Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ skema oħra għall-ħwienet tal-Belt li għandhom kirjiet kummerċjali jiġġeddu kull sitt xhur? Jekk iva, jista’ jgħid jekk l-iskema hux se tkun miftuħa għall-ħwienet tal-Belt biss jew jekk hijiex se tinfetaħ għal-lokalitajiet oħra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ħruġ ta’ skema oħra li tkun miftuħa ukoll għal-lokalitajiet oħra qed tinħadem.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kien l-independent evaluator kif stqarr mal-gazzetta MaltaToday fil-ħarġa tal-Ħadd 17 ta’ Marzu li ġie mqabbad fil-każ tal-post li dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid xi proċedura intużat biex tqabbad? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-independent evaluator huwa perit impjegat mal-Joint Office u tas-servizz ma tħallas xejn.
B'referenza għall-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fil-Belt Valletta, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jirriżultax lid-Dipartiment tal-Artijiet, li dan l-istabbiliment qed jissulloka l-imwejjed u s-siġġijiet lil terzi, li huwa jkun kera mid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess ta’ mwejjed u siġġijiet li kellu l-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ġie itterminat fil-25 ta’ Frar 2014.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-minimu tal-offerti kif stabbilit mid-Dipartiment tal-Artijiet huwiex qed tiġi mitfugħa fil-kaxxa tat-tenders għal kull tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Artijiet, kif kienet il-prassi fl-aħħar leġiżlatura?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Jekk id-domanda tal-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għall-valur minimu li d-Dipartiment tal-Artijiet ikun lest li jaċċetta meta joħroġ sejħa għall-offerti, allura ninforma lill-Onorevoli Membru li l-prassi fl-aħħar leġizlatura kienet li dan il-valur minimu kien jidher biss fl-Avviz tas-Sejħa għall-Offerti u ma kienx jintefa’ fil-kaxxa tal-offerti.
Peress li f’din il-Leġislatura sar tibdil fil-proċess relatat mas-sejħiet tal-offerti għat-trasferiment ta’ proprjetà, hemm kazijiet fejn sejħiet għall-offerti joħorġu bil-Valur Minimu mitlub mid-Dipartiment u f’dan il-kaz ma jkunx hemm il-bzonn li l-istima tal-Perit tintefa fil-kaxxa tal-offerti, filwaqt li f’kazijiet fejn il-Valur Minimu ma jkunx ser jidher fis-sejħa tal-offerti, allura ssir stima minn Perit li tintefgha ssiġillata fil-kaxxa tal-offerti.
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern – kumitat tat-tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri li jagħmlu parti mill-kumitat tat-tenders fi ħdan id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat tat-Tenders fi ħdan id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa magħmul min dawn il-Membri:-
Is-Sur Raymond Camilleri, Direttur Ġenerali, Chairperson
Is-Sur Stephen Rizzo, Membru
Il-Perit Samuel Formosa, Membru
Rappre¿entant mid-Dipartiment tal-Kuntratti li jrid jiġi appuntat
Is-Sur Mario Spiteri, Segretarju.
Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern – kumitat tat-tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-kumitat tat-tenders fi ħdan id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern? Jista' jagħti d-dati ta' meta tlaqqa’ l-kumitat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Membru li l-Kumitat tat-Tenders fi ħdan id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ilu mwaqqaf mis-sena 2010 u jiltaqa’ darba fil-ġimgħa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttur tad-Dipartiment tal-Artijiet u l-Kummissarju tal-Artijiet jagħmilx parti mill-kumitat tat-tenders fi ħdan id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess għall-immodernizzar tal-gabbani fl-Għadira sabiex ikunu jirrispettaw iktar dan il-post turistiku? Jikkonferma li l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu ssottomettiet l-applikazzjonijiet għall-permessi neċessarji lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta' immodernizzar tal-gabbani ġewwa l-Għadira għadu għaddej u nikkonferma li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ssottomettiet applikazzjonijiet għall-permessi lill-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Infurmat ukoll li l-proċess jinsab fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnedija sejħa għall-ischolarship ta’ Master It? Jekk iva, meta hu mistenni toħroġ din is-sejħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskema ta' scholarship "MASTER it!" kienet iffinanzjata taħt il-Programm tal-ESF 2007 - 2013. Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex tiġi mnedija skema oħra ta' scholarship u qed jiġu esplorati diversi possibiltajiet inkluż li jiġu wżati fondi tal-ESF taħt il-Programm 2014 - 2020.
L-iskema l-ġdida mistennija tiġi mnedija fil-ġimgħat li ġejjin. Is-sit elettroniku www.myscholarship.gov.mt ser tkun aġġornata bl-aħħar dettalji.
