Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il sid oriġinali tal-artijiet li kienu għadhom taħt konvenju tħallsu taħt l-ownership scheme maqsumin sena b’sena bejn l-2008 u l-2013 skont il-lokalitajiet differenti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-esproprjazzjonijiet kollha fejn il-ħlas kien jinvolvi permuta, anke f’każijiet fejn il-permuta kienet parti mill-pagament u jindika l-artijiet involuti minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Annessa tinsab lista ta’ Kuntratti ta’ Permuta li saru minn Marzu 2013 sal-lum.
Deed no Data Lokalita
48 01/03/2013 Żejtun
50 05/03/2013 San Gwann, Swieqi
26 07/03/2013 Qala Gozo
16 08/03/2013 M’Xlokk
56 13/03/2013 San Lawrenz Gozo
20 25/03/2013 Sliema
48 6/9/2013 Għaxaq
52 25/9/2013 Rabat Malta
63 11/6/2014 Naxxar
78 17/7/2014 Munxar Gozo
100 21/10/14 Luqa
91 16/12/2014 Valletta
1 6/1/2015 Siġġiewi
10 21/1/15 M’Scala
13 28/1/15 Sliema, Siġġiewi, Qormi, Baħar iċ-Ċagħaq
24 27/2/14 Luqa
26 13/3/15 Munxar Gozo
17 23/3/2015 Swieqi
32 10/4/2015 Zejtun, Baħar iċ-Ċagħaq
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti sabiex Malti-Awstraljan ikun jista’ jġib karta tal-identità Maltija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex wieħed jkollu l-karta tal-identita’ Maltija irid ikun għalaq l-erbatx-il sena, ikun ċittadin Malti, ikollu l-att tat-twelid reġistrat f’Malta u jkollu l-indirizz prinċipali tar-residenza f’Malta.
Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprju
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif id-Dipartiment tal-Artijiet jaħdem l-interessi dovuti fuq kumpens għall-espropriju de facto li sar qabel l-1987? Liema hu l-artiklu fil-liġi li jitlob li l-interessi dovuti għandhom jiġu miżjuda mal-valur tal-kumpens tal-espropriju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Birkirkara – Triq Anġlu Mallia – reserved parking — permess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kaxxa reserved li tinsab quddiem l-iskola primarja ta’ Birkirkara fi Triq Anġlu Mallia għandhiex il-permessi neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li skont records ta’ Transport Malta tali parkeġġ riservat komunali għal persuni b’diżabbilta’ mhux approvat mill-Awtorita’. Dan il-każ ġie diskuss mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara fejn l-Awtorita’ ġiet infurmata li tali parkeġġ jintuża mill-ġenituri ta’ żewġt itfal li jattendu l-iskola primarja ta’ Birkirkara li tinsab biswit l-istess parkeġġ riservat. Għaldaqstant, tali parkeġġ ser jiġi sanzjonat mill-Awtorita’.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-każijiet kollha ta’ tenements tad-Dipartiment tal-Artijiet inkluż ta’ qbiela, li mill-1 ta’ April 2013 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, kien hemm bdil ta’ kundizzjonijiet tal-kirja jew qbiela jew ċens u li ġie awtorizzat mingħajr ma’ ħareġ tender kif trid il-liġi fil-Kap 268 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba u biex tinġabar din l-informazzjoni trid issir manwalment u tieħu ħafna ħin. Madankollu, nfakkar l-Onorevoli Interpellant li kull bdil ta’ kundizzjonijiet tal-kirja jew qbiela jew ċens tista’ ssir skont waħda mid-disposizzjonijiet li tipprovdi l-liġi fil-Kap 268 tal-Liġijiet ta’ Malta u mhux bilfors b’tender.
Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-każijiet kollha tal-Uffiċċju Konġunt, li fl-aħħar snin fdew iċ-ċens temporanju tagħhom wara l-iskema ta’ fidi ta’ ċnus li ħarġet fl-aħħar leġiżlatura, u li mill-1 ta’ April 2013 sal-lum ġiet milqugħa t-talba tas-sidien ġodda ta’ dawn it-tenements biex ikunu eżonerati milli jħallsu l-penali li kienu intrabtu li jħallsu meta fdew iċ-ċens temporanju jekk ikunu se jiżviluppaw il-fond qabel ma jgħaddu ċertu ammont ta’ snin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm ħadd minn dawk is-sidien ġodda ta’ tenements li ċ-ċens temporanju tagħhom ġie mifdi taħt l-iskema u li kienu marbutin li ma jistgħux ji¿viluppaw il-proprjetà sa certu ammont ta’ snin, li ġew e¿entati mid-Dipartiment milli jħallsu l-penali dovuti. Kull min informa lid-Dipartiment li ma jridx jibqa’ marbut bil-kundizzjonijiet li ma jippermettux ¿vilupp tal-proprjetà, ħallas il-penali kif kien stipulat fil-kuntratt ta’ fidi taċ-ċens temporanju.
