Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ membri tal-Pulizija li jinsabu assenjati mal-għassa ta’ Ħal Qormi u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Jekk iva, b’kemm u meta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-18 ta’ Ottubru 2016 fl-għassa ta’ Ħal-Qormi kien hemm stazzjonati tnejn u tletin (32) membru tal-Korp. Dawn huma kif jidher fit-tabella aktar l-isfel. Żieda f’dan in-numru jiġi kkonsidrat jekk l-esiġenzi tas-servizz jirrikjedu hekk.
Rank
Ammont
Supretendent
1
Spettur
1
Surġent Maggur
1
Surġenti
4
Kuntistabbli rġiel
13
Kuntistabbli nisa
6
Pulizija ta’ riserva
6
Total
32
Jista' l-Ministru jassigura li r-rotta tat-trasport pubbliku numru 63 li toriġina miż-żona Ta' Farsina f'Ħal Qormi, tgħaddi mill-wied minflok minn Triq l-Imdina meta jkun hemm attività quddiem il-Knisja ta' San Ġorġ, sabiex isservi aħjar ir-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Wied ta' Ħal Qormi u dawk tal-inħawi ta’ Fuq tal-Blat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.
Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhuma l-pagi, allowances u bonuses tat-top management tal-Enemalta, li jinkludi fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li kuntrarjament għal dak li kien jiġri fil-passat, fejn kien hemm sistema ta’ executive heads, divisional managers u managers b’kuntratti u pagi li jvarjaw minn persuna għall-oħra, dawn issa ġew standardizzati fl-interess tal-Kumpanija, b’kuntratti simili għal kull livell u lkoll marbuta ma’ miri stabbiliti ta’ prestazzjoni u riżultati pożittivi li l-Kumpanija teħtieġ tikseb biex toffri servizzi aħjar lill-klijenti.
Mill-2014 ’l hawn il-Kumpanija wettqet titjib fis-sistema tat-tmexxija tagħha u fil-mod kif l-uffiċjali tal-
management
jiġu mħallsa. Fil-fatt il-
management
tal-Enemalta huma mpjegati fuq bażi ta’ kuntratti ta’ prestazzjoni (
performance contracts)
. B’hekk il-Kumpanija naqqset l-ispiża ta’ ħlasijiet għall-
management
waqt li tneħħew l-anomaliji ta’ qabel fejn kellek sitwazzjoni li
managers
kienu jitħallsu aktar mis-superjuri tagħhom.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra b'dak li għamel minn mindu stqarr li qed jistudja sistema biex jiġu reġistrati u kkontrollati vetturi minn barra l-pajjiż, speċjalment fejn jitratta ħruġ ta' ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet li jiġu mwettqa għax sal-lum dawn jistgħu jiskapulaw b'diskriminazzjoni ma' karozzi rreġistrati f’Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27461.
Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li Transport Malta (TM) tagħti wiċċ ġdid lit-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li twassal għan-niżla ta' Għar Lapsi fil-limiti tas-Siġġiewi tingħata wiċċ ġdid minn fondi Ewropej?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed camera
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Transport Malta (TM) hijiex ser tirrikunsidra l-pożizzjoni tagħha sabiex tiġi installata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi magħrufa bħala l-bypass, hekk kif baqgħu jsiru inċidenti minħabba veloċità eċċessiva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-LESA rċeviet talba għall-installazzjoni ta’ speed camera fit-triq imsemmija. Bħala proċedura din it-talba tiġi mressqa quddiem it-Traffic Management Committee għall-approvazzjoni. Minħabba aġenda mimlija tal-laqgħa li għaddiet, din ma leħqitx ġiet diskussa. Għaldaqstant din ser tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss.
Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – sleeping policeman
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li tbiddel sleeping policeman ineffettivi għal oħrajn b'kapaċità aħjar u li jnaqqsu l-veloċità tal-karozzi fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali u l-uniku talba din is-sena kienet għal tibdil ta’ Road Humps biex isiru Rubber Road Thumps. Dawn ma ġewx approvati għaliex skont il-policy ta’ Transport Malta dawn it-thumps ma jiġux approvati ġewwa toroq wesgħin aktar minn 3 metri.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn fit-30 ta' Awwissu ma kienx hemm servizz tat-trasport pubbliku fuq ir-Rotta 62 mill-Belt għas-Siġġiewi bejn is-14:30 u t-15:20?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li fit-30 t’Awwissu 2016, il-vjaġġ li kien skedat li jitlaq mill-Belt Valletta lejn is-Siġġiewi fit-3:15 ta’ wara nofsinnhar sar fil-ħin. Mill-banda l-oħra, il-vjaġġi li kienu skedati fis-2:35 u 2:55 ta’ wara nofs in-nhar ma sarux minħabba li x-xufiera li kellhom iwettqu dawn ir-rotot irrapurtaw ma jifilħux ftit qabel ma beda il-vjaġġ.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn nhar it-Tlieta 30’ t’Awwissu ma kienx hemm servizz tat-trasport pubbliku fuq ir-rotta numru 62 mis-Siġġiewi għall-Belt fil-5:30 u l-istess il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru fil-5:30 u fis-6?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi fit-30 t’Awwissu 2016, il-vjaġġ li kien skedat li jitlaq mis-Siġġiewi lejn il-Belt Valletta fil- 5:36 ta’ filgħodu sar għalkemm telaq 6 minuti tard.
