Jista’ l-Ministru jinforma jekk jeżistix xi programm ta’ fondi jew inċentivi għal min huwa interessat jiftaħ boutique hotel billi jikkonverti post antik? Jekk iva, x’għandu jagħmel wieħed biex jibbenefika? Jekk le, il-Gvern għandu intenzjoni li jgħin f’dan is-settur turistiku?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klassifikazzjoni ta’ ‘Boutique Hotel’ ma teżiztix bhala klassifikazzjoni ghal rasha, iżda akkomodazzjoni tat-tip ‘boutique hotels’ tista’ taqa’ f’tip jew ieħor t’akkomodazzjoni.
Għaldaqstant, il-Gvern għandu l-ħsieb li l-klassifikazzjoni ta’
boutique hotel
kif ukoll ta’
palazzin
jiġu fis-seħħ u ntrodotti fil-liġi biex b’hekk, kull mezz ta’ fondi, inċentivi jew kull forma oħra ta’ għajnuna tkun tista’ tiġi kkunsidrata għal min huwa interessat jiftaħ
boutique hotel
jew
palazzin
.
Madankollu, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) qegħda preżentament tgħin lill-applikanti li jkunu se jikkonvertu postijiet antiki biex jibbenifikaw minn tnaqqis fil-miżata tal-applikazzjonijiet tagħhom mal-MEPA.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12316 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha tal-ħaddiema li ddaħħlu mal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippajanar mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn, kemm dawk fuq impjieg definit kif ukoll impjieg indefinit, bis-salarji ta' kull wieħed u l-ismijiet tal-karigi rispettivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed anness fit-tabella t’hawn taħt:
Grade
Salary as at 21.11.14
Assistant Environment Professional Officer
€ 18,967.00
Assistant Officer (Information Systems Development)
€ 18,967.00
Assistant Officer (Project Management)
€ 18,967.00
Chairman
€ 18,182.00
Enforcement Officer I
€ 17,860.00
Enforcement Officer II
€ 19,971.00
Environment Planning Commision Member
€ 33,152.00
Handyman
€ 12,387.00
Secretarial Assistant
€ 14,897.00
Senior Enforcement Officer
€ 24,023.00
Senior Planning Technician
€ 21,322.00
Support Services Assistant
€ 12,387.00
Telephone Operator
€ 12,387.00
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12163 u ċjoè: B’referenza għall-intervista tal-Kap taċ-Ċivil lill-ġurnal The Malta Independent, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem iddaħħal mas-servizz pubbliku għal kull servizz ġdid li saret referenza għalih, biċ-ċifri separati għal kull servizz?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11351 u jgħid jekk jeżistix xi tip ta’ wens għall-persuni li jkunu jinsabu waħidhom bil-lejl?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur ħadem u qed jaħdem biex jiżdiedu servizzi varji biex jindirizzaw il-bżonn tal-anzjani fil-komunita’. Permezz tal-progett pilota ta’ “outreach” fil-komunita’ mill-ħaddiema soċjali tad-Dipartimenti tal-Anzjani ġew ukoll identifikati anzjani vulnerabbli li għandhom bżonn għajnuna speċifika.
Proġett tas-Sikka l-Bajda – applikazzjoni għal Wind Farm
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11158 u jikkonferma jekk irtirax l-applikazzjoni li kien hemm quddiem il-MEPA għall-proġett ta’ wind farm ta’ 90MW fuq is-Sikka l-Bajda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-istudji li saru ġejna infurmati mill-MEPA li hemm impatti negattivi kbar fuq l-ambjent mill-proġett kif propost mill-Gvern preċedenti.
Fondi Ewropej – tarmakk fit-triq mill-Ġgantija għal San Niklaw
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11913 u 12200 li saru lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali, u peress li ġej riferut nagħmel il-mistoqsijiet lilek, jista' l-Ministru jikkonsidra li permezz tal-Fondi Ewropej li ġew imħabbra għal toroq fil-kampanja, meta jingħata wiċċ ġdid lit-triq mill-Ġgantija għal San Niklaw, tingħata t-triq kollha li jkun fadal li twasslet sal-bajja ta' Għar Lapsi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Triq Panoramika (li nifhem li hija t-triq bejn il-Ġgantija u San Niklaw) hija nkluża fil-lista ta’ toroq rurali li jridu jsiru. Madanakollu, it-triq lejn Lapsi m’hiex inkluża. Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant lejn il-Ministeru għall-affarijiet Ewropej minħabba li l-koordinazzjoni għal dawn it-toroq saret minn dan il-Ministeru.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11493 u jgħid kemm hemm ħaddiema bit-teleworking fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il siegħa teleworking għandu kull ħaddiem
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-Residenza San Vinċenz de Paul hemm 24 ħaddiem bit-teleworking kif indikat fit-tabella hawn taħt:
numru ta' ħaddiemanumru ta' siegħat telework fil-gimgħa
78
39
410
113
113.75
216
119
118
320
135
Is-Siġġiewi – Triq Dun Ġużepp Aquilina – numerar tad-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir in-numerar fi Triq Dun Ġużepp Aquilina, fis-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ser issir spezzjoni mid-Door Numbering Unit fit-triq imsemmija sabiex tkun stabbilita is-sitwazzjoni preżenti rigward in-numri tal-bibien f’din it-triq. Jekk tinħass il-ħtieġa li jsir eżerċizzju ta’ numerar tal-bibien, dan ikun maħdum u sussegwentement ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ftit żmien qabel ikun ser isir il-bdil tal-Karti tal-Identita’ fis-Siġġiewi bħala parti mill-eżerċizzju nazzjonali tal-bdil tal-Karti tal-Identità. Għal dan il-għan id-Door Numbering Unit qed twettaq il-ħidma tagħa fid-diversi lokalitajiet b’ko-ordinazzjoni sħiħa mal-Uffiċċju Elettorali u l-IDMO.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kollha tal-ħaddiema li ddaħħlu mal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippajanr mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn, kemm dawk fuq impjieg definit u indefinit, bis-salarji ta' kull wieħed u l-ismijiet tal-karigi rispettivi?
