Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Skola Primarja – palk – lezzjonijiet tad-drama

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk is-suspended microphones tal-palk tal-Iskola Primarja San Injazju tas-Siġġiewi humiex jaħdmu, u jekk le, jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa? Jista’ jgħid jekk fl-Iskola Primarju San Injazju tas-Siġġiewi jingħatawx lezzjonijiet tad-drama lill-istudenti, u jekk le għalfejn? Jista’ jgħid kif qed jiġi mmanniġjat l-użu tal-palk tal-Iskola Primarja San Injazju Siġġiewi wara l-ħinijiet tal-iskola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li preżentement fuq il-palk tal-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant hemm żewġ suspended microphones jaħdmu minn erbgħa. Iżda l-iskola għandha u tuża biss tmien head mikes għax is-suspended microphones itellfu. Dan għaliex meta t-tfal kienu jkunu qed jiżfnu fuq il-palk kienu qed jolqtuhom. L-iskola għandha wkoll tliet hand held mikes. Il-palk jintuża għad-drama u żfin matul is-sena skolastika kollha, speċjalment fl-ewwel term għar-rehearsals tal-kunċert tal-Milied fejn jieħdu sehem it-tfal kollha mill-kinder sal-Yr 6, fit-tieni term ikun hemm rehearsals għall-programm ta' żfin li jsir fil-Karnival u bħalissa għaddejjin bir-rehearsals għall-play tal-Prize Day. Il-palk jintuża ukoll għall-klabb taż-żfin li hu wieħed mill-Mid day Break Clubs. Infurmat li l-palk jintuża wara l-ħin biss meta jkun hemm xi kirja tas-sala. Dwar jekk jingħatawx lezzjonijiet tad-Drama lill-istudenti, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lezzjonijiet tad-Drama fis-Siġġiewi jingħataw bħal fl-iskejjel kollha ta’ Malta. L-istudenti mill-1 sena sas-6 sena fil-Primarja qed ikollhom mill-anqas żewġ proġetti għal kull sena matul is-sena skolastika, li fihom l-istudenti jkunu għamlu mill-anqas erba’ sigħat u nofs (ekwivalenti għal 6 sessjonijiet) Drama f’kull proġett (disa’ sigħat Drama ekwivalenti għal 12-il sessjoni kull Year group f’sena Skolastika). Wieħed mill-proġetti dejjem isir ġewwa l-iskola tagħhom waqt li proġett ieħor isir barra mill-iskola fejn l-istudenti mħeġġa jattendu bil-għan li jitħajru aktar studenti jattendu t-Teatru. Minbarra dan kull meta intalbet għajnuna biex isiru ċelebrazzjonijiet, kemm jekk bħala Skola kif ukoll bħala Kulleġġ ta’ San Injazju, l-għajnuna professjonali dejjem ingħatat. S’issa saru l-proġetti elenkati hawn taħt u l-istudenti tas-Siġġiewi pparteċipaw fid-dati indikati: Proġett għall-Year 5 ġewwa l-Birgu – L-Assedju Jkellimna fil-Birgu – 16 Ottubru 2015; Proġett għall-Year 6 ġewwa l-Belt – L-Assedju jkellimna fil-Belt Valletta – 21 Ottubru 2015; ⃰ Proġett għall-Years 3 u 4 fit-Teatru Blata l-Bajda – Ħobbni kif jien – Diċembru 2015; Proġett għall-Year 3 u 4 fl-iskola – Turu r-Rinoċeront – 26 ta’ Jannar 2016; Proġett għall-Years 1 u 2 fl-iskola – Hans u Greta – 27 ta’ Jannar 2016; Proġett għall-Years 1 u 2 ġewwa San Anton jew Verdala – Il-Volpi – Se jsir fit-Term li ġej ⃰Rigward il-proġett Ħobbni kif jien li sar f’Diċembru 2015, jidher li l-iskola għażlet li ma tattendix minħabba li f’dan iż-żmien tal-Milied fl-iskejjel ikun hemm ħafna attivitajiet u ħruġ. Dan minbarra li l-istess studenti għamlu użu mis-servizz tad-Drama: Proġett li sar fil-ġimgħa tal-Fiera tal-Ktieb l-ewwel ġimgħa ta’ Novembru 2015; Proġett tal-ilma – Inawgurazzjoni ta’ esebizzjoni fil-palazz tal-President – 14 ta’ Marzu 2016; Proġett tal-Karrieri li sar fil-Kulleġġ – 22 ta’ Marzu 2016.

