Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6619 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà jew art tal-Gvern – Guardianship Deeds

Question

Jista' l-Prim Ministru jelenka l-guardianship deeds kollha li saru mill-Gvern dwar art jew proprjetà pubblika fl-aħħar leġi¿latura? Jista' jagħti dettalji ta' dati, lil min u dwar liema art?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-guardianship deeds ma jsirux mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, għaldaqstant, l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #6635 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proprjetà jew art tal-Gvern – trasferiment lil NGOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka t-trasferiment tal-artijiet jew proprjetà tal-Gvern li saru lill-NGOs permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari fl-aħħar leġiżlatura, inkluż data, lil min ingħataw u x’proprjetà kellhom? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal-leġiżlatura 2003-2008?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #6684 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-Nutara — uffiċċju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn b'ittra mibgħuta lill-Kunsill tan-Nutara ittermina l-kirja tal-post li kienet qed jiġi użat minn dan l-istess Kunsill għal dawn l-aħħar 25 sena? X'kien l-użu pubbliku li ġie riferit għalih fit-termination letter?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #6685 Sitting 102 2013-12-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill tan-Nutara — uffiċċju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn ma kkonsultax mal-Kunsill tan-Nutara qabel ma bagħat l-ittra fejn ittermina l-kirja tal-uffiċċju tal-istess kunsill?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #6438 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima Proprjetà tal-Gvern – recognition rent u acquisition rent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il recognition rent u acquisition rent ġew kapitalizzati mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, kemm ġew jiswew, u kemm-il każ ġie konkluż b’hekk? Jista’ jagħti dawn id-dettalji b’referenza għal-lokalitajiet jew bliet, belt belt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin ġew ikkapitalizzata recognition u acquisition rent f’dawn il-lokalitajiet kif ġej: 2008: xejn 2009: xejn 2010: Birgu.....85 units Isla.........116 units Bormla....59 units 2011: Birgu......75 units 2012: Bormla....268 units Isla..........131 units Valletta.....71 units 2013: xejn In-nefqa biex saru dawn l-akkwisti kienet tlaħħaq l-ammont globali ta’ €2,693,703, filwaqt li ġew konklużi 107 kuntratt ta’ ħlas ta’ kumpens lis-sidien. Ta’ min isemmi li f’ċertu każijiet d-Dipartiment kien kostrett iħallas biss il-kumpens ta’ parti indiviża peress li s-sidien kollha ma ġewx identifikati u allura mill-proprjetajiet indikati aktar ’il fuq hemm każijiet li ma tistax tgħid li ġew konklużi għal kollox.
Leg 12 PQ #6439 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Taqsima Proprjetà tal-Gvern – fondi b’possession and use

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il fond fl-aħħar ħames snin ġie mgħoddi lill-Awtorità tad-Djar mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern li kien bil-possession and use wara li ġiet mifdija l-kirja li kienet qed titħallas fuqu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ħames snin, in-numru ta’ proprjetajiet li għaddew għand l-Awtorità tad-Djar li qegħdin mibnija fuq art li kienet ġiet esproprijata bil-Possession and Use u issa ġiet akkwistata u saret tal-Gvern permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President, jammonta għal-226.
Leg 12 PQ #6440 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Home Ownership Scheme – flus mħallsa f’kumpens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu fl-aħħar ħames snin flus għall-kumpens ta’ art meħuda b’esproprju de facto bil-Home Ownership Scheme tas-snin tmenin u f’liema lokalitajiet kienu dawn? Kemm baqa’ każijiet pendent local b’lokal?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

F’dawn l-aħħar ħames snin tħallsu flus għal art meħuda bil-Home Ownership Scheme kif ġej: 2008: €373,287 2009: xejn 2010: €1,092,448 2011: €3,304,708 2012: €2,665,689 2013: €1,059,349* *sa l-aħħar ta’ Ottubru Il-lokalitajiet fejn tħallset l-art kienu: Birkirkara, ir-Rabat, Ħal Luqa, il-Gudja, San Ġwann, iż-Żurrieq, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Wied il-Għajn, is-Siġġiewi u L-Imqabba. L-ammont ta’ artijiet li għad iridu jiġu akkwistati huwa konsiderevoli u mhux possibbli tgħid kemm għad hemm artijiet li jridu jiġu akkwistati.
