Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #9500 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — parkeġġ - siti simili

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar sit fil-Qawra li se jinbidel f'parkeġġ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern identifikax sit għal użu simili f'Tas-Sliema u f'Paceville?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux faċli illi jiġu identifikati siti aperti simili bħal dak tal-Qawra , f’Tas-Sliema u f’Paceville. Kif l-Onor Interpellant suppost jaf sewwa, ż-żewġ postijiet imsemmija minnu tista' tgħid li huma totalment mibnija. Mandankollu, dan il-Gvern huwa kommess li jagħmel dak kollu possibli sabiex jagħmel il-ħajja aktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozju.

Librerija Pubblika Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-Librerija Pubblika Ċentrali timxi għal xi post ieħor?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ilha tinħass il-ħtieġa li jkun hemm librerija pubblika tal-aqwa kwalità ġewwa l-Belt Valletta. Qiegħed isir eżerċizzju biex tiġi identifikata l-aħjar soluzzjoni biex il-Belt ikollha servizz kif jixraq f’belt kapitali.

Residenza San Vinċenz de Paul — Admission board

Question

Ġaladarba l-Admissions board fir-Residenza San Vinċenz de Paul tneħħa, jista' l-Ministru jgħid kif qed issir l-għażla sabiex jiddaħħlu l-anzjani? Jista' jgħid min qed jagħmel din l-għażla?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Il-process tal-għażla għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwa kompletament f’idejn tim multidixxiplinarju kkordinati minn konsulenti ġerjatriċi. Dan it-tim jieħu ħsieb jeżamina kull applikazzjoni u skont il-livell ta’ dependenza li jirriżulta mill-eżami, tingħata l-priorità għad-dħul.

Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – numru tad-Djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir l-eżerċizzju mid-Door Numbering Unit sabiex id-djar fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi jingħataw numru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju ta’ numerar tal-bibien fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi diġa tlesta mid-Door Numbering Unit imma għalissa ma jistax jiġi ippublikat fil-Gażżetta tal-Gvern. Dan għaliex, bħalma normalment isir f’każijiet bħal dawn, fil-bidu ta’ din is-sena ġejna infurmati uffiċjalment mill-Uffiċċju Elettorali li mill-bidu ta’ Frar 2014 għandha titwaqqaf temporanjament kull publikazzjoni ta’ eżerċizzji ta’ numerar ta’ bibien fil-Gażżetta tal-Gvern minħabba l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-ħruġ tal-Karti ta’ l-Identita’ il-ġodda. L-eżercizzju ta’ numerar fi Triq Dun Manwel Zammit fis-Siġġiewi jiġi ippublikat fil-Gażżetta tal-Gvern hekk kif dan it-twaqqif temporanju jitneħħa mill-Uffiċċju Elettorali.

Is-Siġġiewi – Triq Santa Margerita – numru ta’ djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir eżerċizzju mid-Door Numbering Unit sabiex id-djar fi Triq Santa Margerita fis-Siġġiewi jingħataw numru?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġi diskuss mal-Kunsill Lokali rigward x'inhu l-aħjar li jsir fit-triq imsemmija. Dan għaliex l-ewwel parti ta' Triq Santa Margerita (il-parti il-ġdida) għadha mhux innumerata filwaqt li il-parti il-qadima hija innumerata b'numri konsekuttivi. Qed jiġi diskuss jekk għandhiex tiġi innumerata mill-ġdid it-triq kollha jew jekk għandux jinbidel l-isem tal-parti ta'quddiem tat-triq. B'hekk ma jiġux affetwati ir-residenti tal-parti il-qadima ta' din it-triq.
Leg 12 PQ #9331 Sitting 147 2014-05-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Enemalta — tmexxija ta' canteen

Question

Jista' l-Ministru jgħid min rebaħ it-tender sabiex jitmexxa l-canteen tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-bidder huwa is-Sur Raymond Cordina. Huwa ġie kkuntatjat u dalwaqt mistenni jiffirma l-kuntratt.

Tempji ta’ Ħaġrat — permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni ta' Heritage Malta rigward il-permess għall-iżvilupp li ftit tal-jiem ilu ngħata fuq is-sit kif muri fil-mappa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema sit jaqa’ fil-buffer zone ta' protezzjoni tat-Tempji ta' Ħaġrat fl-Imġarr, rikonoxxut bħala sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal PQ 9123.

