Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #26736 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26587 u jgħid għalfejn erba’ ħwienet fil-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’ dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26733.
Leg 12 PQ #26765 Sitting 419 2016-07-18 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Benefiċċji tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26657 u jgħid x'rimedji jeżistu għal dik il-familja li tinsab fil-faqar u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex iddawwar il-meter tad-dawl minn fuq is-sid tal-post li jinsab mikri lilha sabiex tieħu l-benefiċċju tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat minn ARMS Ltd. li l-benefiċċju msemmi huwa amministrat mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali. Fl-istess waqt deċiżjoni li ħa dan il-Gvern se twassal biex persuni li jgħixu fi propjeta’ mikrija mhux se jkollhom bżonn aktar il-kunsens tas-sid biex jibbenefikaw minn rati residenzjali, u b’hekk minn rati orħos tal-enerġija.

Għaqdiet Sportivi — Twaħħil ta' Tabelli

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26676 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jindika fejn fl-avviż legali dwar ħlasijiet dovuti lil Transport Malta għat-twaħħil ta' tabelli hemm imniżżel li l-għaqdiet sportivi huma eżenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Artiklu 5(1) (L) tal-Avviż Legali 103 tal-2016 (Regolamenti tal-2016 dwar Billboards u Reklami), istituzzjonijiet rikreattivi, li jinkludu għaqdiet sportivi, huma eżentati minn ħlasijiet dovuti lil Transport Malta.
Leg 12 PQ #26675 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Leg 12 PQ #26676 Sitting 417 2016-07-13 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet sportivi – twaħħil ta’ tabelli

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika fejn fl-avviż legali dwar ħlasijiet dovuti lil Transport Malta għat-twaħħil ta' tabelli hemm imniżżel li l-għaqdiet sportivi huma eżenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .

Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #26594 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Konkatidral ta’ San Ġwann – kumpens finanzjarju lis-sidien tal-ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ntalabx jagħti xi kumpens finanzjarju lis-sidien tal-ħwienet ta' ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom ġiet itterminata mid-Dipartiment tal-Artijiet xahrejn ilu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Boiler Shop fit-Tarzna — makkinarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26537 u jinforma lill-Kamra jekk ingħatatx ordni sabiex il-makkinarju antik li jinsab fil-post li ntgħażel bħala Mużew Industrijali, u ċjoè l-Boiler Shop fit-Tarzna, jinġabar? Jekk iva, fejn ser jitpoġġa' dan il-makkinarju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat minn Heritage Malta li l-makkinarju industrijali li jinsab fil-Boiler Workshop tat-Tarzna qed jiġi organizzat aħjar fi spazju definit fl-istess Workshop.
Leg 12 PQ #26616 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26535 u jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġu protetti l-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 26617.

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat? X'passi qegħdin jittieħdu minn Heritage Malta sabiex dan il-wirt storiku industrijali ma jintilefx?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar li l-Pumping Station tad-Dock No. 1 ser tiġi restawrata skont Restoration Method Statement. Il-Cranes antiki li hemm f'xi mħażen ser jiġu konservati skont id-direzzjoni tas- Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Heritage Malta tidħol sabiex issalva makkinarju bħal dan (sa fejn ikun possibbli) jekk għal xi raġuni istituzzjonijiet regolatorji oħra ma jkunux sabu soluzzjoni alternattiva.
Leg 12 PQ #26657 Sitting 416 2016-07-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Benefiċċji tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'rimedji jeżistu għal dik il-familja li tinsab fil-faqar u m’għandhiex il-mezzi finanzjarji biex iddawwar il-meter tad-dawl minn fuq is-sid tal-post li jinsab mikri lilha sabiex tieħu l-benefiċċju tad-dawl u l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata iktar tard
Leg 12 PQ #26587 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn erba’ ħwienet fil-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra .

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – għażla ta’ Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika għall-għażla ta' Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi? Jekk iva, kemm-il kandidat applika għal tali sejħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet sejħa pubblika għall-għażla ta’ Kap Eżekuttiv għall-istess Awtorita’. Din is-sejħa għalqet fl-4 ta’ April 2016, u applikaw ghoxrin kandidat.

Konkatidral ta’ San Ġwann — ħwienet - post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn erba’ ħwienet tal-Belt li jinsabu fil-binja li tagħmel parti mill-Konkatidral ta' San Ġwann u li ntbagħtitilhom notifika ta' żgumbrament, ma ngħatawx post alternattiv fil-Belt? Jista' jgħid jekk kellux laqgħat mal-erba’ sidien ta’ dawn il-ħwienet li jagħmlu parti mill-binja tal-Konkatidral ta' San Ġwann biex tinstab soluzzjoni għall-post alternattiv?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 12 PQ #26590 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet - ħwienet - laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa hu, jew is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet jew xi uffiċjal mid-Dipartiment tal-Artijiet kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra .
Leg 12 PQ #26591 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - temm ta’ kirja

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data meta ttieħdet id-deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet li jtemm il-kirjiet tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra .
Leg 12 PQ #26592 Sitting 415 2016-07-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konkatidral ta’ San Ġwann – Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema alternattivi ġew proposti mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li issa l-kirja tagħhom ġiet terminata? Meta ġew ikkomunikati lilhom dawn l-alternattivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-risposta tingħata f’seduta oħra .

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat? X'passi qegħdin jittieħdu minn Heritage Malta sabiex dan il-wirt storiku industrijali ma jintilefx?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #26535 Sitting 412 2016-07-04 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

No. 1 Dock – pumping station u overhead cranes

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġu protetti l-Pumping Station tan-No. 1 Dock u anke xi Overhead Cranes antiki li hemm f'xi mħażen, issa li l-post ingħata lill-privat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Twaqqif ta’ mużew industrijali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux il-ħsieb ikompli fuq ix-xogħol li nbeda mill-amministrazzjoni preċedenti sabiex Heritage Malta twaqqaf Mużew Industrijali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Heritage Malta tieħu kull opportunità li jkollha sabiex tiġbor apparat u makkinarju industrijali ieħor, sakemm jifilħu l-kapaċitajiet tagħha, sabiex jiġu salvati u preżervati.