Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20196 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ex-ħaddiema taċ-Ċivil – pensjonanti — ħlas taż-żieda tal-collective agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pensjonanti li huma ex-ħaddiema taċ-ċivil, se jitħallsu ż-żieda tal-collective agreement għas-snin 2014 u 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #20197 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-ħaddiema taċ-Ċivil – pensjonanti — ħlas taż-żieda tal-collective agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-pensjonanti li huma ex-ħaddiema taċ-ċivil, se jitħallsu ż-żieda tal-collective agreement għas-snin 2014 u 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #20198 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19812 u jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kontra avviż ta’ infurzar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ grada li qiegħda tagħlaq aċċess pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Minn informazzjoni pprovduta mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jirrizulta li nħarġet AvviŻ tal-Infurzar u ta' Twettieq ECF182/15 fit-28 t’Awissu 2015 u dan l-AvviŻ ġie ppreŻentat lis-sid u lill-okkupant fil-15 ta’ Settembru 2015. L-AvviŻ jagħti sittax-il gurnata Żmien sabiex titneħħa l-barrikata li saret mingħajr permess. Minn spezzjoni li saret fid-19 ta’ Ottubru 2015 irrizulta li l-barrikata ma tneħħietx minkejja diversi tentattivi mill-Uffiċċjali tal-Infurzar sabiex min għamel dan l-iŻvilupp illegali jneħħi din il-barrikata minn jeddu. F’dan l-istadju l-kaŻ qed jigi riferut lis-sezzjoni tal-Azzjoni Diretta sabiex tittiehed iktar azzjoni.
Leg 12 PQ #20199 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tender għal kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19606 u jgħid jekk hux minnu li parti mit-tender għall-kiri ta’ karozzi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kisirx waħda mir-regoli tal-kuntratt tal-għoti tat-tender minħabba l-fatt li s-servizz ma bediex jingħata minkejja li kien hemm data stipulata li fiha kellu jibda s-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għal snin sħaħ il-MEPA kienet tikri mal-50 karozza b’direct order. Fix-xhur li għaddew il-MEPA ħarget tender sabiex tingħata opportunita lil kull operatur fis-suq. L-għotja ta’ dan it-tender kienet ibazzata fuq l-irħas rati li jigu sottomessi. Ninsab informat mill-MEPA li fuq medda ta’ għaxar snin l-ispiża ta’ din l-Awtorita fuq kiri ta’ karozzi b’direct order laħqet it-€3 miljun. Bil-kuntratt preżenti, li ingħata lil min offra l-irħas offerta, il-MEPA qed tistenna li se tnaqqas l-ispiza tagħha fuq kiri ta’ karozzi b’€271,000 fuq medda ta’ 5 snin. Minn tagħrif mgħoddi lili mill-MEPA jirriżulta li wieħed mill-operaturi kien tard b’numru ta’ gimgħat fil-konsenja tal-karozzi. Waqt li tagħraf li kien ikun ħafna ahjar kieku l-konsenja tal-karozzi saret fiz-zmien, il-MEPA informatni li ma kienx hemm ksur tal-kuntratt kif jingħad mill-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #19812 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – avviż ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra avviz ta’ infurzar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta’ grada li qiegħda tagħlaq aċċess pubbliku?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Is-Siġġiewi – Għassa tal-Pulizija — ftuħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata mill-bidu ta’ din is-sena kienet miftuħa l-għassa tal-Pulizija fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li l-għassa tal-pulizija fis-Siġġiewi tibda tkun miftuħa 24 siegħa kuljum? Jista’ jieħu azzjoni sabiex l-għassa tas-Siġġiewi tkun miftuħa aktar ta’ spiss fl-immedjat sakemm tittieħed deċiżjoni biex din tkun mgħassa 24 siegħa kuljum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi l-għassa tal-Pulizija fis-Siġġiewi ma nfetħitx tnejn u ħamsin (52) darba mill-bidu ta’ din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru. L-iktar perjodi li ma nfteħitx kienu fi ġranet fejn l-ammont ta’ festi u attivitajiet oħra fid-distretti kollha, kien tant għoli, li dan ma setgħax jiġi evitat. Madankolu, matul l-istess perjodu fejn l-għassa kienet magħluqa, ir-ronda bil-vetturi tal-Pulizija komplit. Hemm il-ħsieb illi bħal għases oħra l-għassa tal-Pulizija fis-Siġġiewi tkun miftuħa erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Diġa bdiet tittieħed azzjoni f’din id-direzzjoni u f’dan id-distrett fix-xahar ta’ Ottubru żdiedu xi uffiċċjali.