Infurmat ukoll li fit-2 ta’ Settembru 2016, il-vjaġġ li kien skedat li jsir mis-Siġġiewi fil-5:56 ta’ filgħodu sar għalkemm telaq ftit minuti tard. Mill-banda l-ohra, il-vjaġġ li kien skedat li jitlaq fil-5:36 ta’ filgħodu ma sarx minħabba li x-xufier irraporta li ma kienx jiflaħ u ma kienx hemm żmien biżżejjed sabiex jinstab xufier ieħor sabiex jagħmel dan il-vjaġġ.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta’ uffiċini
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26858 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta' uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li hemm preżenti bħalissa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, maqsumin skont il-lokalità u l-floor space li hu propost li jinħoloq għal kull applikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26857 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi tal-iżvilupp ta’ uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li ġew approvati matul dawn l-aħħar 3 snin, maqsumin skont il-lokalità u kemm hu l-floor space li ser jiġi kreat għal kull permess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub. Ninsab nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li rigward il-qiesen tal-floor space, dan ma jinżammx fis-sistema tal-informatika tal- istess Awtoritá.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jitlesta l-pont pedonali li għandu jsir fil-bypass tal-Imrieħel biex jgħaqqad iż-żona fuq tal-Blat f'Ħal Qormi u l-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi tal-pjan sottomess mill-kuntrattur, ix-xogħlijiet fuq il-pont pedonali mistennija li jkunu lesti sat-tieni kwart tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-play workers tas-summer school ma jingħatawx materjal bażiku, bħal kartonċin, biex iwettqu xogħolhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull ċentru li qed jopera matul il-perjodu ta’ Skolasajf 2016 ingħata r-riżorsi neċessarji biex il-Playworkers ikunu jistgħu jorganizzaw diversi attivitajiet mat-tfal hekk kif stabbilit fil-Programm li ġie mqassam lilhom mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). Dawn ir-riżorsi nxtraw mill-koordinaturi ta’ kull ċentru, skont il-bżonnijiet ta’ kull ċentru. L-FES tħaddan policy li kemm hu possibbli tirriċikla l-karti u l-kartonċin u għalhekk ma jinxtarax kartonċin bla bżonn. Jinxtara biss l-ammont li jkun hemm bżonn fiċ-ċentru rispettiv.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi tal-iżvilupp ta’ uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li ġew approvati matul dawn l-aħħar 3 snin, maqsumin skont il-lokalità u kemm hu l-floor space li ser jiġi kreat għal kull permess?
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta’ uffiċini
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet għall-permessi għall-bini ta' uffiċini, inkluż dawk il-permessi li jinkludu mixed-use, li hemm preżenti bħalissa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, maqsumin skont il-lokalità u l-floor space li hu propost li jinħoloq għal kull applikazzjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26675 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26770.
Konkatidral ta’ San Ġwann – Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26592 u jgħid liema alternattivi ġew proposti mid-Dipartiment tal-Artijiet lis-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li issa l-kirja tagħhom ġiet terminata? Meta ġew ikkomunikati lilhom dawn l-alternattivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-proġett imsemmi, għalkemm ingħata l-permess dan l-aħħar, ilu maħsub għal diversi snin. Fil-fatt, il-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann, imwaqqfa b’Att Parlamentari biex tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Kattidral u hija ukoll uzufruttwarja tal-kirjiet kollha li jidħlu mill-ħwienet tal-Gvern li jinsabu fil-blokka fejn hemm il-Kattidral, ilha ghal dawn l-aħħar snin titlob biex tieħu pussess mill-ħwienet tal-Gvern li ma kienux qed jintu¿aw f’din il-blokka , inkluz l-erba’ ħwienet msemmija mill-Onorevoli Membru u li huma affetwati minn dan il-proġett.
Għaldaqstant il-Gvern qiegħed f’diskussjonijiet mal-Fondazzjoni biex tinstab soluzzjoni kemm jista jkun malajr.
Peress li iktar kmieni din is-sena kien hemm l-approvazzjoni tal-proġett, id-Dipartiment tal-Artijiet beda jaħseb biex jara x’inhuma l-alternattivi għas-sidien tal-ħwienet li kienu se jkunu affetwati mill-proġett. Saret riċerka biex ikun stabbilit jistgħux jiġu identifikati siti alternattivi pero ma nstabitx propjeta addattata.
Għaldaqstant f’April is-sidien gew infurmati illi mhux ser ikun hemm tiġdid tal-kirja. Għalkemm il-gvern mhux teknikament u kontrattwalment dovut iħallas kumpens f’kaz ta’ non-renewal, xorta qiegħed jikkunsidra l-alternattivi ta kif jista jagħmel dan.
Il-laqgħat mall-kerrejja tal-hwienet se jibdew dalwaqt. Ġaladarba ma jistax jingħata post alternattiv u ġaladarba kull kumpens li jista jingħata mhux bi dritt izda ex gratia ,u jrid ikun miftiehem mal-Fondazzjoni, ma kienx hemm in-neċċessita illi dawn isiru qabel ma jagħlaq it-terminu tal-kera.
Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet – ħwienet - temm ta’ kirja
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26591 u jagħti d-data meta ttieħdet id-deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Artijiet li jtemm il-kirjiet tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann?
Konkatidral ta’ San Ġwann — Dipartiment tal-Artijiet - ħwienet - laqgħat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26590 u jgħid kemm-il laqgħa hu, jew is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet jew xi uffiċjal mid-Dipartiment tal-Artijiet kellu mas-sidien tal-ħwienet ħdejn il-Konkatidral ta' San Ġwann u li l-kirja tagħhom issa ntemmet mid-Dipartiment tal-Artijiet? Meta saru dawn il-laqgħat? X'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat?