Lista ta' artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, liema artijiet kienu ġew esproprijati mill-Gvern u li iżda baqgħu ma ntużawx?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-artijiet li ngħataw lura lis-sidien oriġinali minn Marzu 2013 sal-lum bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi benefiċċju għall-koppja fejn parti mill-koppja tkun qed tieħu ħsieb lill-mara jew lir-raġel li jkunu morda d-dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, wieħed mill-iskopijiet tar-riforma fil-Pensjoni tal-Wens, issa magħrufa bħala Allowance Mi¿juda għall-Carers, imħabbra fid-diskors tal-Bagit 2017, kien propju illi, għall-ewwel darba, parti mill-koppja miŻŻewġa, li tkun taħt l-età tal-irtirar, tkun eliġibbli li tapplika jekk tkun qed tieħu ħsieb lill-konjugi fuq baŻi fulltime u għalhekk ma tistax taħdem u fl-eventwalita’ li l-Bord Multi Dixxiplinarju jiddikjara l-kundizzjoni tal-pazjent/a bħala waħda ta’ dipendenza għolja.
Dan il-benefiċċju se jkun parti mill-Allowance Miżjuda għall-Carers; allowance ta’ €140.00 fil-ġimgħa. Fl-e¿empju mogħti mill-Onorevoli Membru, minn benefiċċju ta’ xejn, f’sena se jkunu qed jirċievu € 7,280.
Ħaż-Żebbuġ – Żona ta’ Ħal Mula – South Malta Local Plan
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tar-reviżjoni parzjali tas-South Malta Local Plan għaż-żona ta' Ħal Mula f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorità qed tħejji l-abbozz tal-pjan wara li qieset is-sottomissjonijiet tal-pubbliku fuq l-oġġettivi.
Kif dan l-abbozz ikun approvat mill-kunsill eżekuttiv, ikun ippubblikat għal konsultazzjoni u skrutinat mill-kumitat tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn id-dawl li jillumina t-Torri ta' San Luċjan ilu maqtugħ għal madwar sena, u jista' jassigura li dan jitranġa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li l-problema in kwistjoni fil-fatt ġiet solvuta diġa’.
Ħal Kirkop – Kulleġġ San Benedittu – permess għat-trobbija tal-ħamiem
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hemmx permess għat-trobbija tal-ħamiem, fil-Kulleġġ ta' San Benedittu f'Ħal Kirkop?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fis-7 ta’ April 2016, l-iskola sekondarja ta’ Ħal Kirkop kienet avviċinata mill-Malta Federation of Racing Pigeon Clubs dwar possibiltà ta’ proġett edukattiv li jinvolvi tagħlim dwar it-trobbija tal-ħamiem tat-tiġrija. Proġetti bħal dawn diġà jeżistu f’pajjiżi oħra Ewropej bħal Portugal, l-Olanda u l-Belġju. L-iskola rat il-valur edukattiv tal-proġett, infurmat lill-Prinċipal tal-Kulleġġ u daħlet għal dan il-proġett extra kurrikulari. L-iskola kienet infurmata mill-federazzjoni li ma jeżisti ebda permess uffiċjali għat-trobbija tal-ħamiem. Il-ftehim mal-federazzjoni jinkludi li l-federazzjoni tibni loft (mobbli u tal-injam) tal-ħamiem, tipprovdi l-ħamiem, tmantni l-ħamiem bl-ikel u tieħu ħsieb is-sanità u s-saħħa tiegħu b’indafa u l-mediċina li hemm bżonn filwaqt li tipprovdi informazzjoni lill-għalliema u l-istudenti dwar dan l-isport. Il-Federazzjoni hija membru tal-Kunsill Malti għall-iSport. Grupp ta’ madwar 30 student jipparteċipaw b’mod attiv u regolari waqt il-brejk f’din l-attività non formali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tmexxija tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa tgħaddi għand il-privat? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal il-proċess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Privatisation Unit kien ħareġ Request for Proposal bil-għan li jgħaddi s-sit lis-settur privat ‘on a temporary emphyteutical basis’. Il-proċess jinsab f’fażi ta’ negozjati mal-privat.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa lis-sistema tad-dawl fil-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa peress li hemm numru ta’ bozoz li ilhom xhur maqtugħin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-dawl li jintuża fis-sigħat bikrin ta' filgħodu ssewwa u qed jaħdem b'mod normali.
Rigward id-dawl li jintuża matul it-tiġrijiet, dawn ġew iċċekkjati kollha u nbidlu xi floodlights. Madankollu għad hemm xi problemi fuq arblu minnhom li mhux qed jiffunzjona tajjeb il-ħin kollu. Qed isiru t-testijiet meħtieġa biex tissolva l-problema.
Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti fi stadju ta' vetting
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni hemm pendenti fi stadju ta' vetting quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li għandha quddiema tmien mija u tlieta u ħamsin (853) applikazzjoni sabiex jiġu ‘ivvetjati’ għal-ewwel darba (inital vetting).
Building Regulations Officer – kors għall-periti u inġiniera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Building Regulations Office ser terġa’ tiftaħ il-kors għall-periti u inġiniera sabiex ikunu speċjalizzati u awtorizzati sabiex jipproduċu l-Energy Performance Certificate (EPC)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-kors imsemmi se toħroġ fil-futur qrib mill-Uffiċċju għar-Regolamenti tal-Bini.
Building Regulations Officer – kors għall-periti u inġiniera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Building Regulations Office ser terġa’ tiftaħ il-kors għall-periti u inġiniera sabiex ikunu speċjalizzati u awtorizzati sabiex jipproduċu l-Energy Performance Certificate (EPC)?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Skola Primarja Siġġiewi — Librerija - ftuħ is-Sibt
Question
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilità li l-librerija fl-Iskola Primarja Siġġiewi tibda tiftaħ is-Sibt filgħodu sabiex jingħata ċans lil dawk li ma jkunux jistgħu matul il-ġimgħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx il-librerija tas-Siġġiewi s-Sibt filgħodu m’hijiex f’idejn Libreriji Maltin. Madankollu, Libreriji Maltin ser iwasslu s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali kkonċernat.
Rotta tat-trasport pubbliku mill-Marsa Park and Ride għall-MCAST
Question
Jista' l-Ministru jikkonsidra r-rotta tat-trasport pubbliku li titlaq mill-Marsa Park and Ride għall-MCAST mingħajr ma tieqaf fuq il-bus stops , biex tagħti servizz iktar veloċi lill-istudenti minn Ħal Qormi u s-Siġġiewi, fost oħrajn, li jinġabru l-Marsa Park and Ride?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment filwaqt li ser jiġi evalwat għal tibdil possibli hekk kif mitlub.
Jista' l-Prim Ministru jara li jsir il-ħlas mill-MEPA lill-ħaddiema tal-gvern li għadhom ma tħallsux għax-xogħol li għamlu marbut ma' xogħol ta' tindif fi scrapyard illegali f'Birżebbuġa lejn nofs din is-sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-pagamenti relattivi qed jiġu pproċessati min-naħa tal-Awtorità u ser jinħarġu fl-iqsar żmien possibbli.
Enemalta – Top Management – pagi, allowances u bonuses
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27929, u jinforma lill-Kamra dwar il-pagi, allowances u bonuses mogħtija lit-top management tal-Enemalta, li jinkludu fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 16627. Kif kient prassi taħt l-amministrazzjoni preċedenti, tagħrif bħal dak mitlub huwa ta’ natura kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiv.
Trasport pubbliku – Terminus tal-Belt Valletta – bus shelter għar-rotta 62
Question
Jista’ l-Ministru jara li jiġi installat bus shelter fit-terminus tal-Belt minn fejn jinġabru l-passiġġieri għar-rotta 62 għas-Siġġiewi għaliex jidher li hija waħda mill-ftit fejn il-passiġġieri m’għandhomx fejn jistkennu fil-maltemp?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, qed jiġu ppreparati l-applikazzjonijiet sabiex jiġu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar bil-għan li jigu installati Bus Shelter Canopies fiż-żoni B u C tal-Bus Terminus ġewwa il-Belt Valletta. Fost oħrajn, dawn iż-żoni jinkludu l-Bus Bays wżati mir-rotot tas-Siġġiewi.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra meta l-Building Regulation Office (BRO) ser terġa’ tiftaħ kors ta’ taħriġ għall-periti u inġiniera sabiex ikunu speċjalizzati u awtorizzati li jipproduċu l-energy performance certificate (EPC)?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Dentisti – Spazju għall-parkeġġ quddiem l-uffiċċju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dentist jistax ikun intitolat għal spazju għall-parkeġġ quddiem l-uffiċċju tiegħu skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta, kif huma intitolati t-tobba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dentisti mhumiex intitolati għal parkeġġ riservat quddiem l-uffiċju tagħhom skont ir-regolamenti ta’ Transport Malta.
Ħal Qormi — Triq Ġorġ Borg - stallazzjoni ta' żewġ sleeping policemen
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jiġu stallati żewġ sleeping policemen fil-bidu u fit-tarf ta' Triq Ġorġ Borg f'Ħal Qormi, wara li żmien ilu kienet ġiet ippreżentata petizzjoni lill-Kunsill ta' Ħal Qormi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta m’għandha l-ebda talba mill-Kunsill Lokali għal sleeping police fi Triq Ġorġ Borġ, Ħal-Qormi.