Legislature:
Category:
Reset
Active:

Boiler Shop fit-Tarzna — makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ingħatatx ordni sabiex il-makkinarju antik li jinsab fil-post li ntgħażel bħala Mużew Industrijali, u ċjoè l-Boiler Shop fit-Tarzna, jinġabar? Jekk iva, fejn ser jitpoġġa' dan il-makkinarju?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik — kumitat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar minnu l-kumitat li kien inħatar mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex jitwaqqaf Mużew għall-Makkinarju Industrijali Antik?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mir-rekords ma jirriżulta ebda l-kumitat uffiċjali skont kif saqsa l-Onor Interpellant. Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jirreferi għal kumitat informali.
Leg 12 PQ #26144 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — sottomissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li waslu għand l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-Avviż Legali fuq kwestjoni ta’ sanità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Higher Diploma in Psychology — stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-istudenti tal-Università li qegħdin isegwu kors ta' Higher Diploma in Psychology m'għandhomx stipendju?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudenti li qed jagħmlu l-kors Higher Diploma in Psychology ġewwa l-Università ta’ Malta, jitqiesu bħala mhux eliġibbli għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti abbażi tar-regolament 12 tal-Att Legali 327.178. Peress li l-istudenti jrid ikollhom degree b’MQF Livell 6 biex jidħlu għal dan il-kors (jiġifieri bħala rekwiżit għad-dħul) u liema kors huwa wkoll ta’ MQF Livell 6, huma jitqiesu mhux eliġibbli peress illi skont l-istess regolament msemmi, l-istudenti m’humiex eligibbli fit-tieni kors tagħhom jew kors sussegwenti, għal perjodu ekwivalenti tat-tul tal-ewwel kors u li fih kienu jirċievu l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti inkluż l-istipendju.

Housing – Blokka Appartamenti – manteniment tal-partijiet komuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fi blokka appartamenti tal-housing fejn l-appartamenti jkunu nxtraw minn sidien privati, ma jingħatawx fondi għall-manteniment tal-partijiet komuni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fi blokki fejn l-appartamenti huma kollha mixtrija mis-sidien permezz tal-Awtorita’ tad-Djar, l-istess sidien huma responsabbli għall-manutenzjoni tal-partijiet komuni.
Leg 12 PQ #25824 Sitting 399 2016-06-06 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar — Above Grade Allowance - Persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25707 u jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw above grade allowance fl-Awtorità tal-Ippjanar u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li gejt nfurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha għaxar (10) persuni li qed jingħataw above grade allowance. Il-karigi relatati ma’ dan l-allowance huma: Administrative Assistant Assistant Planning Officer Senior Planning Officer Senior Officer (Geographic Information Systems Development) Senior Officer (Administration) Principal Officer (Administration) Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qabel Marzu 2013, kien hemm 19 il-persuna li kienu qed jingħataw above grade allowance.

Il-Marfa – riġenerazzjoni ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb jiżviluppa jew joħroġ b'sejħa għar-riġenerazzjoni tal-binja li tinsab mal-baħar fil-Marfa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li preżentement, il-Privatisation Unit m’għandhiex proġetti li jinvolvu l-binja li tinsab mal-baħar il-Marfa li kienet għal xi żmien okkupata mill-għaqda tal-MUSEUM.

