B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16111, peress li jidher li l-Ministru naqas milli jiċċekkja l-istat tat-triq qabel ma ta t-tweġiba għaliex din diġà hija ffurmata, jista' jwieġeb u jgħid meta se tinfetaħ għall-karozzi peress li bħalissa tinsab b'diżlivell?
MEPA — preliminary assessment dwar sit għall-Università Amerikana
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15987 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preliminary assessment li ġie rrappurtat fil-ġurnal MaltaToday li wettqet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn instab li l-art identifikata għall-Università Amerikana hija aċċettabbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess ambjentali nħareġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Malta u f’Għawdex separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
S’issa, f`Malta, il-MEPA ħarġet tlettax (13) -il permess tat-tip IPPC, mija sebgħa u għoxrin (127) -il permess tat-tip Environmental Permit u tmint-elef wieħed u disgħin (8091) permess tat-tip General Binding Rule (GBR). F’Għawdex il-MEPA ħarġet disgħa (9) permessi tat-tip Environmental Permit u erbgħa mija sitta u ħamsin (456) -il permess tat-tip General Binding Rule (GBR). Ma hemm l-ebda sit f`Għawdex li għandu bzonn permess tal- IPPC.
Bħala permessi pendenti, hemm tlettax (13) -il permess tat-tip IPPC pendenti (kollha Malta), mija tlieta u sittin (163) permess tat-tip Environmental Permit (146 f'Malta u 17 f`Għawdex) u mija sitta u disghin (196) permess tat-tip General Binding Rule (154 f'Malta u 42 f'Għawdex).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il farm għat-trobbija tat-tiġieġ (broilers) għandu permess ambjentali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li għaxart irziezet għat-trobbija tat-tiġieġ, illi ħamsa minnhom jinstabu f'Għawdex, ingħatalhom permess għal-registrazzjoni ambjentali skont AL 106 ta' l-2007.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sprayer għandu permess ambjentali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi id-Direttorat ta' l-Ambjent jagħmel talba ghal-permess ambjentali ladarba l-operatur jissottometti applikazzjoni għal-permess ta' l-izvilupp. Għaldaqstant sa llum, il-MEPA ħarġet permessi ambjentali għal wieħed u għoxrin (21) installazzjoni li fihom attivitajiet ta' spraying. Dawn jinkludu spraying ta' diversi oġġetti fosthom vetturi (13), għamara (2) dgħajjes (1) u affarijiet mixellanji (5).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tekniċi ċċertifikati fir-refriġerazzjoni (certified refrigeration technicians)? Jista’ jikkwota dawk li huma ċċertifikati mill-kors tal-MCAST separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant, biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-miri li għandu pajjiżna għar-riċiklaġġ għas-snin 2018, 2020 u 2022?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miri tal-Gvern fuq l-iskart huma dawk li qegħdin fil-Pjan Nazzjonali għall-Iskart li huwa dokument pubbliku li ġie diskuss f’din il-Kamra.
Skema ta’ taħriġ Enhancing Employability through training
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn iż-żgħażagħ qiegħda li qed jieħdu sehem fl-iskema ta’ taħriġ tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ imsejħa Enhancing Employability Through Training għadhom ma ħadux għajnuna finanzjarja ta’ 80% tal-paga minima kull xahar, minn mindu bdew it-taħriġ fis-16 ta’ Frar 2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tixtieq tiċċara illi l-iskema li qed issir referenza għaliha hija dik ta’ Traineeship li hija parti mill-proġett bit-titlu ta’ Enhancing Employability through Training.
