Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema tal-MicroInvest

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hu mistenni li tiġi mnedija mill-ġdid l-iskema tal-MicroInvest li toffri inċentivi finanzjarji għan-negozji żgħar u medji sabiex jinvestu u jtejbu l-operat tagħhom? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk investiment li jkun sar matul din is-sena minn intrapriżi żgħar u medji, skont il-linji gwida tal-iskema preċedenti tal-MicroInvest humiex se jikkwalifikaw għall-iskema l-ġdida li mistennija tiġi mħabbra?

Response (CARDONA, CHRIS)

L-iskema MicroInvest għal darb’oħra reġgħet kienet imnedija. Il-linji gwida tal-Inċentiv huwa mtella fuq is-sit elettroniku tal-Malta Enterprise. Kull applikant, li qabel kien jista’ jibbenefika mill-massimu ta’ 25,000 ewro fuq perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, issa se jkun jista’ jibbenefika mill-massimu ta’ €30,000 fuq perijodu ta’ tliet snin konsekuttivi, li jibdew minn krediti ta’ taxxa mogħtija fl-2013. Bħalma wegħdna fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, għall- kumpaniji start-up f’Għawdex l-ammont jitla’ għal €50,000 fuq perijodu ta’ tliet snin konsekuttivi. Barra minn hekk, Malta Enterprise tista’ tapprova krediti ta’ taxxa ekwivalenti għal 45% tal-ispiża eliġibbli. Kumpaniji li joperaw minn Għawdex għandhom 20% addizzjonali bħala bonus. Dan meta fl-iskemi preċedenti il-krediti ta’ taxxa kienu 40% u 60% rispettivament. Barra minn hekk tneħħa r-rekwiżit li tkun sottomessa ‘ trade licence ’ mal-applikazzjoni.

MCAST – Diploma in Business — eżami

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’inhi r-raġuni li l-istudenti tal-MCAST tal-ewwel sena tad-Diploma in Business li poġġew għall-eżami Promoting and Branding (Marketing) f’Diċembru 2013 għadhom mingħajr riżultat, sitt xhur wara li għamlu l-eżami?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li r-riżultati tal-unit Promoting and Branding (Marketing) tad-Diploma in Business inħarġu xahrejn wara t-tmiem tal-unit. Billi, kif jiġri f’ħafna units, numru ta’ studenti m’għaddewx mill-unit u għalhekk kellhom bżonn jagħmlu t-tieni attentat (2nd attempt) għall-assignments imsemmija, dawn saru fi Frar u Marzu, 2014. Ir-riżultati ta’ dawn is-2nd attempts inħarġu fl-10 ta’ Ġunju, 2014.