B’referenza għall-intervista tal-Kap taċ-Ċivil lill-ġurnal The Malta Independent, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema li ddaħħlu maċ-Ċivil mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura, kienu neċessarji għas-servizzi ġodda li saret referenza għalihom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kull impjegat li jiddaħħal uffiċċjal pubbliku , huwa meħtieg għas-servizz pubbliku.
B’referenza għall-intervista tal-Kap taċ-Ċivil lill-ġurnal The Malta Independent, jista’ l-Prim Ministru jelenka s-servizzi kollha li ddaħħlu fis-seħħ mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-jum li fih tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Onor Interpellant jagħmel sew jifhem e¿att x’intqal meta saret riferen¿a għal servizzi, fiha hemm inklu¿ ukoll domanda ogħla għal-servizzi.Ġara hekk fis-saħħa u ġara hekk fl-edukazzjoni fost l-oħrajn.
B’referenza għall-intervista tal-Kap taċ-Ċivil lill-ġurnal The Malta Independent, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem iddaħħal mas-servizz pubbliku għal kull servizz ġdid li saret referenza għalih, biċ-ċifri separati għal kull servizz?
Fondi Ewropej – tarmakk fit-triq mill-Ġgantija għal San Niklaw
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11913, peress li kien is-segretarju parlamentari li ħabbar, permezz ta’ konferenza tal-aħbarijiet, li t-triq minn Ħaġar Qim sar-roundabout ta’ Lapsi se tingħata wiċċ ġdid bil-fondi Ewropej, jista' d-Deputat Prim Ministru jispjega għalfejn qed jidderiġini biex nagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat sabiex il-bqija tat-triq sa' Lapsi tingħata wkoll wiċċ ġdid permezz tal-Fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija konċernata ġiet riferuta lill-Ministeru l-ieħor minħabba li r-responsabilita' tax-xogħolijiet hiaj ta' Transport Malta u għaldaqstant ir-responsabilita' taqa' taħt il-Ministeru tat-Transport u l-Infrastruttura.
Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – numru tad-Djar
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9259, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żblokk mill-waqfien temporanju tan-numerar tad-djar fi Triq Dun Manwel Zammit?
Response (MIZZI, JOE)
L-eżerċizzju tan-numerar tal-bibien fi Triq Dun Manwel Zammit se jkun ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ftit żmien qabel ikun se jsir il-bdil tal-Karti tal-Identità fis-Siġġiewi bħala parti mill-eżerċizzju nazzjonali tal-bdil tal-Karti tal-Identità. Għal dan il-għan id-Door Numbering Unit qed twettaq il-ħidma tagħha fid-diversi lokalitajiet b’ko-ordinazzjoni sħiħa mal-Uffiċċju Elettorali u l-IDMO.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir in-numerar tad-djar fi Triq Ramija, fis-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ser issir spezzjoni mid-Door Numbering Unit fit-triq imsemmija sabiex tkun stabbilita is-sitwazzjoni preżenti rigward in-numri tal-bibien f’din it-triq. Jekk tinħass il-ħtieġa li jsir eżerċizzju ta’ numerar tal-bibien, dan ikun maħdum u sussegwentement ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ftit żmien qabel ikun ser isir il-bdil tal-Karti tal-Identità fis-Siġġiewi bħala parti mill-eżerċizzju nazzjonali tal-bdil tal-Karti tal-Identità. Għal dan il-għan id-Door Numbering Unit qed twettaq il-ħidma tagħa fid-diversi lokalitajiet b’ko-ordinazzjoni sħiħa mal-Uffiċċju Elettorali u l-IDMO.
Fondi Ewropej – tarmak fit-triq mill-Ġgantija għal San Niklaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jikkonsidra l-possibilità li permezz tal-fondi Ewropej, minbarra t-triq mill-Ġgantija għal San Niklaw li se tingħata t-tarmakk, tingħata ukoll il-parti l-oħra li twasslek għall-bajja ta’ Lapsi?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11758, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonfermax li mhux se jkun hemm rilokazzjoni tat-tankijiet tal-ħażna għal Ħal Saptan, fiż-żona ta’ Ras il-Wied?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa’ spjegajt, bħalissa qed isiru studji biex jiġu refurbished it-tankijiet eżistenti.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-kumpens ta' €25 li ngħata għall-qtugħ fid-dawl ta' aktar minn 12-il siegħa, dawk li għandhom il-panelli tax-xemx ma ngħatawx kumpens?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-accounts ta’dawk li għandhom il-pannelli għadhom qed jinħadmu.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bit-teleworking fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il siegħa teleworking għandu kull ħaddiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.