Infurmat li sal-aħħar tal-ġimgħa l-oħra dawk il-persuni li bdew l-iskema fi Frar irċevew il-pagamenti ta’ xahrejn ħlief għal 18-il persuna illi għad għandhom xi dokumenti neqsin, li kienet ir-raġuni għad-dewmien kif spjegat hawn taħt.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-16 ta’ Frar 2015 il-Korporazzjoni daħħlet l-ewwel żewġ gruppi li bdew jieħdu sehem fl-iskema tat-Traineeship. Kien hemm numru ta’ nies illi l-pagament tagħhom ħareġ tard minħabba diversi raġunijiet li jinkludu: kuntratti mhux iffirmati mill-parteċipanti, dettalji bankarji mogħtija ħżiena lill-Korporazzjoni mill-parteċipanti, attendenzi b’firem tal-parteċipanti neqsin jew b’ħinijiet inkorretti jew intużaw attendenzi ta’ skemi oħra minflok dawk maħruġa mill-Korporazzjoni.
Biex tgħaġġel l-ipproċessar ta’ dawn il-pagamenti l-Korporazzjoni ħadet diversi inizjattivi fosthom laqgħat mal-kumpaniji biex dawn jiggwidaw lit-trainees kif għandhom jimlew l-attendenzi, kif ukoll laqgħat mat-trainees infushom biex kulħadd ikun infurmat kif għandu jimla d-dokumenti. Impjegat tal-Korporazzjoni qed jintbagħat ukoll idur il-kumpaniji biex jiġbor id-dokumenti ħalli l-Korporazzjoni tkun f’pożizzjoni li toħroġ il-pagamenti fl-iqsar żmien possibbli. Kif id-dokumenti jkunu korretti l-ħlas ma jdumx biex jiġi pproċessat.
Is-Siġġiewi – Triq Annabelle Vassallo – applikazzjoni għal ftuħ għat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħif fejn waslet l-applikazzjoni sabiex Triq Annabelle Vassallo fis-Siġġiewi tinfetaħ għat-traffiku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma tiftaħx toroq residenzjali għat-traffiku imma tasfaltahom ġaladarba jiġu ffurmati mill-iżviluppaturi. L-asfaltar tat-toroq iffurmati jsir skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibli kif ukoll il-proċess tal-akkwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Forzi Armati ta' Malta — sejħa għall-ingaġġ ta' suldati
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tinħareġ sejħa għall-ingaġġ ta' suldati mal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal issa il-Forzi Armati ta’ Malta qiegħda fil-proċess li tifformula l-applikazzjoni għal sejħa ta ingaġġ ġdid li għandha tiġi ppublika fil-Gazzetta tal-Gvern fi żmien li ġej.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-fidi ta' ċens ta' proprjetajiet residenzjali li kienu daħlu mill-aħħar skema?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-aħħar skema għall-fidi ta' ċens ta' proprjetajiet residenzjali hemm 898 applikazzjoni pendenti, li minnhom 108 huma lesti biex jiġi ppublikat il-kuntratt min-nutara mqabbda mill-istess ċenswalisti.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preliminary assessment li ġie rrapurtat fil-ġurnal MaltaToday li wetqet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippajanar fejn instab li l-art identifikata għall-Università Amerikana hija aċċettabli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk abbandunax il-proġett insemmi għall-Annabelle Vassallo, biswit il-kappella tal-Providenza fil-Limit tas-Siġġiewi? Jekk le, jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux differenzi fis-salarji għall-għalliema li jgħallmu fi skejjel post-sekondarji tal-Gvern u dawk li jgħallmu fi skejjel post-sekondarji tal-Knisja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għalliema li jgħallmu fi skejjel post-sekondarji tal-Knisja jirċievu l-istess salarji, fl-iskali rispettivi, bħal dawk l-għalliema li jgħallmu fi skejjel post-sekondarji tal-Gvern.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern iniedi skema sabiex jinfeda ċens fuq djar residenzjali? Jekk iva, meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalissa il-Gvern m’għandux ħsieb li jniedi l-Iskema tal-Fidi taċ-Ċnus fuq djar residenzjali u dan peress illi għad trid tingħalaq l-iskema preċedenti.
Firearms Licensing Office – reġistrazzjoni ta’ armi tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista kompluta tat-tipi u/jew kategoriji differenti ta’ armi tan-nar reġistrati f’Malta hekk kif stabbiliti fil-kotba tal-Firearms Licensing Office tal-Pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.