State of the Environment Report — feasibility plan għall-Waste Management Report
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi ppublikat il-feasibility plan għall-Waste Management Report 2014-2020? Jista' jgħid meta se jkun ppubblikat l-Istate of the Environment Report?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li kif propost fil-Pjan għall-Immaniġġjar tal-Iskart 2014-2020, fl-2015 ġew ikkummissjonati għadd ta' studji biex jistabilixxu l-vijabbiltà finanzjarja għal-investimenti futuri meħtieġa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-settur tal-iskart f’Malta. L-istudji qed jiġu estiżi biex tiġi kkunsidrata wkoll id-direttiva dwar l-ekonomija ċirkolari li ġiet ippubblikata f’Diċembru, 2015 mill-Kummissjoni Ewropea. Rigward il-pubblikazzjoni tal-Istate of the Environment Report nitlob lill-Onor. Interpllant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jagħti liċenzji lis-sidien ta' trakkijiet l-antiki tal-linja biex joperaw servizz limitat għat-turisti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li hemm il-ħsieb li jingħataw 15-il permess lis-sidien ta’ trakkijiet l-antiki tal-linja bil-għan li joperaw servizz turistiku biss. Dawn il-permessi jittieħdu biss minn dawk il-15-il operatur li se jkunu eliġibbli għall-kriterji li se jiġu stabbiliti fil-proċess tat-tender. Dawn l-offerti ser isiru permezz ta’ tender li l-inqas prezz t’offerta jkun irid jibda minn €10,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il messaġġ (sms) daħal dwar vetturi rapportati li jkunu qegħdin iniġġsu b’mod eċċessiv, separati għal kull sena fl-2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn, għal kull sena, instabu li kienu qegħdin iħammġu b’mod eċċessiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura tas-sistema tal-emission alert hija li vettura trid tkun irċeviet aktar minn tlett rapporti permezz ta’ SMS minn numri tal-mobajl differenti fi żmien tlett xhur sabiex tkun eliġibli għall-ispezzjoni. Jitneħħew ukoll dawk ir-rapporti mil-lista ta’ SMSes li ma jkollhomx id-dettalji tajbin jew kompleti. Wara dan il-proċess sid il-vettura jiġi mitlub sabiex itella l-vettura għal spezzjoni permezz ta’ notifika illi jirċievi bil-posta.
Meta vettura tittella’ għal spezzjoni u ma tkunx laħqet il-livell stabbilit ta’ emissjonijiet, sid il-vettura jingħata appuntament ieħor. F’dan l-istadju is-sid tal-karozza tinħariġlu multa. Dan il-proċess jibqa’ għaddej sa mal-vettura tgħaddi mill-ispezzjoni. F’każ li vettura ma tittellax għal spezzjoni, is-sid tal-vettura jingħata appuntament ieħor fejn ikun mitlub li jtella’ il-vettura tiegħu. Iżda wara żewg appuntamenti fejn sid il-vettura ma jkunx tella’ l-vettura għal spezzjoni hekk kif rikjest, issir restrizzjoni fuq il-liċenzja tal-vettura sabiex din ma tkunx tista’ tiġi mġedda. Ir-restrizzjoni fuq il-liċenzja titneħħa biss wara li sid il-karozza jtella’ l-vettura għall-ispezzjoni u din tgħaddi.
Minħabba l-proċedura kif spjegat hawn fuq, in-numru ta’ vetturi li kienu eliġibli għal spezzjoni mhux ekwivalenti għan-numru ta’
smses
li tkun irċeviet l-Awtorita’.
Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba hija hekk kif ġej:
Sena
Numru ta’ SMSes
Vetturi msejħa għat-test
Vetturi li m’għaddewx
2013
12,529
253
24
2014
11,329
214
26
2015
13,235
262
32
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21292 u jgħid kemm-il hold up seħħ matul l-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2015 u l-aħħar ta’ Diċembru 2015 ġew irrapurtati tmienja u tletin (38) każ ta’ hold-up.
Ex-ħaddiema taċ-Ċivil – ħlas taż-żieda tal-collective agreement lil pensjonanti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 20197 u 20196 dwar meta l-pensjonanti ex-ħaddiema taċ-Ċivil se jitħallsu ż-żieda tal-collective agreement, u peress li kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru għall-Finanzi wieġbu sabiex il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ovvjament minfejn joħorġu l benefiċċji soċjali: l- Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta Soċjali.
