Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #28155 Sitting 442 2016-10-31 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barraka ta' Fuq — Foss - Crane

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm żmien ingħata permess il-crane li jinsab armat fil-foss taħt il-Barrakka ta' Fuq?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li ħargu tlett “Development Notification Permits’’, li jkopru perjodu bejn it-8 ta’ Awwissu sas ta’-16 ta ’Novembru, tas-sena 2016. Dawn it- tlett permessi ħargu f’din l’ordni; L-ewwel permess, hareg għal żmien ta’ tletin l-gurnata, għal periodu minn 08/08/2016 sa 06/09/2016, taht in- numru DN 1247/16. It -tieni permess hareg għal periodu ta’ tletin l- gurnata ohra, min 16/09/2016 sa 16/10/2016, taht in- numru ta DN 1329/16, waqt li l-ahhar permess, bin- numru DN 1415/16, hareg għal perjodu iehor ta’ tletin gurnata, mid-data ta’ 17/10/2016, sa 16/11/2016.

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tikkwalifika għas-sussidju tal-kera?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, sabiex persuna jikkwalifika għas-sussidju tal-kera jrid jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt: § L-applikanti jridu jkunu l-kerrejja konoxxuti u f’każ ta’ ċens temporanju, il-perjodu taċ-ċens sar għal mhux aktar minn 21 sena; § Il-post li fuqu qed jintalab is-sussidju jrid ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli; § Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom assi li jaqbżu l-€10,000; § Minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni, l-applikanti ma jridx ikollhom proprjetà oħra; § Is-sussidju jingħata skont il-kategorija li jaqgħu taħtha l-applikanti; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jkollhom xi membru li jkun ibati minn xi di¿abilità; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €125 lill-familji li jikkonsistu f’6 membri jew aktar; § Jingħata sussidju addizzjonali ta’ €300 lill-familji li jkollhom jgħixu magħhom tfal fostered ; § Persuni waħedhom li kienu għamlu xi żmien f’xi djar tat-tfal; jew kienu f’xi perjodu fostered ; jew ikunu ħerġin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin; jew ikunu għadhom kif temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni, jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera sa massimu ta’ €1,600 fis-sena sakemm jagħlqu t-28 sena; § Id-dħul annwali tal-applikanti ma jridx jeċċedi il-kapital imsemmi hawn taħt: § Persuna li tgħix waħedha – €13,514,80 § Familja b’¿ewġ persuni (2 adulti) - €16,514,80 § Familja bi tfal - €18,514,80. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sussidju jiġi rivedut kull sentejn fuq id-dħul u l-assi kapitali tal-applikanti fis-sena ta’ qabel. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kemm l-ammont tas-sussidju u tal-assi se jinbidlu riżultat tal-Budget 2017.
Leg 12 PQ #28090 Sitting 437 2016-10-27 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Swatar – Triq Joseph Deacon – sidien oriġinali ta’ djarhom

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27938, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-inkwilini li fadal fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar se jingħataw l-opportunità li jsiru sidien ta' darhom, bħalma ngħata ħaddiehor fl-istess triq matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżerċizzju biex jitħallsu s-sidien ta’ artijiet li ġew akkwistati mill-Gvern minħabba l-Home Ownership Scheme, qiegħed isir għal kull lokalità milquta inkluż l-art fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar. Dan l-eżerċizzju ilu li nbeda mill-2011 u kull sena numru ta’ sidien f’diversi lokalitajiet qegħdin jitħallsu sakemm jiġu ezawriti l-fondi li jiġu vvutati kull sena fl-Estimi, għal dan il-għan.

Bajja ta’ Wied il-Għajn – xogħol ta’ dredging

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed isir xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid min qed iwettaq dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 28013.

Race Track — proposti

Question

Jista' l-Ministru jiċċara jekk mil-lokalitajiet magħżula mill-iżviluppaturi għar-race track, hemmx proposta li qed tipproponi li s-sit għandu jkun fil-limiti tas-Siġġiewi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent qed issir evalwazzjoni dettaljata tas-siti proposti minn dawk li tefgħu l-offerti għall-EOI relatat ma’ l-iżvilupp ta’ race track. Għaldaqstant, minħabba li din hi fażi sensittiva ħafna fil-proċess ta’ evalwazzjoni, ma jkunx għaqli li tingħata informazzjoni f’liema lokalitajiet jinsabu s-siti proposti.