Dipartiment tal-Artijiet – esproprjazzjonijiet ta’ art – ammonti dovuti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu, anke jekk b’mod approssimattiv jekk mhux preċiż, in-numru ta’ persuni li d-Dipartiment tal-Artijiet għandu jagħtihom arretrati ta’ kumpens għall-esproprju ta’ artijiet tal-passat liema ammonti ma jaqbżux il-€50,000 (liema €50,000 iridu jinkludu kemm l-ammont dovut kif ukoll l-imgħax legali dovut sal-lum)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa hemm mall-mitt każ magħruf fejn is-sidien ressqu t-talba tagħhom għall-kumpens, liema ammont dovut ma jaqbiżx il-€50,000 u jinkludi wkoll l-imgħax legali dovut.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar sentejn kienx hemm bdil fl-enfitewta tal-art fejn sa ftit żmien ilu kien hemm il-fabbrika tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tinsab fil-limiti tal-Mosta? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċedura ntużat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li fuqha kien hemm mibnija l-fabbrika tal-individwu li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, ilha li nbiegħet mill-Gvern sa mill-2005 permezz ta’ kuntratt ta’ tpartit.
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li ngħataw lill-Internal Audit Investigations Department (IAID) meta intalbu sabiex jinvestigaw l-esproprijazzjoni ta’ Strada Zekka?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirriferi lill-Onor Interpellant għal artiklu 16 kap 461 li jispeċifika kif isiru investigazzjonijiet mill-IAID. Kien fuq din il-bazi li jien tlabt l-investigazzjoni li qed issir riferenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-IAID għandu kull fakulta li bla rbit ta' xejn jinvestiga dak li jidhirlu li għandu jinvestiga.
Skema ta’ taħriġ Enhancing Employability through training
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16110, jista' l-Ministru jgħid għalfejn żgħażagħ qegħda li qed jieħdu sehem fl-iskema ta' taħriġ tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ imsejħa Enhancing employability through training reġgħu, għat-tieni darba, ma ħadux l-għajnuna finanzjarja ta' 80% tal-paga minima għax-xahar ta' Mejju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-iskema Traineeship Scheme. Taħt din l-iskema ta’ taħriġ, il-ħlas tal-allowance huwa bbażat fuq skeda ta’ attendenza għal perjodi maqsumin f’erba’ ġimgħat.
Nifhem ukoll li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-ħlas dovut għax-xahar ta’ Mejju, jiġifieri għal perjodu bejn is-27 ta’ April u l-24 ta’ Mejju, 2015.
Trainees għandhom ġimgħa wara l-għeluq tal-perjodu ta’ erba’ ġimgħat sabiex jippreżentaw dokumentazzjoni tal-attendenzi tagħhom kompluti u korretti. Il-ħlas tal-allowance jinħareġ fid-data tal-għoxrin (20) tax-xahar ta’ wara d-data tal-għeluq ta’ dan il-perjodu, u dan sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ tivverifika l-korrettezza tad-dokumentazzjoni u taħdem il-ħlas dovut. Għall-perjodu msemmi l-ħlas se jkun qiegħed isir fl-20 ta’ Ġunju, 2015.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-proċedura sabiex Malti-Awstraljan jikseb il-liċenzja Maltija tas-sewqan, jekk ikollu fis-seħħ liċenzja tas-sewqan Awstraljana?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li sabiex Malti-Awstraljan jikseb il-liċenzja Maltija tas-sewqan, jekk ikollu fis-seħħ liċenzja tas-sewqan Awstraljana, irid japplika għal tibdil fil-liċenzja. Dan huwa possibli permezz ta’ arranġament bejn iż-żewġ pajjiżi li jagħrfu lil xulxin u jbiddlu l-liċenzji bejniethom.
Il-klijent irid ikun residenti Malta mill-inqas 185 jum, irid jipprovdi l-karta tal-identita’ Maltija jew kopja tal-Kard ta’ Residenza Maltija, jintalab jimla l-formola DRV 14, u jippreżentaha flimkien mal-liċenzja Awstraljana u l-konferma oriġinali tad-dettalji tal-liċenzja Awstraljana maħruga direttament mill-Awtorita’ li tkun ħarġitha.
