B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7014, jista' l-Prim Ministru jagħti d-data ta' meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' kamra tan-nar fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll jekk din l-applikazzjoni tinsabx sospiża fid-dawl tal-policy tal-kmamar tan-nar li tinsab għall-konsultazzjoni pubblika? Jista’ jagħti kopja tas-site plan li turi l-art li fuqha qed jiġi propost l-iżvilupp?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk sejħiet għall-ingaġġ ta' uffiċjali mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jinsabx magħluq għal żmien definit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentament għaddejjin numru ta' processi għall-ingaġġar ta' uffiċċjali mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
(ara dokumenti nru PL 2186 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 113 tat-Tlieta, 28 ta’ Jannar 2014)
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Environment Impact Assessment (EIA) tal-power station il-ġdida li ġie ppreżentat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja eletronika fuq CD tal-Environment Impact Assessment (EIA) tal-power station il-ġdida li gie pprezentat lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) u li ukoll tinstab fuq il-website tal-MEPA.
Minhabba l-fatt li dan id-dokument huwa voluminuz , mhux possibli li jiġi ppreżentat bħala print-out.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6684 u jgħid għalfejn b'ittra mibgħuta lill-Kunsill tan-Nutara ittermina l-kirja tal-post li kienet qed jiġi użat minn dan l-istess Kunsill għal dawn l-aħħar 25 sena? X'kien l-użu pubbliku li ġie riferit għalih fit-termination letter?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kunsill Notarili għadu jwagdi l-krija tal-fond li għandu.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6685 u jgħid għalfejn ma kkonsultax mal-Kunsill tan-Nutara qabel ma bagħat l-ittra fejn ittermina l-kirja tal-uffiċċju tal-istess kunsill?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7072.
proprjetà jew art tal-Gvern – Trasferiment lil NGOs
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6617 u jelenka t-trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs fil-leġiżlatura li għaddiet bi kwalsiasi titolu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs fil-leġiżlatura li għaddiet bi kwalsiasi titolu.
proprjetà jew art tal-Gvern – Trasferiment lil NGOs
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6618 u jelenka t-trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza bi kwalsiasi titolu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs bejn Marzu 2013 sal-lum kwalsiasi titolu.
proprjetà jew art tal-Gvern – trasferiment lil NGOs
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6635 u jelenka t-trasferiment tal-artijiet jew proprjetà tal-Gvern li saru lill-NGOs permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari fl-aħħar leġiżlatura, inkluż data, lil min ingħataw u x’proprjetà kellhom? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għal-leġiżlatura 2003-2008?
Jista' l-Ministru jelenka l-guardianship deeds kollha li saru mill-Gvern dwar art jew proprjetà pubblika fl-aħħar leġiżlatura? Jista’ jagħti dettalji ta' dati, lil min saru u dwar liema art?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat mis-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali li fl-aħħar leġiżlatura saru ħames Atti ta’ Kurazija (Guardianship Deeds).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Is-Siġġiewi – Triq l-Imqabba – stallazzjoni ta’ barriers
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5359, jista’ l-Ministru jgħid jekk instabitx soluzzjoni minflok l-istallazzjoni tal-crash barriers fi Triq l-Imqabba li djieqet u qed tiġġenera żieda fit-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li saret spezzjoni fuq il-post mill-periti ta' Transport Malta. Il-crash barrier se tinqala' u se ssir struttura aktar adekwata fi Triq l-Imqabba li ma ddejjaqx it-triq.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-webserver tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt) kien down f’dawn l-aħħar tliet xhur? Kemm dam hekk f’kull istanza?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar, d-down time fil-website kien darbtejn kif se jiġi spjegat. F'Novembru 2013 is-sistema kienet down għal nofs siegħa, u dan sakemm sar tibdil fis-sistema tal-konnetivita tal-internet. Fil-25 ta' Dicembru kien hemm interuzzjoni tas-servizz għal xi ħin u dan is-servizz reġa ġie lura fl-inqas żmien li kien possibli.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mixtla tal-Milorda, il-Furjana (taħt il-ġnien tal-Argotti) hijiex tintuża bħala mixtla? Jekk le, x'inhu l-użu li għandha bħalissa? Jekk għadha tintuża bħala mixtla, hemm ħsieb li l-użu tagħha jinbidel?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija għanda tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jindika fejn wasal il-proċess tas-sejħa ta' ingaġġ ta' clerks mal-Gvern għall-persuni li huma ngaġġati bħala clerks ma' kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Gvern? Ġew ingaġġati persuni mal-Gvern s'issa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-mili ta’ postijiet f’dan il-grad se jsir fiż-żmien opportun skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra (termination letter) li ntbagħtet mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-Kunsill tan-Nutara fejn tal-aħħar ġie infurmat li qed tiġi tterminata l-kirja tal-post użat bħala uffiċċju tal-Kunsill tan-Nutara?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6432, jista' l-Prim Ministru jgħid l-ismijiet tal-persuni jew kumpaniji li favur tagħhom inħarġu l-encroachment permits deskritti bħala "Site for Newspaper Dispensers" u li ħarġu bejn Jannar u Marzu 2013 kif imniżżla fit-tweġiba li l-istess Prim Ministru ta għall-imsemmija mistoqsija parlamentari 6432?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-encroachment permits deskritti bħala "Site for Newspaper Dispensers" u li ħarġu bejn Jannar u Marzu 2013 inħarġu kollha f’isem kumpanija waħda
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6432, jista' l-Prim Ministru jindika liema huma dawk l-encroachment permits li ħarġu bejn Jannar u Marzu 2013 li għalihom hemm il-firma tal-Ministru responsabbli mill-artijiet f'dak iż-żmien?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-encroachment permits kollha li ħarġu bejn Jannar u Marzu 2013, għandhom il-firma tal-Ministru responsabbli mill-artijiet, ħlief għal dawk il-permessi li jkunu koperti wkoll bil-permessi tal-MEPA, MTA u Kunsilli Lokali.
proprjetà jew art tal-Gvern – Trasferiment lil NGOs
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka t-trasferimenti ta' proprjetajiet jew art tal-Gvern li saru lil NGOs bejn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza bi kwalsiasi titolu?