Siġġiewi – Triq Blat il-Qamar – wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ għall-ewwel darba it-Triq Ġdida fi Triq Blat il-Qamar (uffiċjalment imsemmija bħala Triq Nikola Azzopardi) fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Leg 12 PQ #27974 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien li investew f'sistemi ta' pannelli fotovoltajċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-alternattivi għas-sidien li nvestew f'sistema ta' pannelli fotovoltajċi li bbenefikaw minn fondi Ewropej u spiċċaw ma jistgħux jgawdu l-investiment minħabba dell ikkawżat minn żvilupp ġdid biswit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Filwaqt li nirrikonoxxi li jista' ikun li jeżistu tali ċirkostanzi, kif nemmen li jifhem l-Onorevoli Interpellant, dawn huma issues ta’ natura ċivili bejn il-partijiet involuti.

Siġġiewi – Triq Mons. Mikiel Azzopardi – speed camera

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27898, jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun id-data li fiha ser jitlaqqa’ t-Traffic Management Committee sabiex jiddeċiedi dwar l-ispeed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li t-talba għal Speed Camera fi Triq Mons Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi ġiet diskussa fil-Kumitat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fil-21 t'Ottubru 2016. Ġie nnutat li t-talba li ġiet sottomessa ma kienitx tinkludi l-istudji neċessarji hekk kif stipulati fl-iSpeed Management Policy. Għaldaqstant, tali studji ser jitħejjew mill-Awtorita’ tat-Transport sabiex il-kumitat ikun f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni bbażata fuq l-istudji stipulati skont il-polza.

Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – speed bumps

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27899, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex terga’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha dwar l-istallazjoni ta’ speed bumps fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi, speċjalment wara l-inċident li wassal biex persuna tilfet ħajjitha?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-kunsill lokali għal Rubber Road Hump diġa ġiet ikkunsidrata iżda ma tistax tiġi approvata għaliex ma tikkwalifikax skont il-kriterji tal-Awtorita’. Peress li din it-triq taqa’ taħt il-kunsill lokali huwa ssuġġerit li l-kunsill lokali jikkunsidra miżuri addizzjonali biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f’din it-triq.
Leg 12 PQ #27978 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – niżla ta’ Għar Lapsi – xogħlijiet fit-triq

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27897, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli sabiex it-triq li tagħti għan-niżla ta' Għar Lapsi tingħata wiċċ ġdid?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Leg 12 PQ #27979 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27873, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb id-domanda oriġinali minflok jagħti deskrizzjoni, u jinforma lill-Kamra bil-pagi, allowances u bonuses mogħtija lit-top management tal-Enemalta, li jinkludu fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #28013 Sitting 430 2016-10-24 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bajja ta’ Wied il-Għajn – xogħol ta’ dredging

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed isir xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid min qed iwettaq dan ix-xogħol?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li mhux qed isir l-ebda xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn.
Leg 12 PQ #27925 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment Proprjetà tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il ħaddiem telaq jew ġie trasferit mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern minn Jannar 2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Jista’ jgħid ukoll il-grad ta’ kull ħaddiem u kemm minnhom ġew sostitwiti flokhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul iz-zmien imsemmi kien hemm 25 ħaddiem li telqu jew ġew trasferiti mid-Dipartiment Propjeta’ tal-Gvern kif muri fit-tabella annessa. 10 minn dawn il-ħaddiema rtiraw bl-eta’ pensjonabbli, 12 imxew f’ministeri ohra bi promozzjoni jew trasferiment u 3 ma għadhomx jaħdmu fis-servizz pubbliku. Ħaddiema rtiraw bl-eta' pensjonabli Grad Sostitwit Senior Technical Officer Le Manager -IPSL Le Assistant Principal Le Assistant Director Iva Technical - IPSL Le General Hand Le Assistant Director Iva General Hand Le General Hand Le General Hand Le Ħaddiema li mxew bi promozzjoni jew trasferiment Grad Sostitwit Enforcement Technical -IPSL Le Enforcement Technical -IPSL Le Watchman -IPSL Le Senior Systems Administrator Le Legal Officer Le Senior Clerk Le Director General Le (nhatar Direttur ieħor bħala Aġent Direttur Ġenerali) Messenger - ERL Le Manager - IPSL Le Legal Procurator - Mimcol Le Clerk Le Director Le Ħaddiema li ma g ħ adhomx ja ħ dmu fis-servizz pubbliku Grad Sostitwit Notary Le Legal Officer -ERL Le Technician Le

Trasport Pubbliku – Rotta 62

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rotta 62 tat-trasport pubbliku mis-Siġġiewi għall-Belt għamlet nofs siegħa wieqfa fil-Marsa Park&Ride mid-9:05am sa 9:35am, it-Tlieta 4 t’Ottubru 2016?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li r-rotta 62, fil-ġurnata u l-ħin indikat, għamlet nofs siegħa wieqfa minħabba raġunijiet loġistiċi li jirrigwardaw xufier. Transport Malta ġibdet l-attenzjoni lill-operatur tat-trasport pubbliku biex każi bħal dawn jiġu evitati.

