Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #17991 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ Acquisition/Recognition rents kapitalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministrun jwieġeb mistoqsija parlamentari 17600 u jelenka kemm każijiet ta’ acquisition/recognition rents ġew kapitalizzati (fl-aħħar sentejn) ta’ esproprji li kienu bil-possession and use? Jista’ jgħid f’liema bliet jew irħula kienu dawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar sentejn kien hemm total ta’ 167 ka¿ li kienu bil-possession and use u li kellhom l-acquisition/recognition rent ikkapitalizzat. Minn dawn 91 każ kellhom l’acquisition/recognition rent ikkapitalizzata kollha filwaqt li 76 każ kellhom sehem indiviż ikkapitalizzat. Dawn il-proprjetajiet kienu fil-lokalitajiet tal-Birgu, Bormla, l-Isla, l-Marsa u l-Belt Valletta.
Leg 12 PQ #17992 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17614 u jgħid x’kien l-iskop pubbliku għal kull każ li semma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17445 fejn tħallas l-espropju b’permuta, fl-intier jew parti minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17890 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

House of Four Winds — kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data wara Marzu 2013 li l-Bank of Valletta talab lid-Dipartiment tal-Artijiet biex it-titlu ta' kera li kellu fuq il-House of Four Winds isir wieħed ta' emfitewsi? Jista' jgħid meta tali talba ġiet milqugħa mill-Gvern? Jistax jikkwota l-artikolu tal-Liġi li in forza tiegħu l-kera saret emfitewsi f'dan il-każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17891 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

House of Four Winds — kera

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-workings kollha biex il-Gvern u l-BOV waslu għas-somma li l-Bank ħallas sabiex ingħata titolu ta' emfitewsi flok kera fuq il-House of Four Winds? Kemm kienet is-somma li l-Bank ħallas lill-Gvern biex inbidel it-titolu legali tiegħu fuq il-House of Four Winds?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

AFM – Maritime Squadron – bini ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-Perit wara l-bini l-ġdid tal-Maritime Squadron tal-AFM u kemm tħallas għal dan ix-xogħol?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit wara l-bini l-ġdid tal-Maritime Squadron tal-AFM huwa il-Kurunell Robert Vella FAM assistit minn Periti mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura. Ninformah ukoll li ma rċeviex ħlas addizjonali b’konnessjoni ma dan il-proġett.

AFM – Maritime Squadron – bini ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-bini l-ġdid tal-Maritime Squadron tal-AFM fil-Port il-Kbir kemm ser jiġi jqum flus?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett msemmi se jiġi jqum € 4,472,883.
Leg 12 PQ #17894 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, mis-sena 2013 sal-lum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment , la fis-snin li għaddew u lanqas illum ma kienx iżżomm statistika ta’ proprjetajiet li oriġinarjament kienu ngħataw b’encroachment u wara saret talba biex jinqaleb b’titlu ta’ kera wara sejħa għall-offerti.
Leg 12 PQ #17895 Sitting 292 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, sena b’sena mill-2013?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Membru li jirreferi għat-tweġba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 17894.
Leg 12 PQ #17657 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17445 jista' l-Prim Ministru jagħti l-indirizz speċifiku għal kull każ ta' espropriju li ssemma fir-risposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf ben tajjeb l-Onorevoli Membru, artijiet illi jinbiegħu u jinxtraw jiġu deskritti fil-kuntratti relattivi, bil-lokalità, daqs u l-irjieħat biss u mhux b’indirizz speċifiku. Annessa hawn l-informazzjoni neċessarja li turi l-kuntratti li saru fuq dawn l-artijiet. Numru tal-Kuntratt Data tal-Kuntratt Deskrizzjoni tal-Proprjetà li ngħatat bi tpartit 48 01/03/2013 Land tal-Kotob Zejtun 50 05/03/2013 Land ta' Wied Ghollieqa San Gwann & Land at Ta' Xghajrat Swieqi 26 07/03/2013 Land at triq il-Wardija Qala Gozo 16 08/03/2013 Land tat-Torba M'Xlokk 56 13/03/2013 Land tal-Karruzzin San Lawrenz Gozo 20 25/03/2013 Land at Fort Cambridge Fortina Sliema 48 06/09/2013 Land at Ghaxaq 52 25/09/2013 Land Tal-Hawlija Rabat Malta 24 27/02/2014 Land at Luqa 63 11/06/2014 Land at Zejtun - Naxxar 78 17/07/2014 Divided portion of land at Munxar Gozo 100 21/10/2014 Land at Luqa 91 16/12/2014 Premises in Valletta (3/56 share )ta' blokk bini bl-arja rispettiva tieghu li jinsab Triq San Kristoforu, il-Belt Valletta kantuniera ma’ Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta, 1 06/01/2015 Land ta Bennieri Siggiewi 10 21/01/2015 Land at M' Scala 13 28/01/2015 Dirett Dominium ta' fond Nru 73 Triq Manwel Dimech Sliema k/m Triq Gwann il-Battista Str Sliema, Land at Siggiewi, Qormi & Bahar ic-Caghaq 26 13/03/2015 Land at Xlendi Munxar Gozo 17 23/03/2015 Land at Swieqi 32 10/04/2015 Land at Zejtun & Bahar ic-Caghaq
Leg 12 PQ #17599 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — Home Ownership Plots