MCAST — stipendju

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa kull pagament tal-istipendju li student fl-MCAST mistenni li jirċievi? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pagamenti isirux darba kull erba’ ġimgħat jew darba kull xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti jsiru kull erba’ ġimgħat. Id-dati tal-pagamenti huma l-istess bħal dawk tal-ħaddiema taċ-ċivil u ta’ studenti li jattendu f’entitajiet edukattivi oħra bħall-Universita`. Ir-rati tal-istipendju, li jirriflettu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja, huma kif se nsemmi: Studenti li qed jattendu korsijiet minn Livell 1 sa Livell 4 Stipendju Normali €85.45 kull erba’ ġimgħat Stipendju bis-Supplimentari €158.75 kull erba’ ġimgħat Studenti li qed jattendu korsijiet ta’ Livell 5 Stipendju Normali €85.45 kull erba’ ġimgħat Stipendju bis-Supplimentari €286.92 kull erba’ ġimgħat Studenti li qed jattendu korsijiet ta’ Livell 6 (Normal Degree) Stipendju Normali €85.45 kull erba’ ġimgħat Stipendju bis-Supplimentari €286.92 kull erba’ ġimgħat Studenti li qed jattendu korsijiet ta’ Livell 6 (Prescribed Degree) Stipendju Normali €149.54 kull erba’ ġimgħat Stipendju bis-Supplimentari €286.92 kull erba’ ġimgħat Studenti Apprentisti TAS jew ESTS 1 u 2 sena Stipendju Normali €87.64 kull erba’ ġimgħat Stipendju bis-Supplimentari €158.75 kull erba’ ġimgħat Studenti li jfallu jitnaqqsilhom l-istipendju skont kemm ifallu.
Leg 12 PQ #9863 Sitting 164 2014-06-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fil-burokrazija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kemm-il punt perċentwali mill-25% imwiegħed, tnaqqset il-burokrazija s'issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsijiet Parlamentari 3285, 9719, 9720,9721 u 9722.
Leg 12 PQ #9720 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija – proċessi ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-proċessi ġodda li ddaħħlu mill-Kummissarju sabiex tnaqqset il-burokrazija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-mistoqsija parlamentari 9719
Leg 12 PQ #9721 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fil-burokrazija – valur finanzjarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra l-valur finanzjarju li qed jiġi salvat b’riżultat tat-tnaqqis fil-burokrazija mill-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’zieda għall-PQ 9719, l-valur finanzjarju għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin qed jingħata aktar prijorita b’diversi miżuri li ġew elenkati fejn in-nies jistgħu jinqdew b’aktar effiċenza u inqas hela ta’ flus u ħin, fejn fid-dinja ta’llum inqas ħin moħli ifisser inqas spejjez u valur finanzjarju akbar
Leg 12 PQ #9722 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija — laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra bil-laqgħat li kellu l-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija matul din il-leġislatura u sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

In-numru ta’ laqgħat uffiċċjali ma’emtitajiet, organizazzjonijiet u stakeholders oħra kien ta’ 37. Ma dawn il-laqgħat , issiru ukoll laqgħat interni fuq bażi regolari.Saru ukoll numru kbir ta’ laqgħat ma persuni u individwi fuq bażi personali. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perijodu li ġej ha jkun hemm ukoll għadd ta’ laqgħat oħra, kif elenkat fil-mistoqsija parlamentari 9719.
Leg 12 PQ #9723 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – konsultazzjoni dwar tfassil ta’ policy għal ċimiterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fit-tfassil tal-policy dwar iċ-ċimiterji u metodi ta’ dfin, ikkonsultatx ma’ esperti fis-settur? Jista’ jagħti l-ismijiet ta’ dawn l-esperti li kien hemm konsultazzjoni magħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi mfassla din il-policy, l-Awtorità appuntat kumitat tekniku. Dan il-kumitat kien magħmul mil-Perit Raphael Axiak, chairman u rappreżentant tad-Direttorat tal-Ippjanar fi ħdan il-MEPA; Claudine Cardona, rappreżentant tad-Direttorat tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA; Clive Tonna, direttur u rappreżentant tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali; Mario Cassar, rappreżentant tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali; Perit Johann Farrugia, rappreżentant tad-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali; Manuel Sapiano, rappreżentant tal-Awtorità Maltija tar-Riżorsi; u Dr. Anthony Pace, Superintendent għall-Wirt Kulturali. Il-membri ta' dan il-kumitat huma kollha tekniċi u esperti fil-qasam rispettiv tagħhom. Il-kumitat għamel ukoll konsultazzjoni ulterjuri ma' Dr John Mangion li huwa espert fil-ġeoloġija/idrologija u Joe Magro Conti li huwa espert fl-immaniġġjar tal-patrimonju kulturali u naturali. Il-kumitat għamel ukoll riċerka estensiva permezz ta' kotba u studji li saru barra minn Malta rigward dan is-suġġett partikolari. Barra minn hekk, il-policy inħarġet għal konsultazzjoni pubblika sas-6 ta' Gunju 2014 biex kull min ikun irid jagħmel xi suġġerimenti (inklużi dawk tekniċi) ikun jista' jagħmel hekk.
Leg 12 PQ #9724 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – policies taċ-ċimiterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jirtira l-proposta hekk imsejħa resomation magħmula fil-policy għaċ-ċimiterji mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar fejn il-fdalijiet tal-bniedem jinħallu u jintefgħu fis-sistema tad-drenaġġ jew mferrxa fl-għelieqi bħala fertilizzant?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tinkludi proposti għal metodi alternattivi għad-dfin. Metodi alternattivi inaqqsu l-bżonn ta' aktar art għal ċimiterji u għalhekk hemm vantaġġi ambjentali konsiderevoli. Il-policy issemmi xi metodi alternattivi li jintuzaw barra minn Malta u tagħmel referenza għal metodi li għad jistgħu jiġu żviluppati fil-futur. Id-dokument tal-policy jista' jiġi rivedut skont ir-rispons li joħroġ mil-konsultazzjoni pubblika. Iżda, żgur li mhux l-iskop tal-policy li timponi l-introduzzjoni ta' xi metodu partikolari. Bħal ma ġara barra minn Malta, metodu partikolari jiġi introdott jekk ikun hemm domanda għalih mill-pubbliku in ġenerali.
Leg 12 PQ #9757 Sitting 163 2014-06-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Il-Belt – Pjazza Ħelsien – kumpens għar-rilokazzjoni ta’ ħwienet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien il-kumpens li tħallas għar-rilokazzjoni tal-ħwienet fi Pjazza Ħelsien il-Belt minħabba l-proġett ta’ Renzo Piano? Jista’ jinforma kemm kien il-kumpens mogħti lil kull inkwilin b’mod individwali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #9714 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.
Leg 12 PQ #9715 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarju Parlamentari għas-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Tista’ tagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Tista' tagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (DALLI, HELENA)