B’referenza għall-konferenza ‘Tiġdid għas-Servizz Pubbliku’ li saret l-Erbgħa, 5 ta’ Marzu 2014, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-50 rakkomandazzjoni msemmija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni kemm mal-kapijiet tad-dipartiment u kemm ‘il barra mis-servizz pubbliku u ma jkunx etiku li jitqegħdu fuq il-mejda rakkomdazzjonijiet li diga intqal li mhumiex imnaqqxa fil-blat. L-etika titlob li l-ewwel għandu jintemm il-process ta’ konsultazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Engineering Profession Board il-Ministru naqas milli jaħtar rappreżentant minn fost l-istaff akkademiku tal-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta' Malta, kif stipulat mill-Engineering Act Cap. 321?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Engineering Profession Board ma nħatarx rappreżentant minn fost l-istaff akkademiku tal-Fakulta’ tal-Inġinerija fl-Universita’ ta’ Malta, kif stabbilit permezz tal-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija (Kap. 321), għall-fini li sa dak iż-żmien li ġie maħtur il-Bord, kienet tkun deċiżjoni aktar għaqlija li jittieħdu dawn il-miżuri, minħabba l-fatt li kienu għadhom qegħdin isiru diskussjonijiet dwar kif jista’ jiġi emendat l-Att innifsu. Għaldaqstant inħass il-bżonn li jintgħażlu membri tal-Bord minn fost persuni li jkunu jikkwalifikaw għall-warrant taħt l-Att u li setgħa jsir skont l-Artiklu 6 (3) tal-Att.
Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-premess, ikun aktar għaqli li matul dan il-perjodu tranżitorju ta’ sena li għalih ġie maħtur il-bord preżenti, u kemm-il darba ma jidħlux fis-seħħ l-emendi tal-Att, għandu jiġi maħtur rappreżentant minn fost l-istaff akkademiku tal-fakulta’ tal-Inġinerija fl-Universita’ ta’ Malta kif stabbilit bl-Att.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li ma ngħatax permess sabiex f'Lapsi jiġu stallati mill-ġdid parati (tal-injam) li jintużaw mis-sajjieda sabiex jittellgħu d-dgħajjes mill-baħar? Jista’ jagħti r-raġuni għalfejn dan il-permess mhux jingħata?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li s-slipway f’Għar Lapsi ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jesplora l-possibilità li l-librerija tal-Università ta’ Malta tibda tinfetaħ fit-8 ta’ filgħodu sabiex tkun aċċessibbli għal dawk l-istudenti li jaslu l-Università kmieni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija tal-Università ta’ Malta huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9:00am sat-8:00pm u s-Sibt mid-9:00am sal-12:15pm. Madanakollu, is-sezzjoni tar-Reference, li tinsab fil-qalba tal-Librerija, tinfetaħ mit-8:30am sat-8:00pm kif jidher fuq is-sit elettroniku tal-Librerija ( https://secure.um.edu.mt/library/about/openinghours ). Din s-sezzjoni tokkupa numru sostanzjali ta’ postijiet fejn l-istudenti jistgħu jistudjaw u jagħmlu użu mis-servizzi offruti. Fil-perjodu tal-eżamijiet dawn il-ħinijiet jiġu estiżi u l-Librerija tinfetaħ fit-8:30am sal-11:00pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa, filwaqt li l-ħinijiet tas-Sibt ikunu mid-9:00am sal-4:45pm. Ir-raġunijiet li jimpedixxu li l-Librerija tinfetaħ fit-8:00am flok fit-8:30am huma diversi. Dawn jinkludu l-fatt li l-ewwel xogħol ta’ filgħodu ta’ kuljum irid isir manutenzjoni tal-ixkaffar sabiex il-kotba li jkunu ġew irritornati l-ġurnata ta’ qabel jiġu mqegħda lura f’posthom (shelving) filwaqt li l-impjegati jiżguraw li l-kollezzjoni tinżamm fl-ordni (shelf-reading), tindif tal-Librerija u manutenzjoni kemm tal-binja kif ukoll tas-sistemi elettroniċi. Barra minn hekk dan huwa l-uniku ħin fejn perjodikament isir taħriġ għall-impjegati. Kieku ma jsirx, dan kollu jostakola lill-istudenti mill-istudju, qari u riċerka meta l-Librerija tkun miftuħa. Minħabba l-fatt li dawn it-tipi t’eżerċizzi bl-ebda mod ma jistgħu jitwettqu ladarba l-Librerija tkun miftuħa għall-istudenti u l-akkademiċi, huwa imperattiv li ma jsirx tibdil fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija tal-Università ta’ Malta.
Madanakollu, l-istudenti għandhom aċċess għall-Binja tal-IT Services, fejn il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-8:00am sat-8:00pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Mill-
user area
tal-IT Services
,
l-istudenti jistgħu jaċċessaw ir-riżorsi elettroniċi tal-Librerija.
L-istudenti jistgħu jaċċessaw ir-riżorsi elettroniċi tal-Librerija wkoll mill-kumdità ta’ darhom, kif ukoll minn imkejjen oħra dment li jkollhom aċċess għall-internet.
Jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnedija policy mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) dwar ir-reklamazzjoni tal-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twegiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 6795.
Jikkonferma l-Prim Ministru li hemm proġetti li ġew sottomessi għas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art li l-permess għall-iżvilupp tagħhom għadu qed jiġi pproċessat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)?
Reklamazzjoni tal-art –Kumitat dwar l-għażla tal-proġetti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-membri tal-kumitat li huma nkarigati bl-għażla tal-proġetti tas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jeżisti l-ebda kumitat li huwa nkarigat bl-għażla tal-proġetti tas-sejħa tar-reklamazzjoni tal-art
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex il-performance reviews (inkluż il-performance bonus) għas-sena l-oħra (2013) u l-performance planning għal din is-sena (2014) għadhom ma sarux għas-senior managers fiċ-Ċivil? Jista’ jgħid għaliex hemm dan id-dewmien meta, skont ma jien infurmat,is-soltu dawn kienu jkunu konklużi diġà?