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka n-numru ta’ Home Ownership Plots li fl-aħħar sentejn id-Dipartiment tal-Artijiet ħallas lis-sidien oriġinali tagħhom għall-art meħuda bejn l-1981 u l-1983 u b’hekk min bena daru fuq dawn il-plots issa sar sid ta’ daru għall-ewwel darba? Jista’ jelenka l-ibliet jew rħula ta’ dawn il-każijiet li ġew solvuti fl-aħħar sentejn u kemm tħallsu flus għal dan fl-aħħar sentejn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma jirrizultax li f’dawn l-aħħar sentejn sar hlas lil sidien ta’ art li ttieħdet mill-gvern għal skop ta’ Home Ownership bejn is-snin 1981 u 1983.
Leg 12 PQ #17600 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każijiet ta’ Acquisition/Recognition rents kapitalizzati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka kemm każijiet ta’ acquisition/recognition rents ġew kapitalizzati (fl-aħħar sentejn) ta’ esproprji li kienu bil-possession and use? Jista’ jgħid f’liema bliet jew irħula kienu dawn?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17601 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – allokazzjoni ta’ proprjetà fi Pjazza San Ġwann mid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk minn Marzu 2013, id-Dipartiment tal-Artijiet allokawx, taħt kwalsiasi titlu, xi proprjetà fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, jew xi fond (inkluż appartament) li jagħti għal fuq din il-pjazza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17612 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17488 u jgħid kif id-Dipartiment tal-Artijiet jaħdem l-interessi dovuti fuq kumpens għall-esproprju de facto li sar qabel l-1987? Liema hu l-artiklu fil-liġi li jitlob li l-interessi dovuti għandhom jiġu miżjuda mal-valur tal-kumpens tal-esproprju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imgħaxxijiet dovuti fuq kumpens għall-esproprjazzjoni de facto li saret qabel l-1987 u li dwarha ma kienx hemm Dikjarazzjoni mill-President ta' Malta, jiġu kkalkulati bil-5% fuq il-valur tal-art fid-data ta' teħid ta' pussess mill-Gvern ta' l-art in kwistjoni, u dan skont il-provediment tal-Artiklu 7(2)(a) tat-transitory provisions tal-Ordinanza dwar l-Akkwist tal-Artiiet għal Skopijiet Pubbliċi Kapitolu 88 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Leg 12 PQ #17613 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ownership Scheme – sidien oriġinali tal-artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17444 u jgħid kemm-il sid oriġinali tal-artijiet li kienu għadhom taħt konvenju tħallsu taħt l-ownership scheme maqsumin sena b’sena bejn l-2008 u l-2013 skont il-lokalitajiet differenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17614 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lista ta’ esproprjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-iskop pubbliku għal kull każ li semma fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17445 fejn tħallas l-espropju b’permuta, fl-intier jew parti minnu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Is-Siġġiewi — Triq Mons. Mikiel Azzopardi - miżuri għat-tnaqqis ta' veloċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għadiex tal-opinjoni li m'għandhiex tiġi stallata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi? Jista' jgħid x'miżuri beħsiebha tieħu Transport Malta sabiex Triq Mons. Mikiel Azzopardi tkun iktar sigura, wara numru ta' inċidenti li seħħew li jikkonfermaw il-bżonn ta' miżuri li jnaqqsu l-veloċità tal-vetturi? Jista' jikkonferma jekk kellux taħdidiet ma' Transport Malta dwar il-periklu li jeżisti fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi minħabba s-sewqan b'veloċità eċċessiva? Jista' jinforma lill-Kamra bl-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Transport Malta qed tiġbor aktar informazjoni dwar veloċitajiet, volum tat-traffiku, numru ta’ pedonali u numru u tip ta’ inċidenti sabiex il-Kumitat tat-Traffiku jkun f’pożizzjoni li jevalwa u jfassal deċiżjoni nfurmata dwar miżuri vijabbli għal din it-triq.
Leg 12 PQ #17537 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xewkija Għawdex — art f' Kumpless