Jista l-Onor. Interpellant jgħid l-isem tad-ditta li qed jirreferi għaliha.
Leg 12 PQ #9719 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija- deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’deċiżjonijiet ittieħdu mill-Kummissarju għat-Tnaqqis tal-Burokrazija matul din il-leġislatura u sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

B’żieda għal mistoqsija parlamentari 3285, bdiet ħidma fl-oqsma tas-saħħa, Kunsilli Lokali u s-servizzi soċjali li ssarfet f’deċiżjonijiet utli f’dawn l-oqsma fosthom li persuna li tkun laħqet l-età tal-pensjoni , m’għandiex bżonn tapplika għal pensjoni. Rigward il-Kunsilli Lokali, għaddej process preliminari biex ikun hemm simplifikazjoni f’diversi proċeduri fosthom rigward l-metodu tal-ħlasijiet lill kunsilli fejn jidħlu applikazzjonijiet. Fil-qasam tas-saħħa ,qed isiru sensiela ta’ laqgħat mal-partijiet involuti fis-settur biex ikollna stampa aktar ċara biex nibdew nnaqqsu l-burokrazija f’dan il-qasam tant sensittiv. Minbarra dawn, twaqqaf il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Generali bil-għan ewlieni li jlaqqa flimkien il-kapijiet tal-Ministeri/Dipartimenti tal-Gvern, kif ukoll dawk tal-kumpaniji/entitajiet tal-gvern u rapprezentanti tal-Kunsilli Lokali, bl-iskop li jinħolqu aktar komunikazzjoni, koordinazjoni u sinerġiji bejniethom, u jiġu mistħarġa ukoll possibilitajiet ta’ tnaqqis tal-burokrazija f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostennibli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema ditta qed jirreferi għaliha fil-mistoqija.

Segretarju parlamentari għall-Biedja u s-Sajd — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal-liema ditta qed jirreferi għaliha fil-mistoqija.
Leg 12 PQ #9710 Sitting 161 2014-06-10 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (REFALO, ANTON)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika min hi d-ditta li qed jirreferi għaliha.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-isem tad-ditta tal-persuna li qed jirreferi għaliha.