Ħal Qormi – Triq il-Biegħa — bini ta’ bankina pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi beħsiebu jibni mill-ġdid il-bankina pedonali fi Triq il-Biegħa f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-kunsilli lokali joperaw b’mod awtonomu fil-parametri tal-liġi li tirregola l-istess kunsilli lokali. Id-domanda tal-Onor. Interpellant tirrigwardja l-operat ta’ kunsill lokali partikolari u mhux tad-dekasteru tiegħi.

Ħal Qormi – Triq il-Biegħa — bini ta’ bankina pedonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi beħsiebu jibni mill-ġdid il-bankina pedonali fi Triq il-Biegħa f’Ħal Qormi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli minn toroq arterjali u distributorji u l-asfaltar, għall-ewwel darba, ta’ toroq residenzjali. Din it-triq ma taqax taħt dawn il-kategoriji. Barra minn hekk, il-bini ta’ bankini jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-iżviluppaturi jew residenti.
Leg 12 PQ #23985 Sitting 369 2016-03-15 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta’ billboards – call for quotations

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx call for quotations għas-servizz tal-billboards li qegħdin juru spots u messaġġi marbuta mal-baġit? Jista' jpoġġi kopja tal-call for quotations fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li nkisbu tlett quotations għall-billboards imsemmija. Kuntrarju għal dak li qed jgħid l-Onor Interpellant f’kazijiet simili għal dak imqajjem minnu fil-mistoqsija tiegħu, ma jkunx hemm call for quotations .

Ex — Ħaddiema tax-Xatt – proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23678, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni li ġew imwegħda lill-ex ħaddiema tax-xatt?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-ex-ħaddiema tax-xatt għadhom għaddejjin.

Ħaddiema tax-Xatt – proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tas-somom tal-assigurazzjoni li ġew imwegħda lill-ħaddiema tax-xatt?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu, u cioe’ jekk hux qed jirreferi għall-ex ħaddiema tax-xatt jew dawk eżistenti.
Leg 12 PQ #23736 Sitting 365 2016-03-07 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Artijiet – Xgħajra – sejħa għall-offerti għall-qbiela

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara jekk hux possibbli li tintlaqa’ t-talba li saret lid-Dipartiment tal-Artijiet Ref. No. 6019/2015 u Ref. No.1165/2016 biex tinħareġ sejħa għall-offerti għall-qbiela fil-limiti tax-Xgħajra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex toħroġ sejħa għall-offerti qiegħed fis-seħħ. Din is-sejħa ser toħroġ meta l-Kummisjoni mqabbda mill-Prim Ministru biex tissorvelja ix-xogħolijiet tad-Dipartiment tal-Artijiet tagħti l-permess tagħha għall-ħruġ ta’ din is-sejħa.

Rotta 209 — frekwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn ir-rotta bin-numru 209 qiegħda sservi kull siegħa meta fuq il-ktieb tal-iskedi din suppost isservi kull 30 minuta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull lokalita’ ġewwa Malta għandha konnessjoni ta' kull siegħa lejn u mill-isptar Mater Dei. Ir-rotta 209 hija ir-rotta li sservi il-lokalitajiet tas-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll parti minn Ħal Qormi lejn l-isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #23429 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Villa Francia – artijiet – aċċess għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi artijiet jew partijiet minnhom, inkluż artijiet bi qbiela, li hemm fid-dawra ta' Villa Francia, jintużaw bħala aċċess għall-pubbliku jew xi użu ieħor marbut ma' Villa Francia?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif kien tħabbar pubblikament fl-2014, kienu allokati fondi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex jiġu restawrati partijiet minn Villa Francia, wara li kien instab li l-proprjetà kien jinħtiġilha diversi interventi sabiex terġa’ jingħata l-ħajja li tixraqilha. Dan għaliex fil-passat din tħalliet taqa’ fi stat ta’ abbandun. Il-maġġoranza tax-xogħol qed ikun iffokat fuq interventi fil-ġonna tal-Villa billi qed ikunu rranġati il-passaġġi ewlenin, restawr neċessarju fuq in-niċeċ, l-istalel u l-gazibo, kif ukoll interventi fuq il-Mitħna tal-ilma. L-għan prinċipali ta’ dan il-proġett huwa li Villa Francia minn zmien ghal zmien tkun appezzata mill-pubbliku bhala destinazzjoni gdida li tikkumplimenta destinazzjonijiet ohra li jaqgħu fil-qalba urbana tat-tlett villaġġi ta’ Ħ’Attard, Ħal Lija u Ħal Balzan.