Leg 12 PQ #6552 Sitting 101 2013-12-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – encroachments revokati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema mill-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 ġew revokati mill-istess dipartiment każ każ, u jagħti r-raġuni għala ġew revokati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6432
Leg 12 PQ #6432 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – encroachments mogħtija

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-encroachments kollha li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet mill-1 ta’ Jannar 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba l-interpellanza, lil min ingħataw u bid-data rispettiva għal kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-encroachments kollha li skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet, inħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-lum, bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #6433 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – encroachments revokati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema mill-encroachments li ngħataw mid-Dipartiment tal-Artijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 se jkunu revokati mill-istess Dipartiment u sa meta se jkunu revokati, każ każ, u jagħti r-raġuni għala se jkunu revokati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u d-9 ta’ Marzu 2013 inħarġu ’il fuq min 100 encroachment permit. Tajjeb li nfakkar lill-Onor. Membru li kull encroachment permit li jingħata, jingħata biss b’tollerenza u jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe ħin
Leg 12 PQ #6434 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – azzjonijiet ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru azzjonijiet ta’ infurzar (mhux spezzjonijiet) mid-Dipartiment tal-Artijiet mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u jagħti d-dettalji ta’ kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, id-Dipartiment tal-Artijiet wettaq total ta’ 24 każ ta’ azzjoni ta’ infurzar. Dawn l-azzjonijiet ġew eżegwiti wara li nħarġet Ordni ta’ Żgumbrament biex jiġu vakati jew jitneħħew illegalitajiet mill-proprjetajiet li jidhru fil-lista li kopja tagħha qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6435 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Belt Valletta – Kirjiet kummerċjali fit-tul

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Iskema għall-kirjiet kummerċjali fit-tul għall-Belt Valletta li kienet imnedija mid-Dipartiment tal-Artijiet f’Jannar 2013 u li ġiet sospiża f’April 2013, għadhiex hekk sospiża? Jekk għadha sospiża, sa meta ħa ddum hekk sospiża? Jekk hija fis-seħħ, minn meta reġgħet bdiet titħaddem?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ngħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 4336 u 5355.
Leg 12 PQ #6436 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – esproprji tal-art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas kumpens f’esproprji għal art pubblika mid-Dipartiment għall-Artijiet fl-aħħar għaxar snin, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li ġew imħallsa f’dawn l-aħħar għaxar snin, lis-sidien bħala kumpens għal art li ġiet esproprijata kien kif ġej: Sena Ammont Imħallas (Ewro) 2003 (LM2,305,807) 5,371,085 2004 (LM5,173,804) 12,051,721 2005 (LM6,319,205) 14,719,788 2006 (LM2,746,773) 6,398,260 2007 11,935,402 2008 5,841,521 2009 10,677,128 2010 11,513,602 2011 14,248,417 2012 15,717,106 2013 8,597,533* sa Ottubru 2013 Dawn l-ammonti ma jirriflettux eżatt l-ammonti allokati għal dan il-għan fl-estimi ta’ kull sena peress li l-ammont ivvutat ikun ferm anqas. Dawn l-ammonti jinkludu wkoll ħlasijiet fejn il-flus ġew trasferiti minn Dipartimenti jew entitajiet oħra tal-Gvern . Dan peress li fl-emendi li saru fl-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88), l-entitajiet li jagħmlu talba għal espropriju huma obbligati li jittrasferixxu l-fondi tal-kumpens dovut lis-sidien qabel ma toħroġ id-Dikjarazzjoni tal-President għall-akkwist tal-proprjetà mitluba fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 12 PQ #6437 Sitting 100 2013-12-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Taqsima Proprjetà tal-Gvern – overtime ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu r-rwol uffiċjali li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jaqdi fid-Dipartiment tal-Artijiet? Jista’ jgħid kemm tħallas f’overtime fit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern fl-aħħar ħames snin, inkluż din is-sena, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament m’għandu l-ebda rwol uffiċjali fid-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 12 PQ #6227 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġudikanti — konferenzi barra minn Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm u liema mill-ġudikanti marru konferenzi barra minn Malta din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kien hemm 9 membri tal-ġudikatura li attendew laqgħat barra minn Malta biex jattendu għal konferenzi u impenji uffiċjali li jikkonċernaw lill-Ġudikatura. Dawn kienu l-Prim Imħallef Silvio Camilleri, l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo, David Scicluna, Joseph Zammit McKeon, Robert Mangion, Abigail Lofaro u Lorraine Schembri Orland u l-Magistrati Doreen Clarke u Gabriella Vella.