Trasport Pubbliku – Marsa Park&Ride – bdil ta’ xufiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn qegħdin jinbidlu x-xufiera fil-Marsa Park&Ride f'nofs traġitt? Jista' jara li x-xufiera jibqgħu fuq l-istess traġitt biex ma jintilifx ħin għall-passiġġiera sakemm isir it-tibdil tax-xufiera?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija prassi normali li f’operat ta’ transport pubbliku ikun hemm bdil tax-xufiera waqt vjaġġ. Dan il-bdil jissejjaħ changeover u ġeneralment iseħħ meta x-xift tax-xufier ikun spiċċa jew inkella sabiex ix-xufier ikun jista’ jieħu il-break tiegħu. Ninsab infurmat ukoll li wara tibdil li għamel l-operatur tat-trasport pubbliku fil-bidu ta’ dan ix-xahar, in-numru ta’ changeovers naqas b’mod konsiderevoli.
Leg 12 PQ #27938 Sitting 429 2016-10-19 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Is-Swatar – Triq Joseph Deacon – sidien oriġinali ta’ djarhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk kienx hemm persuni fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar li minn Marzu 2013 saru sid ta' darhom wara li s-sidien oriġinali tħallsu mid-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista' jgħid meta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maggior parti tal-art fi Triq Joseph Deacon, is-Swatar għadha ma ġietx akkwistata u s-sidien oriġinali tal-art għadhom ma tħallsux mid-Dipartiment tal-Artijiet. Madankollu parti żgħira minn din l-art ġiet akkwistata mill-Gvern u s-sidien oriġinali tħallsu. Permezz ta’ dan l-akkwist, id-djar li kienu mibnija fuq din il-parti ġew trasferiti lill-Awtorità tad-Djar permezz ta’ Avviż Legali Nru 6/2016 biex l-inkwilini jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jressaq id-domandi tiegħu lill-Ministru kkonċernat jekk sussegwentament għal dan l-akkwist, l-inkwilini xtrawx id-dar mingħand l-Awtorità tad-Djar.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa – talbiet għall-għajnuna mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-talbiet għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa lill-Gvern Ċentrali għall-proġetti jew kull assistenza oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi – talbiet għall-għajnuna mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-talbiet għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi lill-Gvern Ċentrali għall-proġetti jew kull assistenza oħra

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi talab lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika ż-żmien li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.

Is-Siġġiewi – Għassa — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ membri tal-Pulizija li jinsabu assenjati mal-għassa tas-Siġġiewi u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Jekk iva, b’kemm u meta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li membru fl-Armata li per eżempju kellu l-għola klassi ta’ snajja u li ma kienx jitħallas tagħha minħabba li qabel kienet bil-kwota ta’ kemm jitħallsu nies, issa żdied sa massimu ta’ €899.54 fis-sena, li jinkludi wkoll iż-żieda f’dik l-imsejħa AFM Allowance. Dan jiddependi mil-livell ta’ snajja li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta għandu u ta’ xiex qabel kien jitħallas.

Ħal Luqa – Għassa — Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ membri tal-Pulizija li jinsabu assenjati mal-għassa ta’ Ħal Luqa u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu? Jekk iva, b’kemm u meta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li iva huwa minnu li l-Armata għandha nuqqas ta’ uffiċjali kkwalifikati minn akkademji navali barra l-pajjiż sabiex joperaw il-laneċ li għandha fil-pussess tagħha. Dan in-nuqqas ġie minħabba li wara l-1999, il-Forzi Armati ta’ Malta ma bagħtitx iktar uffiċjali jitħarrġu f’akkademji navali. L-aħħar grupp li kien intbagħat, kien intbagħat ġewwa l-Germanja fl-imsemmija sena. Sussegwentament il-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tħarreġ il-membri tagħha jew internament jew billi tibgħathom isewgu korsijiet oħra imma mhux f’akkademji navali. Dan in-nuqqas dan l-aħħar inħass sew meta l-Forza immodernizzat sew l-assi tagħha u ma kelliex biżżejjed uffiċjali kwalifikati sabiex topera dawn il-lanec. Dan in-nuqqas issa qed jiġi rimedjat billi l-Forzi Armati ta’ Malta qed terġa tibgħat uffiċjali tagħha isegwu korsijiet professjonali f’akkademji navali ġewwa l-Irlanda u l-Italja sabiex, mill-aktar fiss possibli, timla l-imsemmi nuqqas.