Environment Resources Authority – above grade allowances — persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw above grade allowance fl-Environment Resources Authority u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li hemm total ta’ erbgħa (4) persuni bl-above grade allowance u dawn fi gradi ta’ Assistant Compliance Officer, Personal Assistant, Senior Environment Technician u Senior Environment Protection Officer.
Leg 12 PQ #25707 Sitting 396 2016-05-31 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tal-Ippjanar – above grade allowance — persuni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw above grade allowance fl-Awtorità tal-Ippjanar u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħal Qormi – Triq il-Wied – sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jindirizza l-problema li hemm fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Wied quddiem il-Klabb tal-boċċi f'Ħal Qormi, peress li meta jkun hemm maltempata, qed ikun irrapportat żbroff?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi – Triq San Bastjan u Triq Korrea – Sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jindirizza l-problema li hemm fis-sistema tad-drenaġġ bejn Triq San Bastjan u Triq Korrea f'Ħal Qormi, peress li meta jkun hemm maltempata, qed ikun irrappurtat żbroff?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Marfa – riġenerazzjoni ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux ħsieb jiżviluppa jew joħroġ b'sejħa għar-riġenerazzjoni tal-binja li tinsab mal-baħar il-Marfa li kienet għal xi żmien okkupata mill-għaqda tal-MUSEUM?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanija – xogħlijiet ta’ konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa jew ingħatax b'direct order ix-xogħol ta' konsulenza mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid x'kienu t-termini tax-xogħol tagħhom u x'funzjoni għad għandhom illum li seħħet is-separazzjoni tal-MEPA?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni qed tagħmel xogħol b’direct orders għal servizz ta’ assistenza maniġerjali u amministrattiv full-time u konsulenza addizzjonali fuq change-management process għall-implimentazzjoni ta’ strutturi u sistemi ġodda.

Environment Resources Authority – temporary staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema parti mill-collective agreement qed jiġi applikat fl-ingaġġ ta' persuni bħala temporary staff mal-Environment Resources Authority? Jista' jgħid x'inhi l-iskala tagħhom, x'termini għandhom u kif qegħdin jintgħażlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-collective agreement tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-gradi li huma annessi ma’ dan l-agreement, ma japplikawx għat-temporary staff li jiġu subcontracted għall-perjodu definit, skont l-esiġenzi tal-awtorità u skont regolamenti nazzjonali f’dan ir-rigward.

Ċittadinanza Maltija – proċess ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika kemm hu ż-żmien biex tiġi pproċessata applikazzjoni għaċ-ċittadinanza sabiex persuna barranija li tkun ilha miżżewġa persuna Maltija għal aktar minn ħames snin, tingħata ċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull applikazzjoni sottomessa teżiġi pproċessar rigoruż u billi kull każ huwa differenti, it-terminu tal-ipproċessar ma jistax jiġi kkwantifikat.
Leg 12 PQ #25549 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Persuni msieħba fil-korpi – somma mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata s-somma lil dawk il-ħaddiema li kienu msieħba fil-korpi kif kien imwiegħed fil-Manifest Elettorali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif imwegħed fil-Budget 2016, qed issir evalwazzjoni ta miżuri sabiex jiġu ndirizzati d-diversi nġustizzji ma diversi setturi ta ħaddiema, fosthom il-ħaddiema tal-korpi. Hija ironika li partit li għamel total ta 25 sena fil-gvern f’liema żmien qatt ma ndirizza dawn l-anomaliji, issa qiegħed jistaqsi għal timeframe mingħand dan il-Gvern li għadu fit-tielet sena tal-ewwel leġislature tiegħu.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – korsijiet għal Learning Support Assistant mhux rikonoxxuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kien hemm każijiet fejn korsijiet għal Learning Support Assistant ma ġewx rikonoxxuti mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista’ jelenka liema huma dawk l-istituzzjonijiet edukattivi li l-kors tagħhom huwa rikonoxxut?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li qatt ma ġew irrifjutati korsijiet offruti lil Learning Support Assistants u li jkunu komparabbli mal-kriterji meħtieġa. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jara jekk il-korsijiet humiex komparabbli ma’ dak li jkun qed jintalab fis-sejħa relevanti. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) jakkreditaw korsijiet Maltin u jirrikonoxxu korsijiet barranin abbażi tal-Malta Qualification Framework.
Leg 12 PQ #25414 Sitting 389 2016-05-16 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta’ Fond

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema skop qed jintuża l-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ttieħed bħala possession and use b'dikjarazzjoni tal-President datata s-7 ta' Ottubru 1973 numru 854, item 38?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond li dettalji tiegħu ngħataw separatament qiegħed jiġi okkupat illegalment u qed jintuża bħala store. Fil-fatt id-Dipartiment Propjetà tal-Gvern diġa beda l-proċess biex jiżgombra lill-okkupant minn dan il-fond.