Waste Management Plan — feasibility Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-feasibility plan li hemm imsemmi fil-Waste Management Plan 2014-2020 dwar l-istrateġija li għandha tiġi adottata għar-rimi u trattament tal-iskart? Jista' jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għall-esportazzjoni tal-iskart? Jista' jgħid kemm fadal spazju f'termini ta' kwantità u persentaġġ għar-rimi tal-iskart fil-landfill tal-Għallis?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti l-feasibility plan dwar l-istrateġija li għandha tiġi adottata għar-rimi u trattament tal-iskart huwa mistenni li jkun iffinalizzat sa tmiem din is-sena. Dan il-feasiblity plan huwa wieħed li qed jiġi mfassal minn esperti barranin, u qiegħed jiffoka fuq il-‘feasilibty’ li Malta tinvesti f’Waste to Energy Treatement Plant (Impjant li jiġġenera l-enerġija mill-iskart). Rigward l-esportazzjoni ta' skart, il-Ministeru ikkummissjona studju biex janalizza l-cost effectiveness ta' tali miżura. Ladarba dan l-istudju jkun iffinalizzat fix-xhur li ġejjin, il-Ministeru jkun f'pożizzjoni li jiddeċiedi t-triq 'il quddiem f'dan ir-rigward. Fir-rigward tal-miżbla tal-Għallis, minn informazzjoni pprovduta minn WasteServ Ltd, l-ispazju vojt sa Marzu 2015 kien ta' 1.5 miljun metri kubi.
Leg 12 PQ #19601 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Qormi – Ta’ Farsina — Djar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il dar jew familja hemm fiż-żona Ta’ Farsina f’Ħal Qormi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li bnew fuqha għadha mhux imħallsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minhabba l-Home Ownership Scheme jmorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien. Il-proċess sabiex l-art li kienet meħtieġa għall-iżvilupp tal-Home Ownership Plots fiż-żona ta’ Farsina, tiġi kompletament akkwistata mill-Gvern u s-sidien oriġinali jitħallsu jinsab għaddej. Fiż-żona ta’ Farsina hemm 133 Home Ownership Scheme plots li minnhom kien għad fadal 64 plot li kien għaddej il-proċess biex l-art li nbnew fuqha titħallas. Sa issa matul l-2015, 27 plot ma baqgħux iktar b’konvejnu għaliex l-art li nbnew fuqha issa tħallset. Għaldaqstant fiz-żona ta’ Farsina fadal biss 37 dar li qegħdin mibnija fuq art li għadha mhux imħallsa. Ngħarraf lill-Onor Interpellant din is-sena l-gvern hallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss. Il-ħlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #19602 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Siġġiewi – Ta’ Kirċippu — Djar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il dar jew familja hemm fiż-żona Ta’ Kirċippu fis-Siġġiewi li għad għandhom id-dar tagħhom b’konvenju għax l-art li bnew fuqha għadha mhux imħallsa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-akkwisti ta’ proprjeta privata minħabba l-Home Ownership Scheme jmorru lura għas-snin tmenin. Il-kumpens dovut lis-sidien għal dawn l-akkwisti ilu pendenti minn dan iż-żmien. Fiz-żona ta’ Kirċippu għad fadal biss 5 plots minn 85 plot, li huma mibnija fuq art li għadha mhux imħallsa. Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi din is-sena l-gvern ħallas €1.2 miljun fuq kumpens ta’ esproprji varji relatati mal-Home Ownership Scheme biss. Il-hlas ta’ kumpens fuq esproprji relatati mal-Home Ownership Scheme se jitkompla fiż-żmien li ġej.
Leg 12 PQ #19603 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Second Secretary — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18078 fl-intier tagħha u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiż-żmien li ġej toħroġ sejħa għall-ingaġġ ta’ Second Secretary mal-Korp Diplomatiku?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultat tas-sejħa li ħarġet fil-11 ta' Novembru 2014 għadu validu. Jekk 'il quddiem tinħass il-ħtieġa ta' tktar ingaġġ, issir sejħa oħra skont il-proċeduri stabbiliti.