CHOGM u s-Summit – overtime tal-pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23365, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija humiex se jitħallsu l-ħlasijiet kollha tal-overtime li twettaq b'rabta maċ-CHOGM u l-Valletta Summit 2015?

Response (ABELA, CARMELO)

It-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23365 hija ċara u għalhekk nirreferih għaliha.

Main road mir-Rabat għall-Baħrija — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta t-triq prinċipali li mir-Rabat twasslek għall-Baħrija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.
Leg 12 PQ #23577 Sitting 362 2016-02-29 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità responsabbli mill-Kontroll u l-Infurzar tal-Ħsejjes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema awtorità hija responsabbli mill-Kontroll u l-Infurzar tal-Ħsejjes (sound pollution)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li konsegwenzi ta’ ħsejjes fuq is-saħħa tal-bniedem huma kompetenza tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jew l-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol. Infurzar f`każijiet fejn ħsejjes jitqiesu bħala nkonvenjent isir minn naħa tal-Pulizija. Id-direttiva dwar il-ħsejjes ambjentali li taqa fir-responsabilità tal-MEPA tiffoka fuq ħsejjes ambjentali b'mod ġenerali, f'postijiet kif identifikati fid-Direttiva bħal toroq prinċipali, agglomerazzjonijiet u ajruporti kbar. Ir-responsabiltajiet prinċipali taħt din id-direttiva huma li jiġu ppreparati "noise maps" u pjanijiet ta‘ azzjoni li jikkonċernaw ħsejjes ambjentali.

Rotta 62 – servizz ta’ trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fil-11 ta' Frar 2016 ma kienx hemm servizz ta’ trasport pubbliku fuq ir-rotta 62 bejn id-9:00 ta’ filgħodu u l-10:00 ta’ filgħodu, u bejn il-5:30 ta’ filgħaxija u s-6:30 ta’ filgħaxija? Jista' jgħid jekk il-kumpanija kenitx immultata għal dan l-inkonvenjent?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika jekk il-vjaġġi li qed jagħmel referenza għalihom humiex fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta mis-Siġġiewi jew inkella fid-direzzjoni opposta.

Pensjonanti -ex-ħaddiema taċ-ċivil — żieda tal-Collective agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pensjonanti li huma ex-ħaddiema taċ-ċivil, se jitħallsu ż-żieda tal-collective agreement għas-snin 2014 u 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, numru ta’ ex-ħaddiema taċ-ċivil diġa’ tħallsu arretrati bis-saħħa ta’ żidiet tal-collective agreement, madanakollu, nikkonferma li għad fadal xogħol xi jsir sabiex jitlesta l-eżerċizzju kollu.
Leg 12 PQ #23399 Sitting 360 2016-02-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ambjent u r-Rizorsi – ħatra tad-Direttur tal-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fiex wasal il-proċess tal-ħatra tad-Direttur tal-Ambjent tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #23353 Sitting 359 2016-02-22 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

State of the Environment Report — pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ppubblikat l-Istate of the Environment Report?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-aħħar State of the Environment Report ħareġ fl-2010 u dan kien segwiet fl-2011 bl-Environment Report Indicator Booklet. Il-proċess biex jigi ppublikat rapport aġġornat digà beda u qiegħed fi stadju avvanzat.

Hold ups

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21292, jista' l-Ministru jgħid kemm-il hold up mit-38 każijiet rrappurtati fis-sena 2015 ġew solvuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mit-tmienja u tletin (38) kaz ta’ hold up li ġew irrapurtati fis-sena 2015, tmien (8) każi ġew solvuti sad-data ta’ din it-tweġiba.

CHOGM u s-Summit – overtime tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-ħlas tal-overtime lill-Pulizija għax-xogħol li twettaq b'rabta maċ-CHOGM u l-VallettaSummit fl-2015?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi l-ħlas tal-overtime lill-Pulizija għax-xogħol li twettaq b’rabta maċ-CHOGM u l-Valletta Summit ser jitħallas fit-tielet salarju tas-sena 2016, fejn dovut, jiġifieri l-24 ta’ Marzu 2016.

L-Imrieħel — xogħlijiet fuq pont pedonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-pont pedonali li kellu jsir fil-bypass tal-Imrieħel?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward ta’ dan il-proġett, bħalissa qegħdin fit-tielet stadju tal-Competitive Dialogue Procedure fejn iż-żewġ offerenti se jintalbu jagħmlu l-aħjar offerta tagħhom. Jekk l-affarijiet imorru kif ippjanat ix-xogħlijiet huma mistennija jinbdew lejn it-tielet kwart ta’ din is-sena.