La darba kollox ikun verifikat (dettalji kollha jaqblu u ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni) tkun tista’ tinħareġ il-liċenzja Maltija fuq pagament applikabbli (jista’ jvarja skont l-eta’ – normalment €80 għal 10 snin). Il-Liċenzja Awstraljana tiġi rritornata lill-klijent wara li tinżamm kopja għar-records tal-Awtorita’.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm jista’ jinqabad tonn minn sajjieda full-time, part-time u min jipprattika s-sajd bħala passatemp?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond it-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari tul l-istaġun ta’ dis-sena, is-sajjieda full-time u dawk part-time li jistadu permezz ta’ konz, kollettivament jistgħu jaqbdu sa 39,837 kg ta’ tonn, skond l-Awtorizzazzjoni tas-Sajd tat-Tonn maħruġa lilhom. Il-purse seiner jista’ jaqbad sa 130,667kg. filwaqt li dawk li jipprattikaw is-sajd bħala passatemp u għandhom l-awtorizzazzjoni meħtiega, jistgħu jaqbdu sa 2,000 kg bejniethom.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Tista’ tgħid x’inhuma l-karigi li jokkupaw?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm tlettax-il ħaddiem full time u tnejn oħra part-time mal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC). Il-karigi li jokkupaw dawn il-ħaddiema huma;
· Executive Chairman
· Head of Administration
· PA to Chairman (Technical)
· PA to Chairman (Communications)
· BICC Secretary
· Education Officer
· Customer Care
· Senior Clerk
· Messenger
· Driver/Photographer
· Time Keeper
· Receptionist
· Driver to Chairman
· EU Head of project (part-time for 12 months)
· EU project Coordinator (part-time for 12 months)
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra legali li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kitbet liċ-Chairman tal-BICC għan-nom ta' wħud mill-ko-propjetarji tal-bini, mertu tal-istorja li dehret fil-paġna ta' quddiem tal-ġurnal The Sunday Times tal-Ħadd 31 ta' Mejju 2015? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba li l-BICC jew xi dipartiment ieħor ta bħala tweġiba għall-imsemmija ittra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra legali li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kitbet liċ-Chairman tal-BICC għan-nom ta' wħud mill-ko-propjetarji tal-bini, mertu tal-istorja li dehret fil-paġna ta' quddiem tal-ġurnal The Sunday Times tal-Ħadd 31 ta' Mejju 2015? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba li l-BICC jew xi dipartiment ieħor ta bħala tweġiba għall-imsemmija ittra?
Dipartiment Proprjetà tal-Gvern – xiri ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li f’Jannar 2015, id-Dipartiment Properjetà tal-Gvern xtara kwart indiviż biss tal-proprjetà li ssemmiet fil-paġna ta’ quddiem tal-ġurnal The Sunday Times tal-Ħadd 31 ta’ Mejju 2015 biex ftit ġimgħat wara l-istess dipartiment xtara kwart indiviż ieħor? Jista’ l-Prim Ministru jispjega kif id-Dipartiment tal-Artijiet f’Jannar ma kienx jaf li kellu jixtri nofs indiviż ieħor?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għall-stqarrija għall-istampa nru 151300 li ħarġet fil-5 ta’Ġunju 2015 u għall-stqarrija għall-istampa nru 151321 li ħarġet illum it-8 ta’Ġunju 2015. Kopji tagħhom qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-akkwist tal-ewwel kwart indiviż tal-proprjetà li saret referenza għaliha fil-paġna ta’ quddiem tal-ġurnal The Sunday Times tal-Ħadd, 31 ta’ Mejju 2015 kienx suġġett għal spezzjoni mill-perit tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jgħid x’valutazzjoni ta l-perit tal-proprjetà bil-prezz tas-suq skont il-liġi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid l-art jew aħjar pjazza interna li hemm fil-kumpless li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fix-Xewkija Għawdex hijiex art pubblika jew inkella art privata? Jista' jgħid jekk hiex responsabilità tal-Ministeru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat illi l-art jew dik li qed issejħilha pjazza interna msemmija, hija spazju pubbliku użata bħala parkeġġ mill-pubbliku, u liema spazju pubbliku huwa aċċessibbli għall-istess pubbliku f’kull hin u bi kwalsiasi mod.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-okkupant fuq is-sit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux titlu? U jekk iva, x'titlu għandu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-okkupant kellu titlu ta’ kirja li ma reġgħetx ġiet imġedda wara t-28 ta’ Lulju 2014 u dan minħabba ksur fil-kundizzjoni tal-Kuntratt.