Servizz ta’ għajnuna fid-dar — rekwiżiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti sabiex koppja anzjana tikkwalifika għas-servizz ta’ għajnuna fid-dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma r-rekwiżiti meħtieġa biex persuna tkun tista’ tapplika għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar: 1. Dawk l-anzjani ‘l fuq minn 60 sena li minħabba xi kundizzjoni medika, fiżika jew psikoloġika ġiet affetwata l-indipendenza tagħhom. Tingħata prijoritá lil dawk li huma avvanzati fiż-żmien, jgħixu weħidhom jew li ma jkollhomx sapport familjari fil-komunitá. 2. Dawk l-anjzani li għalkemm indipendenti esperjenzaw xi problema kemm medika, fiżika kif ukoll psikoloġika u li jkollhom bżonn xi għajnuna temporanja sakemm jerġgħu jakkwistaw l-indipendenza tagħhom. 3. Dawk il-persuni li minħabba xi diżabilita’fiżika jeħtieġu l-għajnuna kemm huma personali kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom. Importanti li tiġi ppreżentata l-karta ta’ l-identità speċjali (valida) maħruġha mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità. 4. Dawk il-persuni (irrelevanti l-età) u li sfortunatament qegħdin isoffru minn kundizzjoni ta’ mard terminali u li għandha tkun sostanzjata b’rapport mediku. Ninforma lill-Onor. Interpelannt li f’dawn l-aħħar sentejn ma sar l-ebda tibdil f’dawn il-kriterji.

Rekwiżiti biex persuna tieqaf mix-xogħol biex tieħu ħsieb l-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tieqaf mix-xogħol sabiex tkun tista’ tieħu ħsieb tal-ġenituri anzjani tagħha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sabiex persuna tikkwalifika għal Pensjoni tal-Wens jew Social Assistance Carers, ma tridx tkun taħdem u trid tkun tieħu ħsieb il-pazjent waħedha l-ġurnata kollha. Kriterju ieħor li l-applikant/a irid/trid jissodisfa/tissodisfa, hija li tkun ġuvni jew xebba, separat/a jew armel/armla, mingħajr tfal jgħixu magħhom, waqt li ma jeċċedux l-kapital ta' €14,000. Wara li ssir l-applikazzjoni, il-każ jiġi assessjat biex ikun stabbilit jekk il-persuna kkonċernata tissodisfax l-iskala tal-mezzi. Minn hawn, il-każ jintbagħat quddiem Bord Mediku ħalli jiġi deċiż jekk il-pazjent għandux bżonn kura kontinwa. Fil-każ tal-Pensjoni tal-Wens, il-Bord Mediku jara wkoll jekk il-pazjent hux kostrett jgħaddi ħajtu f’sodda jew f’siġġu tar-roti sabiex l-applikant jikkwalifika għal din il-pensjoni. Skemi ohrajn ser jitthabru fix-xhur li gejjin.
Leg 12 PQ #19606 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – tender għal kiri ta’ karozzi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li parti mit-tender għall-kiri ta’ karozzi tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kisirx waħda mir-regoli tal-kuntratt tal-għoti tat-tender minħabba l-fatt li s-servizz ma bediex jingħata minkejja li kien hemm data stipulata li fiha kellu jibda s-servizz?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f seduta oħra.
Leg 12 PQ #18078 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Second Secretary — sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ sejħa għal Second Secretary?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sejħa għal Second Secretary ħarġet fil-11 ta' Novembru 2014.