Leg 12 PQ #6230 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġudikanti – seduti differiti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ġudikant iddifferixxa seduti din is-sena u għal meta ġew differiti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dettalji mitluba rigward il-Qrati tal-Ġustizzja Malta jinsabu annessi ma’ din ir-risposta. L-informazzjoni rigward il-Qrati u Tribunali (Għawdex) tinsab hawn taħt. Maġistrat Coppini Paul Seduti Differiti 7/02/2013 6/03/2013 7/03/2013 8/03/2013 5/04/2013 F’kull każ is-seduta intiera ma ġietx differita għall-jum partikolari iżda l-kawżi individwali f’tali seduta ġew differiti f’dati differenti. PQ 6230 Sittings deferred between 01/01/2013 and 22/09/2013 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI) No of Sittings Sitting deferred from Sitting deferred to 1 08/01/2013 29/01/2013 2 15/01/2013 12/02/2013 3 11/11/2013 21/11/2013 4 14/11/2013 09/12/2013 Sittings deferred between 01/01/2013 and 22/09/2013 Surname Name No. of Sittings Sitting deferred from Sitting deferred to Judges AZZOPARDI JOSEPH 1 11/03/2013 18/03/2013 AZZOPARDI JOSEPH 2 22/03/2013 26/03/2013 AZZOPARDI JOSEPH 3 11/04/2013 15/05/2013 CAMILLERI GINO 1 15/02/2013 01/03/2013 CAMILLERI GINO 2 28/02/2013 26/04/2013 CAMILLERI GINO 3 01/03/2013 03/05/2013 CHETCUTI MARK 1 17/01/2013 07/03/2013 CHETCUTI MARK 2 24/01/2013 13/02/2013 CHETCUTI MARK 3 31/01/2013 14/03/2013 CHETCUTI MARK 4 07/02/2013 13/02/2013 CHETCUTI MARK 5 14/02/2013 13/03/2013 CHETCUTI MARK 6 28/02/2013 13/03/2013 CHETCUTI MARK 7 11/03/2013 12/03/2013 CHETCUTI MARK 8 21/03/2013 08/05/2013 CHETCUTI MARK 9 25/04/2013 26/04/2013 CHETCUTI MARK 10 26/06/2013 24/10/2013 CHETCUTI MARK 11 25/07/2013 01/08/2013 CHETCUTI MARK 12 24/10/2013 27/11/2013 CUSCHIERI NOEL 1 01/02/2013 15/03/2013 ELLUL ANTHONY 1 22/03/2013 05/04/2013 ZAMMIT MC KEON JOSEPH 1 31/10/2013 27/02/2014 FELICE ANNA 1 21/11/2013 27/11/2013 LOFARO ABIGAIL 1 30/01/2013 30/04/2013 LOFARO ABIGAIL 2 07/02/2013 13/02/2013 LOFARO ABIGAIL 3 20/03/2013 21/03/2013 LOFARO ABIGAIL 4 21/03/2013 15/05/2013 LOFARO ABIGAIL 5 18/04/2013 24/04/2013 LOFARO ABIGAIL 6 23/04/2013 13/06/2013 LOFARO ABIGAIL 7 24/04/2013 18/06/2013 LOFARO ABIGAIL 8 25/04/2013 20/06/2013 LOFARO ABIGAIL 9 30/04/2013 25/06/2013 LOFARO ABIGAIL 10 06/11/2013 13/11/2013 MANGION ROBERT G 1 27/02/2013 22/03/2013 MELI SILVIO 1 27/03/2013 11/04/2013 MELI SILVIO 2 02/04/2013 16/04/2013 MELI SILVIO 3 24/04/2013 09/05/2013 MICALLEF JOSEPH R. 1 07/11/2013 05/12/2013 MICALLEF JOSEPH R. 2 14/11/2013 13/03/2014 MICALLEF JOSEPH R. 3 21/11/2013 12/12/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 1 11/02/2013 04/04/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 2 28/10/2013 06/11/2013 PADOVANI GRIMA JACQUELINE 3 04/11/2013 07/11/2013 SCHEMBRI ORLAND LORRAINE 1 31/10/2013 27/02/2013 SCHEMBRI ORLAND LORRAINE 2 19/11/2013 27/02/2014 Magistrates SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 1 03/04/2013 04/04/2013 SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 2 18/09/2013 02/10/2013 SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR 3 23/09/2013 04/10/2013 GRIXTI GIOVANNI 1 16/01/2013 17/04/2013 GRIXTI GIOVANNI 2 17/01/2013 25/03/2013 GRIXTI GIOVANNI 3 13/06/2013 07/11/2013 GRIXTI GIOVANNI 4 10/10/2013 18/10/2013 GRIXTI GIOVANNI 5 24/10/2013 18/11/2013 CLARKE DOREEN 1 19/04/2013 24/05/2013 CLARKE DOREEN 2 24/05/2013 12/07/2013 COPPINI