Legislature:
Category:
Reset
Active:

Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sports — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-isem tad-ditta tal-persuna li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #9713 Sitting 161 2014-06-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi ma ngħataw l-ebda konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra lill-individwu l-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika d-ditta li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.

Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika d-ditta li qed jirreferi għaliha fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika minn hi d-ditta li qed jirreferi għaliha f’din id-domanda parlamentari.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid min hi d-ditta li qed jirreferi għaliha.

Segretarju Parlamentari għat-Tkabbir Ekonomiku — konsulenza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid min hi d-ditta li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #9696 Sitting 159 2014-06-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħidilna għal liema ditta qed jirreferi.
Leg 12 PQ #9697 Sitting 159 2014-06-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva — konsulenzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarjat, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — konsulenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-isem tad-ditta riferuta fil-Mistoqsija Parlamentari

Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea — konsulenzi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarjat, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (GRECH, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-isem tad-ditta riferuta fil-Mistoqsija Parlamentari
Leg 12 PQ #9700 Sitting 159 2014-06-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-isem tad-ditta tal-persuna li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #9701 Sitting 159 2014-06-09 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika għall-liema ditta qed jirreferi għaliha f’din il-Mistoqsija Parlamentari ġaladarba hi stess qed isemmi ditta legali.
Leg 12 PQ #9642 Sitting 156 2014-06-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – azzjonijiet ta’ infurzar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6434, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm twettqu azzjonijiet ta' infurzar (mhux spezzjonijiet) mid-Dipartiment tal-Artijiet mid-data li fiha ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 6434 sad-data li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, maqsumin xahar b'xahar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta giet imwieġba l-mistoqsija msemmija sal-lum kien hemm 7 azzjonijiet ta’infurzar ; 1 f’Dicembru 2013, 1 f’Jannar , 1 f’April u 4 f’Mejju 2014.

Ex Ħaddiema tax-Xatt – ftehim bejn il-Gvern u l-GWU

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li: a. ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-GWU f’isem l-eks ħaddiema tax-Xatt; b. bil-ftehim il-Gvern intrabat li dawn il-ħaddiema, id-dipendenti u l-werrieta tagħhom jieħdu sehemhom mill-Fond tal-Pensjoni u l-Kontinġenza għall-ħaddiema tax-xatt; u c. dan il-ħlas għandu jsir f’daqqa, bejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2014?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant tajjeb li jkun jaf, li xhur ilu tlabt rapport dwar is-sitwazzjoni tal-Fond tal-Pensjoni u l-Kontinġenza għall-ħaddiema tax-xatt. Dan ir-rapport tlesta u għaldaqstant tlabt biex issir analiżi tal-istess rapport u rakkomandazzjoni li huma mistennija li jkunu lesti bejn l-aħħar ta’ Mejju u x-xahar ta’ Ġunju.
Leg 12 PQ #9496 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — parkeġġ

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar sit fil-Qawra li se jinbidel f'parkeġġ, x'kienet ir-raġuni li l-Gvern ma kkunsidrax jiżviluppa l-art sabiex tinbidel f'parkeġġ b'numru ta' sulari taħt l-art minflok sempliċement surface carpark?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bi skop li kemm r-residenti kif ukoll in-negozji jkunu moqdija aħjar, il-Gvern ħa ħsieb sabiex fi żmien qasir ħoloq surface carpark ta’madwar 250 karozza minn biċċa art illi kienet ilha mitluqa u zdingata għal snin twal. Dan fl-istess art illi tant kienet mitluqa u abbandunata illi Gvern Nazzjonalista kien qal li nsieha fin-negozjati ma’TECOM u kien se jtellifa lill-Poplu Malti u Għawdxi.
Leg 12 PQ #9497 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — parkeġġ bla ħlas

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar sit fil-Qawra li se jinbidel f'parkeġġ, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-użu tal-parkeġġ mill-pubbliku se jkun bla ħlas?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li iva, l-użu tal-parkeġġ mill-pubbliku se jkun bla ħlas.
Leg 12 PQ #9498 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — parkeġġ - spejjeż

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar sit fil-Qawra li se jinbidel f'parkeġġ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża konċernata hijiex se tintuża mill-Community Provisions Parking Scheme tal-MEPA? Jista' jgħid kemm huma l-fondi disponibbli fis-CPPS iddedikati għall-Qawra u Buġibba, b'mod separat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-fondi disponibbli fis-CPPS iddedikati għall-Qawra u Buġibba jinżammu b'mod kollettiv taħt il-lokalita' ta' San Pawl il-Bahar. Il-bilanċ huwa €2,424,451.84.
Leg 12 PQ #9499 Sitting 153 2014-05-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qawra — parkeġġ - operatur privat

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet dwar sit fil-Qawra li se jinbidel f'parkeġġ, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux se jintagħżel operatur privat sabiex jħaddem dan il-parkeġġ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern hu li l-parkeġġ in kwistjoni ma jkunx ġestit minn operatur privat.