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16558, jista' l-Ministru jikkonferma li l-koperattiva indikata fil-mistoqsija preċedenti mhijiex il-propjetarju u ma għandha l-ebda dritt fuq l-art jew aħjar pjazza interna li hemm fil-kumpless li d-dettalji tieghu qed jinghataw separatament fix-Xewkija, Għawdex? Jekk din l-art hija art pubblika kif il-Ministru qal li hi fir-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 16558 allura għaliex iż-żewġ entraturi għal din l-art jistgħu jingħalqu u kull tant ikunu wkoll magħluqin għall-pubbliku in ġenerali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mar-risposta preċedenti.
Leg 12 PQ #17538 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — tindif ta' plot

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li l-MEPA tieħu l-passi neċessarji sabiex plot li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi mnaddfa u mdawwra b'ħajt kif titlob il-Liġi u dan peress li din qed tintuża biex fiha jintrema kull tip ta' żibel u qed tikkawża rwejjaħ li jdejqu lir-residenti kif ukoll qed jitrabbew fiha ammont ta' ġrieden li qed jidħlu fid-djar tar-residenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sid l-art naddaf il-plot imsemmi u l-MEPA qed tassigura li l-għalqa tigi mdawra b'ċint sabiex tonqos il-possibilità li s-sit ikun ta' inkonvenjent lir-residenti.
Leg 12 PQ #17442 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Management Efficiency Unit — rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-Management Efficiency Unit dwar ir-riorganizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17443 magħmula mill-istess Onor. Interpellant.
Leg 12 PQ #17443 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Management Efficiency Unit — rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk ir-rapport imħejji mill-Management Efficiency Unit dwar ir-riorganizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Artijiet jirrakkomandax li l-Estate Agents għandhom ikunu involuti fl-operat tad-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista’ jispjega x’tinvolvi din il-proposta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Management Efficiency Unit huma rizultat ta’ proċess mibdi fl-2008 u mwaqqaf fl-2010 għax il-gvern dak iż-żmien raħ mhux meħtieġ iktar. Il-Gvern preżenti reġa' beda l-proċess immedjatament fl-2013 u r-rakkomandazzjonijiet issa waslu għand il-Gvern. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom rakkomandazzjonijiet. Il-Gvern qed jeżaminahom bir-reqqa u determinat li jħejji t-triq ‘il quddiem għad-dipartiment imsemmi.