PAUL 1 07/02/2013 20/02/2013 COPPINI PAUL 2 06/03/2013 18/04/2013 COPPINI PAUL 3 07/03/2013 16/05/2013 COPPINI PAUL 4 08/03/2013 03/05/2013 COPPINI PAUL 5 05/04/2013 15/05/2013 VELLA GABRIELLA 1 21/02/2013 21/05/2013 VELLA GABRIELLA 2 25/02/2013 04/06/2013 VELLA GABRIELLA 3 27/02/2013 24/04/2013 VELLA GABRIELLA 4 12/03/2013 11/04/2013 VELLA GABRIELLA 5 24/04/2013 10/06/2013 VELLA GABRIELLA 6 16/05/2013 11/07/2013 VELLA GABRIELLA 7 20/05/2013 15/07/2013 VELLA GABRIELLA 8 27/05/2013 17/06/2013 VELLA GABRIELLA 9 28/05/2013 27/06/2013 VELLA GABRIELLA 10 10/06/2013 18/07/2013 VELLA GABRIELLA 11 11/07/2013 24/10/2013 VELLA GABRIELLA 12 15/10/2013 18/11/2013 VELLA GABRIELLA 13 24/10/2013 13/01/2014 VELLA GABRIELLA 14 29/10/2013 07/01/2014 VELLA GABRIELLA 15 31/10/2013 30/01/2014 VELLA GABRIELLA 16 07/11/2013 10/01/2014 VELLA GABRIELLA 17 11/11/2013 21/01/2014 FARRUGIA MARSEANN 1 13/02/2013 08/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 2 18/02/2013 22/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 3 20/02/2013 25/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 4 25/02/2013 22/04/2013 FARRUGIA MARSEANN 5 27/02/2013 26/04/2013 FARRUGIA MARSEANN 6 11/03/2013 22/03/2013 FARRUGIA MARSEANN 7 13/03/2013 06/05/2013 FARRUGIA MARSEANN 8 18/03/2013 12/06/2013 FARRUGIA MARSEANN 9 20/03/2013 10/05/2013 GALEA CHARMAINE 1 07/10/2013 01/11/2013 Adjudicators VELLA NADIA H. 1 11/10/2013 15/11/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 1 08/01/2013 06/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 2 09/01/2013 07/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 3 10/01/2013 12/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 4 11/01/2013 25/01/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 5 18/02/2013 24/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 6 19/02/2013 25/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 7 21/02/2013 30/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 8 25/02/2013 06/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 9 27/02/2013 08/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 10 28/02/2013 09/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 11 04/03/2013 13/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 12 05/03/2013 14/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 13 06/03/2013 15/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 14 07/03/2013 16/05/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 15 11/03/2013 15/03/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 16 14/03/2013 22/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 17 27/03/2013 11/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 18 01/04/2013 05/04/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 19 29/04/2013 25/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 20 30/04/2013 26/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 21 15/05/2013 04/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 22 16/05/2013 08/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 23 29/05/2013 20/06/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 24 10/06/2013 09/07/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 25 11/06/2013 08/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 26 13/06/2013 10/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 27 18/06/2013 15/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 28 19/06/2013 