Is-Siġġiewi – Għassa tal-Pulizija magħluqa waqt l-attività Festa Għeneb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Għassa tal-Pulizija tas-Siġġiewi kienet magħluqa waqt l-attività tal-massa magħrufa bħala Festa Għeneb li saret il-Ħadd 30 ta' Awwissu fil-pjazza tas-Siġġiewi?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li waqt l'attività tal-massa magħrufa bħala l-Festa Għeneb li saret il-Ħadd 30 ta' Awwissu fil-pjazza tas-Siġġiewi, l-Għassa tal-Pulizija tas-Siġġiewi kienet magħluqa minħabba l-fatt li l-uffiċċjal inkarigat kien fuq xogħol ieħor, minħabba attivitajiet tal-massa fi bnadi oħra. Dan ġara minħabba il-fatt li għal-kuntrarju tal-proċeduri għal każi ta' din ix-xorta, il-Pulizija tad-Distrett ma ġietx infurmata. Fid-dawl ta' dan kollu saru laqgħat bejn il-Pulizija u l-Kunsill Lokali dwar koperazzjoni aħjar meta jkun hemm attivitajiet bħal dawn.
Leg 12 PQ #17993 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ownership Scheme – sidien oriġinali tal-artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17444 u jgħid kemm-il sid oriġinali tal-artijiet li kienu għadhom taħt konvenju tħallsu taħt l-ownership scheme maqsumin sena b’sena bejn l-2008 u l-2013 skont il-lokalitajiet differenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17896 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet li ngħataw b’encroachment

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ proprjetajiet li ngħataw b’encroachment u li dwarhom saret talba biex jinħareġ tender skont id-disposizzjoni numru 8 (Disposal of a property already leased) tal-Policy on the disposal of non-residential government property thro’ letting, re-letting and emphytheutical concessions, sena b’sena mill-2013, inkluż minn min saret it-talba, għal liema skop, jekk ġietx aċċettata t-talba u kemm qegħdin iħallsu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 17894 u 17895.
Leg 12 PQ #17907 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — St. George's Bay - art

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'trasferiment ta' art pubblika, taħt kwalsiasi titlu inkluż enchroachment kif hemm tal-bajja St. George's Bay f'San Ġiljan lil terzi mit-30 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija kien hemm? Jekk kien hemm, x'kienu l-kundizzjonijiet u b'liema mod ingħatat dan it-trasferiment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17986 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kundizzjonijiet fuq titolu ta’ art

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid b’liema mod u għal liema raġuni jew motivazzjoni nbiddlu l-kundizzjonijiet li kien hemm fuq it-titolu legali li għandha jew kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara t-30 ta’ Maruz 2013? Meta saret it-talba għal tali tibdil tal-kundizzjonijiet? Meta ngħatat l-approvazzjoni? Min mexxa n-negozjati bejn iż-żewġ naħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #17990 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Belt Valletta – allokazzjoni ta’ proprjetà fi Pjazza San Ġwann mid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17601 u jgħid jekk minn Marzu 2013, id-Dipartiment tal-Artijiet allokawx, taħt kwalsiasi titlu, xi proprjetà fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta, jew xi fond (inkluż appartament) li jagħti għal fuq din il-pjazza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultax li kien hemm xi allokazzjoni ta’ proprjetà taħt kwalsiasi titlu fi Pjazza San Ġwann fil-Belt Valletta minn Marzu 2013 ’l hawn. Għar-rigward ta’ appartamenti residenzjali l-allokazzjonijiet ma jsirux mid-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern u għaldaqstant l-Onorevoli Membru huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.