Il-Biċċerija/Pitkalija/Pixkerija – dħul mill-pubbliku biex jixtri l-prodotti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fil-Pixkerija l-pubbliku jista’ jidħol jixtri wara l-5 ta’ filgħodu u fil-Pitkalija l-pubbliku jista’ jidħol wara l-11 ta’ filgħodu, waqt li fil-Biċċerija twaqqfet il-prassi li l-pubbliku jista’ jidħol meta qabel kien jista’ jidħol wara s-6 ta’ filgħodu?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-bejgħ tal-laħam lill-pubbliku fil-Biċċerija hu projbit mir-regoli Ewropej dwar iġene fil-biċċeriji. Il-laħam jista’ biss joħroġ mill-biċċerija fuq vetturi bil-friża u jitqassam lill-proċessuri u l-ħwienet tal-laħam.
Malta Enterprise – skemi ta’ xiri ta’ makkinarju għall-industrija tal-manifattura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise għandhiex xi skema fis-seħħ li toffri għajnuna finanzjarja lill-Impriżi Żgħar u Medji għal xiri ta’ makkinarju għall-industrija tal-manifattura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Malta Enterprise toffri numru ta'skemi immirati lejn kumpaniji żgħar biex jinvestu f'makkinarju u investiment. L-Investment Aid tasssiti intrapriżi biex jagħmlu investiment li jwassal għal ħolqien ta’ kumpaniji ġodda jew tkabbir fl-operat tagħhom. Minkejja li din l-ghajnuna tingħata primarjament b’forma ta’ kreditu ta’ taxxa, għotja ta’ flus kontanti tista tingħata f’kas li l-Korporazzjoni jidrilha li l-proġett huwa ta’ benefiċċju għal ekonomija ta’ Malta.
Il-Korporazzjoni tassisti wkoll lil dawn l-intrapriżi permezz tal-Micro Invest. Din l-iskema hija miftuħa għall kumpaniji u
self employed
li jimpjegaw anqas minn 30 ħaddiem u jinvestu fil-kumpanija taghħom, jixtru vetturi jew jimpjegaw nies ġodda.
Permezz tal-Micro Guarantee, il-Korporazzjoni tippprovdi garanzija sa 80% fuq self ta’ mhux aktar minn €100,000 biex jiffinanzjaw proġetti li għandhom għan Ii jizviluppaw l-intrapriża tagħhom.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-sistema fejn il-pubbliku jkun jista’ jibgħat messaġġ (sms) dwar vetturi li jkunu qegħdin iniġġżu b’mod eċċessiv għadhiex topera?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sistema għadha topera.
Kulleġġ San Injazju – Skola Sekondarji tal-Ħandaq — klassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn l-istudenti tal-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq fil-Kulleġġ San Injazju m’għandhomx klassi fissa bil-konsegwenza li l-istudenti qegħdin jispiċċaw iġorru basktijiet tqal minn lezzjoni għall-oħra l-ġurnata kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sistema ilha mwaqqfa fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq minn mindu nfetħet l-iskola bl-ewwel studenti. L-istudenti jimxu minn klassi għal oħra. L-iskola investiet ħafna fil-lockers u l-istudenti huma mħeġġa jużawhom fejn jistgħu jerfgħu kotba u files biex ma jġorrux toqol żejjed. L-Għalliema jibdew mill-ewwel jum tal-iskola jgħallmu lill-istudenti kif iħaddmu t-timetable u jużaw il-lockers. Matul il-ġurnata fl-iskola l-istudenti jingħataw darbtejn ħin biex jiftħu l-lockers u jġorru biss kotba u files li jkollhom bżonn.
Dipartiment tal-Artijiet – Tender għal sit f’San Ġiljan
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tender maħruġ mid-Dipartiment tal-Artijiet li jagħlaq din il-ġimgħa għal sit f'San Ġiljan li twaqqaf jew ġie sospiż? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti Avviż Nru 145 għal kiri ta’ sit fi Triq Ross kantuniera ma’ Triq San Ġorġ, San Ġiljan li kellha tagħlaq fid-29 ta’ Diċembru 2015, ġiet sospiża minħabba l-fatt li d-Dipartiment tal-Artijiet ġie nfurmat li l-permess tal-MEPA li kien inħareġ fuq dan is-sit u ma’ liema kienet marbuta din is-sejħa, kien qed jiġi rivedut mill-MEPA skont il-provediment tal-Artiklu 77 tal-Att li jirregola l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kapitolu 504 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jibda l-proġett tal-bandli li jinsabu f'Misraħ iż-Żgħażagħ f'Ħal Luqa? Jista' jgħid x'mizuri se jittieħdu sabiex il-parti tal-bandli tkun delineata mill-bar li hemm eżistenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill- Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa li t-tender tal-Bandli għadu kif ġie evalwat u aġġudikat mill-Kunsill fl-aħħar laqgħa li saret f’Diċembru fuq rapport tekniku li kien imħejji mill-Perit apposta fuq dan it-tender u l-offerti li kien hemm. Id-deċiżjoni tal-Kunsill kienet ġiet ikkomunikata lill-offerenti u l-Kunsill qed jistenna l-perjodu li dawn huwa mogħti lilhom bil-liġi li fih jistgħu jagħmlu appell sabiex dan jgħaddi u b’ hekk il-Kunsill Lokali jkun f’ pożizzjoni li jista jattwa d-deċiżjoni tiegħu.