16/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 29 20/06/2013 17/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 30 27/06/2013 22/10/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 31 30/09/2013 03/12/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 32 01/10/2013 04/12/2013 MICALLEF STAFRACE YANA 33 17/10/2013 22/01/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 34 22/10/2013 05/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 35 29/10/2013 11/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 36 31/10/2013 12/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 37 05/11/2013 06/02/2014 MICALLEF STAFRACE YANA 38 21/11/2013 25/02/2014 MIFSUD ATTARD DEBORAH 1 11/03/2013 22/03/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 2 27/03/2013 03/04/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 3 22/04/2013 27/05/2013 MIFSUD ATTARD DEBORAH 4 16/05/2013 27/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 1 28/01/2013 09/04/2013 PSAILA SAVONA KATJA 2 11/02/2013 13/02/2013 PSAILA SAVONA KATJA 3 15/02/2013 20/02/2013 PSAILA SAVONA KATJA 4 28/02/2013 05/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 5 11/03/2013 13/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 6 12/03/2013 13/03/2013 PSAILA SAVONA KATJA 7 18/03/2013 07/05/2013 PSAILA SAVONA KATJA 8 27/03/2013 08/04/2013 PSAILA SAVONA KATJA 9 24/04/2013 05/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 10 07/05/2013 10/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 11 21/05/2013 12/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 12 31/05/2013 10/06/2013 PSAILA SAVONA KATJA 13 09/10/2013 25/11/2013 PSAILA SAVONA KATJA 14 04/11/2013 02/12/2013 PSAILA SAVONA KATJA 15 21/11/2013 03/12/2013 GALEA VINCENT 1 24/01/2013 14/03/2013 GALEA VINCENT 2 25/01/2013 21/02/2013 GALEA VINCENT 3 11/03/2013 06/05/2013 GALEA VINCENT 4 23/04/2013 15/05/2013 GALEA VINCENT 5 25/04/2013 11/06/2013 GALEA VINCENT 6 10/05/2013 17/05/2013 GALEA VINCENT 7 14/05/2013 21/05/2013 GALEA VINCENT 8 15/05/2013 22/05/2013 GALEA VINCENT 9 05/07/2013 27/09/2013 GALEA VINCENT 10 26/09/2013 27/09/2013 GALEA VINCENT 11 01/11/2013 13/11/2013
Leg 12 PQ #6231 Sitting 98 2013-12-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maġistrati — Kawżi ċivili u ta’ libell

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-maġistrati li jagħmlu ċ-Ċivil u kif jiġu assenjati lilhom il-kawżi ċivili u ta' libell?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja Il-kawżi ċivili fil-Qorti tal-Maġistrati (Sede Ċivili) jiġu assenjati fuq bażi ta’ rota lil: Magistrat Dr Consuela Scerri Herrera Magistrat Dr Francesco Depasquale Magistrat Dr Marse-Ann Farrugia Kawżi ta’ Libell jinstemgħu mill-Maġistrat Dr Francesco Depasquale u għal kull kawża ta’ libell li jingħata jinqabeż mir-rota tal-kawzi ċivili. Fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva jippresjedu il-Maġistrat Dr. Gabriella Vella u l-Maġistrat Dr. Charmaine Galea. Il-Maġistrat Dr. Charmaine Galea tippresjedi dawk il-kawżi amministrattivi tal-Ministeru tal-Finanzi; tal-Awtorita’ għat-trasport f’Malta; tal-Awtorita’ tar-Riżorsi f’Malta; u tal-Kummissarju tal-Pulizija; Il-Maġistrat Dr. Gabriella Vella tippresjedi dawk il-kawżi amministrattivi tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar l-Income tax; Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar Duty on Document; kawżi dwar Value Added Tax; kawżi tal-Kontrollur tad-Dwana; u kawżi tal-Malta Communications Authority. Il-Maġistrat Dr. Doreen Clarke tippresjedi fuq dawk il-kawżi meta jkun hemm astenzjoni miż-żewġ Maġistrati l-oħra hawn fuq imsemmija. Qrati u Tribunali (Għawdex) Il-Maġistrati li jagħmlu ċ-Ċivil fil-Qorti ta’ Għawdex huma l-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Josette Demicoli u jiġu assenjati kawża kull wieħed b’mod alternattiv.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – qbid ta’ droga u mobiles

