Legislature:
Category:
Reset
Active:

Armi tan-nar reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm armi tan-nar reġistrati fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament, skont dawn il-kategoriji: (a) Kollezzjonarji; (b) Kaċċa; (c) Sport; (d) Għaż-żamma; u (e) Oħrajn?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-ammont ta’ armi tan-nar reġistrati fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament, kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. 2013 2014 Collector Licence B 15445 15800 Hunting 26059 27343 Target Shooter A 4348 5257 Target Shooter B 3603 4044 Hunting / Target B 8039 8641 Collector Licence A 3549 4660

Armi tan-nar — liċenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il liċenza tat-tipi ta’ armi tan-nar (kollezzjonarji, kaċċa, sport, għaż-żamma u oħrajn) kienu mħallsa fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Armi tan-nar – dħul minn liċenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul mil-liċenzi tal-armi tan-nar imħallsa għas-snin 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 id-dħul mil-liċenzji tal-armi tan-nar mħallsa kien ta’ €857, 464 filwaqt li matul is-sena 2014 kien jammonta €872, 342.

Armi tan-Nar – għadd ta’ liċenzi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ liċenzi reġistrati għat-tipi u kategoriji kollha ta’ armi tan-nar fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u 2014 rispettivament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2013 kien hemm 30,586 liċenzji reġistrati għat-tipi u kategoriji kollha ta’ armi tan-nar, filwaqt li matul is-sena 2014 kien hemm 31,655.
Leg 12 PQ #15590 Sitting 256 2015-04-01 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Il-Mosta – Triq Durumblat – film set

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-iżvilupp fi Triq Durumblat fil-Mosta, f’¿ona ODZ, huwa film set? Taħt liema regolamenti inħareġ dan il-permess f’żona ODZ? Dan huwa żvilupp temporanju? Jekk iva, meta se jiżżarma? Meta jiżżarma s-sett, iż-żona se terġa’ lura għal li kienet? Kif se jitneħħa l-konkos li ntefa’ fl-għelieqi bħala pedament għall-ħajt ta’ barra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ix-xogħolijiet riferut għalihom jiffurmaw parti minn permess li nħareġ għall-bini ta' film set. Dan il-permess inħareġ taħt is-sistema ta' permessi ta' attivitajiet organizzati, liema sistema tintuża ukoll fil-każ ta' filming f'żoni ta' konservazzjoni speċjali. Dawn jinħarġu taħt l-artikolu 18 ta'l-Avviz Legali 311/2006. Għalkemm din iż-żona m'għandhiex l-istess livell ta' protezzjoni, xorta waħda inħass il-bżonn illi jinħareġ permess b'numru ta' kundizzjonijiet, fosthom il-kundizzjoni li torbot lill-applikanti, b'garanzija ta' €20,000, illi jottemperaw ruħhom mal-kundizzjonijiet kollha tal-permess. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm dik illi teżigi liis-sit jittreġġa lura għall-istat oriġinali tiegħu. Il-bini tal-film set huwa għaldaqshekk temporanju għaliex il-permess jeżigi li is-sit jitreġġa lura għall is-stat oriġinali tiegħu sal-10 ta' Awwissu, 2015. Rigward il-ħajt ta' barra, u t-tfiħ ta' konkos bħala pedament, dan sar billi l-ewwel jew tpoġġiet membrane taħt il-konkos, jew billi tpoġġew blokok rinfurzati. Iż-żewġ metodi jippermettu riversibillità kompluta tax-xogħlijiet.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Senior Correctional Officer u Correctional Supervisor

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15197 dwar ir-riżultati tal-promozzjonijiet għal Senior Correctional Officer u Correctional Supervisor fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jista’ l-Ministru jiċċara jekk dawn il-promozzjonijiet humiex se jingħataw jew humiex se jiġu skartati?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 15197.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – psikologu kliniku

Question

Peress li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm biss psikologu kliniku wieħed, ma jħossx il-Ministru li dawn għandhom bżonn jiżdiedu biex jintlaħaq l-iskop tal-ġustizzja riparattiva? Jekk iva, meta beħsiebu joħroġ is-sejħa għall-ingaġġ ta’ psikologi kliniċi ġodda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali diġa beda jaħdem fuq it-tisħiħ tar-riżorsi umani fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin fost l-oħrajn, sabiex jiżdied n-numru ta’ psikoloġiċi. Bħalissa għaddejin proċeduri mal-awtoritajiet konċernati sabiex joħorġu s-sejħiet għall-imsemmija professjonisti fiż-żmien li ġej.

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku – Senior Correctional Officer u Correctonal Supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-promozzjonijiet għal Senior Correctional Officer u Correctional Supervisor għadhom ma ngħatawx minkejja li dawn ilhom li ġew approvati xhur mill-Public Service Commission?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isir studju dwar il-ħtieġa ta’ riforma fil-gradi u l-iskali tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi.