Rigward id-
delineation
tal-bar minn mal-Bandli l-Kunsill għandu żewġ possibiltajiet fejn jew tista issir
fence
mal-perimetru tal-
Clubhouse
jew inkella tinbidel l-entratura minn fejn hi eżistenti. Idealment l-aħjar soluzzjoni tkun li tinbidel l-entratura. Il-Kunsill Lokali bħalissa qed jagħmel riċerki mal-Lands Department rigward il-kuntratt tal-
Clubhouse
biex jara d-drittijiet tiegħu u jkun f’ pożizzjoni aħjar biex jara liema hi l-aħjar azzjoni għad-
delineation
.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda fl-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) minn Marzu 2013 u li kellhom xi ħadd jiġi minnhom diġà jaħdem fl-istess awtorità? Jista’ jgħid min huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Il-Marsa — Faċilità ġdida għat-trattament tal-iskart tal-annimali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-faċilità l-ġdida għat-trattament tal-iskart tal-annimali fil-Marsa:
(a) hijiex se tilqa’ materjal tossiku;
(b) jekk jeżistix pjan ta’ evakwazzjoni f’każ ta’ emerġenza bħalma hu
leak
ta’gassijiet;
(c) x’impatt jista’ tali inċident iħalli fuq il-madwar; u
(d) jekk l-impjant huwiex se jilqa’ fih skart minn pajjiżi terzi?
Response (BRINCAT, LEO)
Qabel xejn, l-Onor. kollega jidher li qed jirreferi dwar il-proġett tal-Autoclave li diġà kelli opportunità nitkellem dwaru f’okkażjonijiet pubbliċi li ġew irrapurtati fil-midja. Hemmhekk ġie spjegat kif dan il-proġett għandu finanzjament qawwi mill-UE u li ser jiġi inawgurat dalwaqt biswit l-inċineratur fil-Marsa. Huwa mibni fuq proċess illi minnu jiġu ffrankati eluf kbar ta’ ewro f’diesel, kif ukoll li permezz tiegħu tittieħed l-enerġija li tispiċċa tintuża fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin f’forma ta’ gass methane.
Għall-mistoqsijiet tal-Onorevoli kollega, ninfurmah illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti:
· Il-faċilità l-ġdida għat-trattament tal-iskart tal-annimali fil-Marsa mhux ser tilqa’ materjal tossiku, imma tilqa’ biss materjal mill-iskart tal-annimali.
· Pjan ta’ evakwazzjomi jeżisti u qed jiġi implimentat flimkien ma’ miżuri oħra ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
· Dwar l-impatt li jista’ jħalli inċident fuq il-madwar dan jiddependi mill-gravità tal-inċident, iżda l-pjan ta’ evakwazzjoni u l-miżuri li qed jittieħdu huma intiżi biex kull tip ta’ riskju jkun minimizzat kemm jista’ jkun.
· Ninsab infurmat ukoll li l-Wasteserv ser tassigura li l-faċilità tal-Autoclave jkollha polza ta’ assigurazzjoni qabel ma tibda topera.
· L-impjant ser jittratta skart mill-annimali iġġenerat fil-gżejjer Maltin biss.
Ninfurmah ukoll li għall-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett ser tkun mistiedna l-Kelliema uffiċjali tal-Oppożizzjoni li ser ikollha l-okkażjoni li ddur il-faċilità.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il encroachment permit ingħata mid-Dipartiment tal-Artijiet fil-perjodu Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern– Investigazzjoni dwar Strada Zekka
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, apparti l-investigazzjoni tal-IAID dwar il-każ ta’ Strada Żekka, kemm-il investigazzjoni oħra mill-IAID hemm bħalissa dwar id-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru investigazzjonijiet oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għala l-ġimgħa li għaddiet, jew ftit jiem ilu, l-IAID ġabret diversi kaxxi tal-files tad-Diviżjoni Proprjetà tal-Gvern mill-impjegat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhiex prassi li jingħataw dettalji logistici waqt investigazzjoni li jistgħu jippreġudikaw l-istess investigazzjoni.