis-soltu ta' overtime fir-riġward ta' dan iz-żewġ impjegati hija li l-Awtorità f'dan iz-żmien tkun bin-nofs ta nhari u kif jaf seww l-Onor. Interpellant, bħallissa l-Awtorità għaddejja min ħidma bla waqfien fuq ix-xogħol ta l-SPED, Policies u affarijiet oħra interni tal-Awtorità, kif ukoll ħidma biex intejjbu r-relazzjonijiet mal-pubbliku.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4988, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-iskop li jinħarġu sejħiet għall-karigi fi ħdan il-Coordination Office u CEO Office tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) meta dawn il-karigi mtlew ftit wara l-elezzjoni ġenerali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din hija prerogattiva tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta kif imexxi l-organizzazzjoni u l-gvern ma jidħolx fiha kif din tiġi mmaniġjata sakemm ma jkollux rapporti ta maladministration.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4990, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jitlesta l-eżerċizzju tat-teħid tar-ritratti tal-faċċati tal-bini?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa mistenni li l-eżerċizzju tat-teħid tar-ritratti tal-faċċati tal-bini jitlesta għall-aħħar ta' Jannar 2014.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4990, fejn intqal li d-deċiżjoni li jittieħdu r-ritratti kienet u għandha tkun tas-CEO, ġaladarba f’mistoqsija parlamentari 4991 ġie svelat li dan se jiġi jiswa lill-awtorità €75,000, il-Prim Ministru jibqa’ jsostni dak li ddikjara? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk is-CEO aġixxiex b’mod skorrett meta ħeba l-ispiża ta’ €75,000 mill-bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Amministrazzjoni tal-Awtorità hija responsabilta tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità. Mijhiex il-prassi li l-Bord ta' l-Awtorità jkun jew jiġi infurmat qabel ma tinħareġ tender jew direct order. Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li CEO sab sitwazzjoni fejn numru kbir ta' tenders jew kienu skaduti b'numru ta snin jew inkella lanqas biss teżisti tender.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li qed jagħmel il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara li l-programm televiżiv li kienet qed tieħu ħsieb fuq l-istazzjon nazzjonali twaqqaf mid-diriġenti tal-PBS? Hemm xi programmi oħra li din il-persuna qed tieħu ħsieb li bħalissa qed jintwerew fuq l-istazzjon nazzjonali? Ittieħdu xi passi biex jitwaqqaf l-kuntratt fuq bażi ta' non performance minħabba li twaqqaf il-programm?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-persuna konċernata tagħmel xogħol fuq diversi programmi u inizjattivi kummerċjali , u għalhekk m’hemmx lok li jitwaqqaf il-kuntratt, għaliex din il-persuna għandha diversi xogħlijiet ta’ benefiċċju għall-PBS.
Is-Siġġiewi – Triq l-Imqabba – stallazzjoni ta’ barriers
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata soluzzjoni oħra minflok il-barriers li ġew stallati għall-parti ta’ Triq l-Imqabba li tagħti għall-Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi, peress li dawn qed jiġġeneraw żieda sostanzjali fit-traffiku minħabba li djieqet it-triq bl-istallazzjoni tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ġejt infurmat li dawn il-barriers ġew installati bħala l-aħjar soluzzjoni biex jiġu evitati perikli. Madankollu tlabt lit-Traffic Management and Road Safety Department biex jerġa jevalwa dan il-każ.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4848, u ġaladarba beda x-xogħol fuq it-teħid tar-ritratti tal-faċċati tal-bini, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol? Min jew liema kumpanija ġiet inkarigata sabiex twettaq dan ix-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
B’kontinwazzjoni mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari msemmija, ninforma lill-Onor Membru li apparti l-valur msemmi, biex jitlesta x-xogħol kollu mit-teħid ta’ ritratti sa organizazzjoni ta’ librerija digitali għal kull triq residenzjali li turi kull binja f’dawn it-toroq fil-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex, il-valur totali huwa ta’madwar €240,000. Dan ix-xoghol se jinqasam b’bejn mill-anqas 31 fotografu.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4848 dwar teħid ta’ ritratti tal-faċċati tal-bini, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’diffikultà qed isib biex iwieġeb id-domanda ġaladarba x-xogħol ilu li nbeda numru ta’ ġimgħat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm xejn xi nzid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari Nru: 4848.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4852 u jindika jekk il-budget kif approvat f'April għall-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiex imnaqqas? Jekk iva, b'kemm ġie mnaqqas? X'kienet ir-raġuni li tnaqqas dan il-budget?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tnaqqis mill-budget 2013 tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4853, jista’ l-Prim Ministru jindika l-voti speċifiċi li lilhom tnaqqsilhom il-baġit fi spiża kurrenti u spiża kapitali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tnaqqis fil-baġit li kien hemm kien minn dawn il-Voti speċfiċi kif ġej:
Spiża kurrenti
Item 5168 – Charges on Property transferred from the Church
Item 5603- Lemis
Spiża Kapitali
Item 7105 – Rehabilitation Works
Item 7301- Acquistion of Property (Possession & Use)