Applikazzjoni għad-dħul ta’ individwu f’dar għal kura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14664, jista' l-Ministru jinforma fuq l-ipproċessar ta' applikazzjoni tal-individwu li ismu qiegħed jingħata separatament sabiex jiddaħħal f'dar għal kura minħabba l-kundizzjoni ta' diżabilità severa li għandu u fid-dawl li jinsab jgħix waħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Applikazzjoni għad-dħul ta’ individwu f’dar għal kura

Question

Jista’ l-Ministru jinforma fuq l-ipproċessar ta' applikazzjoni tal-individwu li ismu qiegħed jingħata separatament sabiex jiddaħħal f'dar għal kura minħabba l-kundizzjoni ta' diżabilità severa li għandu u fid-dawl li jinsab jgħix waħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru tal-karta tal-identita’ u l-isem mogħtija ma jaqblux.
Leg 12 PQ #14561 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Widows and orphans fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armel/armla huweix jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu tħallsu mill-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qegħdin jintużaw dawn il-fondi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-romol tal-irġiel li kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija li qabel Mejju tal-1979, meta l-iskema waqfet, kienu jħallsu kontribuzzjoni zgħira fix-xahar għall-iskema tar- Romol u ltiema, għadhom sallum igawdu minn pensjoni tar-romol la darba żewghom jiġi nieqes. Din l-iskema taqa taħt Kap. 58 tal-liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #14562 Sitting 242 2015-02-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Widows and orphans fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armel/armla huweix jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu tħallsu mill-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qegħdin jintużaw dawn il-fondi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għal-Mistoqsija Parlamentari nru 14561.

Widows and orphans fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armel/armla huwiex jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu tħallsu mill-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qegħdin jintużaw dawn il-fondi?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għal mistoqsija parlamentari 14561 li saret lill-Ministeru għall-Finanzi.

Widows and Orphans Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armla/armel huwiex jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu kkontribwixxew għalih l-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Widows and Orphans fund ma jaqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.

Kiri ta’ proprjetà lill-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għandu jagħmel sid ta’ proprjetà li jixtieq jikri lill-Gvern il-proprjetà tiegħu għal użu ta’ akkomodazzjoni soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandiex skemi għas-sidien li jixtiequ jikru l-proprjeta’ tagħhom lill-istess Awtorita’ għall-użu ta’ akkomodazzjoni soċjali
Leg 12 PQ #13815 Sitting 234 2015-02-02 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi — Triq is-Sajf - proprjetajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jintervjeni fuq dawk il-proprjetajiet fi Triq is-Sajf Ħal Qormi li kienu ngħataw mill-Gvern fl-1981 u li għadhom fuq konvenju, sabiex dawn il-persuni jsiru sidien ta' djarhom billi jsir il-kuntratt tal-bejgħ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill--Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment behsiebu jieħu l-passi meħtiega biex kif ikun possibbli u malajr kemm jista jkun, tinxtara l-art fi Triq is-Sajf Ħal Qormi li fuqha hemm proprjetajiet li ngħataw mill-gvern fin-1981. Wara, l-art tkun tista tgħaddi għand l-Awtorita’ tad-Djar li minn naħa tagħha tkun tista tirregolarizza l-pożizzjoni tas-sidien li qegħdin fuq konvenju magħha.

Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - culvert

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jistalla culvert fi Triq il-Ħammieri Ħal Qormi li tagħti għall-Wied ta' Ħal Qormi minħabba l-ilmijiet kbar li jinżlu minn Triq il-Ħelsien u t-toroq tal-madwar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li Triq Ħammieri hi waħda mit-toroq li tifforma parti minn kuntratt għal bini ta’ culverts ġewwa Ħal-Qormi.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - karreġġjata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb terġa' tiftaħ il-karreġġjata li ngħalqet fi Triq l-Imdina Ħal Qormi? Sar xi studju dwar kif l-għeluq ta' din il-karreggjata affetwa t-traffiku f'din iż-żona?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-intervent li sar fuq ir-roundabout ta’ Triq Manuel Dimech k/m Triq Mdina k/m Triq Ħal-Luqa kien pożittiv għax laħaq l-għan li jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku fl-inkroċju bejn Triq Manuel Dimech k/m Triq Mdina (Marsa) u għaldaqstant l-intervent li sar mhux ser jitneħħa.
Leg 12 PQ #13534 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż relatati ma’ safar

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati ma’ safar li kellu, flimkien ma’ dawk li akkumpanjawh minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (VELLA, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt lill-Onor. Kollega tiegħu għal-Mistoqsija Parlamentari Nru 12111. L-informazzjoni mid-data tar-risposta li qed nirreferi għaliha qegħda tinġabar u tingħata risposta sħiħa f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #13535 Sitting 228 2015-01-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – spejjeż relatati ma’ riċevimenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispejjeż kollha relatati ma’ riċevimenti li saru mill-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, klassifikati bl-isem ta’ kull riċeviment?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi miġbura. Risposta sħiħa tingħata f'xi seduta oħra.