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rapport ta’ kemm inqabdet droga xahar b’xahar fis-snin 2011, 2012 sa Jannar 2013 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jindika kemm inqabdu mobiles f’din l-istess faċilità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Xahar Sena 2011 Sena 2012 Sena 2013 Jannar 4 0 1 Frar 8 2 Marzu 1 2 April 0 6 Mejju 3 2 Ġunju 3 1 Lulju 2 3 Awwissu 1 1 Settembru 0 4 Ottubru 3 2 Novembru 2 8 Diċembru 1 0 Bejn Jannar 2011 u Ottubru 2013 ninforma lil Onorevoli Interpellant li b’kollox inqabdu 97 mobile f’din l-istess Faċilità.

SATU – priġunieri li għandhom problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema parir mexa biex ingħalaq is-SATU li kien qiegħed jiġi rrinovat biex ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet ta’ dawk il-priġunieri li għandhom problema tad-droga u jeħtieġu programm ta’ riabilitazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ mxejt fuq l-ebda parir biex jingħalaq is-Satu, għas-sempliċi raġuni li s-SATU ma’ ngħalaqx minn dan il-Gvern iżda infetah biex ikun jista’ jospita il-YOURS wara li din is-sezzjoni tal-minuri kienet ilha Kordin sa mill-1998. L-Onorevoli Interpellant, probabli tfixkel għax kien il-Gvern preċedenti li ħalla lis-SATU magħluq għal sena u nofs, ma kienx informat.
Leg 12 PQ #6233 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maġistrati – għassa kriminali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-maġistrati kollha jagħmlux l-għassa kriminali u kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Dipartiment Qrati tal-Ġustizzja B’referenza għal din id-domanda, ninforma lill-Onorevoli membru li l-Maġistrati kollha li jaħdmu Malta jagħmlu għassa kriminali ħlief għal l-Maġistrat Dott Saviour Demicoli li huwa assenjat li jagħmel dawk l-inkjesti kollha b’konnessjoni ma inċidenti li jinvolvu inġenji tal-ajru u tal-baħar li jsiru a tenur tal-artikolu 314 u 319 tal-Kap 234 tal-Liġijiet ta’ Malta. Dwar inkjesti pendenti, din hija t-tabella ta’ inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat :- INKJESTI PENDENTI – 30/09/2013 MAĠISTRAT Gabriella Vella 103 Saviour Demicoli 1 Giovanni Grixti 27 Miriam Hayman 174 Audrey Demicoli 27 Marse-Ann Farrugia *469 Anthony Micallef Trigona 89 Doreen Clarke 126 Edwina Grima 128 Claire Stafrace Zammit 101 Consuelo Scerri Herrera 10 Antonio Giovanni Vella 35 Francesco Depasquale 84 Neville Camilleri 38 Carol Peralta 42 Ian Farrugia 24 Natasha Galea Sciberras 23 Aaron Bugeja **18 TOTAL 1519 * Inkluż dawk l-inkjesti li ġew trasferiti mingħand il-Maġistrat Apap Bologna wara li rtira ** Trasferiti mingħand il-Maġistrat Antonio Mizzi wara li ġie elevat għal Imħallef Qrati u Tribunali (Għawdex) Iż-żewġ maġistrati appuntati speċifikament fil-Qorti ta’ Għawdex jagħmlu għassa kriminali. Quddiem il-Maġistrat Dr Paul Coppini hemm 197 inkjesta pendenti, mentri li quddiem il-Maġistrat Dr Josette Demicoli hemm 90.