Tempji ta’ Ħaġrat — permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-opinjoni tas- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali rigward il-permess għall-iżvilupp li ftit tal-jiem ilu ngħata fuq is-sit kif muri fil-mappa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema sit jaqa’ fil-buffer zone ta' protezzjoni tat-Tempji ta' Ħaġrat fl-Imġarr, rikonoxxut bħala sit ta' Wirt Dinji mill-UNESCO?

Response (BONNICI, OWEN)

L-gvern qed jikkunsidra kif inhu l-aħjar mod li tiġi trattata l-kwistjoni biex jiġi protett is-sit, u dan anke fid-dawl li dan il-post tħalla fiż-żona ta' żvilupp meta twessgħu ż-żoni ta' żvilupp fl-2006.
Leg 12 PQ #9234 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għadira – proċess għall-immodernizzar tal-gabbani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8410, jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn l-ipproċessar tal-permess mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-immodernizzar tal-gabbani tal-Għadira qed jieħu daqstant fit-tul?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li l-MEPA kienet għaddejja f'konsultazzjoni wiesgħa, sabiex jigi maqbul disinn wieħed adattat għal din il bajja. Dan sabiex jitjieb l-ambjent generali tal-aktar bajja popolari fi ġziritna. Issa li wasalna għal proġett aċċettabli se jinħargu l-permessi.
Leg 12 PQ #9235 Sitting 144 2014-05-05 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għadira – proċess għall-immodernizzar tal-gabbani

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8410, jista’l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-Gvern għadux bl-intenzjoni li l-gabbani tal-Għadira jiġu modernizzati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onoroveli Interpellant għar-risposta għal mistoqsija Nru 9234
Leg 12 PQ #8916 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kirjiet kummerċjali – applikazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8607, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet pendenti humiex ukoll se jiġu pproċessati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet kollha qed jiġu evalwati.
Leg 12 PQ #8917 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kirjiet kummerċjali – skema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8608, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk persuna li tkun applikat taħt l-iskema preċedenti hijiex se jkollha l-possibilità li tapplika għall-iskema l-ġdida?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-punt qed jittieħed in konsiderazzjoni fi tfassil ta’ skema ġdida.

Assembly fl-Iskejjel Primarji

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ingħatatx direttiva sabiex ma jsirx is-sinjal tas-salib matul l-assembly fil-bidu tal-ġurnata fl-iskejjel primarji tal-Gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li kemm il-Ministeru, id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kif ukoll ebda Prinċipal ta' Kulleġġ ma ta direttiva li qed jistaqsi fuqha l-Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #8862 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-MEPA — Development Planning Authority

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-rappreżentanti tal-Gvern u l-Oppożizzjoni humiex se jinżammu fil-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bit-tibdiliet li qegħdin jiġu proposti fil-liġi l-ġdida għat-twaqqif tad-Development Planning Authority?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi d-dokument tal-ligi l-ġdida għadu fil-fazi ta' preparazzjoni u għaldaqstant l-informazzjoni ma tistax tingħata f'dan l-istadju.
Leg 12 PQ #8878 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — membri tal-bordijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn is-sejħa għall-membri tal-bordijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġiet ppubblikata biss fil-gazzetta tal-Orizzont?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni korretta.
Leg 12 PQ #8603 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — laqgħat tal-kumitat

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qegħda tattendi għal-laqgħat tal-kumitat tat-tenders tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ebda persuna oħra ma tattendi fil-Kumitat tat-Tenders ħlief il-membri li jiffurmaw dan il-Kumitat.
Leg 12 PQ #8604 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — laqgħat tal-kumitat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament attendiet għal-laqgħat tal-kumitat tat-tenders tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Membru li jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8603.
Leg 12 PQ #8605 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – evalwazzjoni tat-tenders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tal-perit hijiex qed tiġi mitfugħa fil-kaxxa tat-tenders għal kull tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Artijiet, kif kienet il-prassi fl-aħħar leġiżlatura?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Membru li jirreferi għat-Tweġiba li ngħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 8599.
Leg 12 PQ #8606 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kirjiet kummerċjali — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-iskema tal-kirjiet kummerċjali għall-ħwienet tal-Belt li għandhom kera tiġġedded kull sitt xhur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għall-Iskema tal-ħwienet tal-Belt daħlu 82 applikazzjoni.
Leg 12 PQ #8607 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kirjiet kummerċjali – applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ghall-iskema tal-kirjiet kummerċjali tal-Belt ġiet pproċessata?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sbatax –il applikazzjoni ġew proċessati.